Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ġibjun ta’ l-ilma tal-Mosta li hemm fejn id-daħla ta’ Ta’ Qali? F’idejn min jinsab dan il-ġibjun illum u x’inhuma r-raġunijiet u l-kondizzjonijiet li bihom huma marbuta s-sidien ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-gibjun huwa parti minn impjant intenzjonat biex ikun iffiltrat l-ilma tax-xita pero dan qatt ma ntuza ghal dan l-iskop.
Il-gibjun huwa proprjeta tal-Korporazzjoni imma prezentement mhix qed tuzah.
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta l-ilma tat permess lill-persuna privata biex tuza s-sit ghal skopijiet agrikoli.
Din il-persuna m'ghandha ebda titlu u l-Korporazzjoni tista terga tiehu lura l-post meta jkollha bzonnu.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu l-ġibjuni li saritilhom il-manutenzjoni matul l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kienet in-nefqa f’ċifra ta’ flus globali nvoluta?
Kemm hu n-numru ta’ kumpanniji, lukandiera, stabilimenti kummerċjali u familji li fil-preżent għandhom kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma? Kemm minnhom qed jittieħdu passi kontra tagħhom bil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jikkunsidra li d-dawra mal-Baċir No1 tinfetaħ sabiex ir-residenti tat-3 ibliet ikunu jistgħu jimxu minn Bormla għall-Isla mad-dawra tal-baħar, issa li l-Baċir mhux jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suggeriment tieghu se jigi kkunsidrat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul u l-ħruġ u l-volum tax-xogħol tal-kumpanija MOBC fis-sena 2000, 2001 u 2002? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-kontijiet awditjati tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tliet snin imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Enemalta — Każijiet ta' nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet - Passi
Question
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm drabi matul l-2002 l-Enemalta ħadet passi f'każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl? Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li minkejja diversi rapporti li saru lill-Enemalta, arblu perikoluż ħafna biswit F/H id-dar Busketto Road l/o Dingli għadu ma ġiex sostitwit, jista' il-Ministru jindaga għaliex dan għadu ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għal xi arretrati dovuti lilha bħala ex ħaddiem tat-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Arretrati ta' pensjonijiet huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali, għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fil-Marsa Ship building Co. Ltd bħalissa? Hemm xi prospetti ta' xogħol ieħor, u jekk fl-affermattiv x'inhu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 24 fid-9 ta' Ġunju 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-kuntratturi li hemm jagħmlu xi xogħol, u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu fit-Tarzna ta' Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal issa hemm kuntrattur wieħed biss jagħmel xogħol fit-Tarzna. Il-kuntrattur huwa AX Holdings u qed jagħmel xogħol ta' Inġinerija.
Settur tas-software — Twaqqif ta' software capability enhancement process
Question
Jaqbel il-ministeru li għandu jiġi mwaqqaf software capability enhancement process sabiex isir upgrading tal-kwalita' tas-settur tas-software lokali ħalli jagħmel qabżiet akbar fil-kwalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ikun apprezzat jekk l-Onor Interpellant jispecifika aktar xi jrid ifisser nit-terminu software capability enhancement software.
F'dan il-qasam il-Gvern jemmen li il-capability enhancement mhux tas-software izda tal-hiliet tal-haddiema u l-istudenti Maltin u ghalhekk qieghed jahdem bis-shih biex jiftiehem ma' kumpannji multi-nazzjonali biex, flimkien ma' l-istituzzjonijiet edukattivi Maltin, ikomplu jharrgu lill-istudenti Maltin fl-aktar zvillupi recenti f'dan il-qasam.
Fid-dawl tar-relazzjoni tal-kummissarju Ewropew għall-intrapriża u l-information society dwar cyber security and the European network and information security agency, jista' il-Minisru jgħid jekk Malta kenitx mistiedna għal dan il-European parliament public forum, u jekk iva, fuq liema livell ħadet sehem? X'inizjattivi qed jieħu l-ministeru flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti biex jilqa' għall-problemi ta' cyber security li jmorru lil hinn minn sempliċi data protection? Saru xi kuntatti ma' l-awtoritajiet kompetenti biex Malta tkun attrezzata biex tikkumbatti l-hekk imsejjaħ cyber crime?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Birgu — Tal-Ħawli - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministru jara li tissolva l-problema li qed iħabbtu wiċċhom magħha r-residenti fil-qasam tad-djar Tal-Ħawli, fil-Birgu li spiss qed isofru minn qtugħ fis-servizz ta' l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-qtugh tas-servizz ta` l-elettriku fl-inhawi msemmija kien kawza ta` hsarat kemm fis-sistema ta` vultagg baxx kif ukoll fis-sistema ta` vultagg gholi. Dawn gew investigati biex b`hekk sar ix-xoghol mehtieg.
Jista' il-Ministru jara jekk il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għal arretrati peress li żewġha kien ex-impjegat tat-tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Arretrati ta' pensjonijiet huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta Socjali .
Ghalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi fil-bidu ta' April, 2003 eluf kienu rreġistraw għall-software packages tal-Microsoft bi prezzijiet ridotti, jista' il-Ministru jgħid dan is-software meta tqassam lill-applikanti? Kemm daħlu applikazzjonijiet b'kollox waqt ir-reġistrar li sar fi Triq ir-Repubblika, il-Belt? Kemm daħlu reġistrazzjonijiet ġodda aktar tard - separatament - permezz ta' l-internet u tal-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Minhabba li ghadhom dehlin numru sostanzjali ta' registrazzjonijiet mill-pubbliku, il-Gvern ha decizjoni li jqassam is-software f'Settembru. S'issa ddahlu fis-sistema ta' registrazzjoni 21,471 applikazzjoni, li dahlu kif inhu indikat hawn taht:
· Triq Repubblika April 2003 - 7,411
· Kunsilli Lokali - 10,534
· Telefon / Internet - 877
· KNPD - 349
· MUT - 2,300
Il-Ministeru ha decizjoni wkoll li jestendi l-marketing ta' din l-offerta biex tintlahaq minn-numru akbar ta' nies u bhalissa qieghed jikkuntattja numru ta' entitjaiet biex jigbru l-applikazzjonijiet ta' studenti li jkollhom fil-famili taghhom u jghadduhom lill-Ministeru permezz ta' l-Internet. Huwa stmat li fi zmien erba' gimghat ohra l-ammont totali ser ilahhaq it-30,000 registrazzjoni.
Il-gvern Malti ġie mistieden għall-World summit on information society (WSIS)? Jekk iva, fuq liema livell qed issir tħejjija għal dan is-summit? Qed ikun hemm xi kordinazzjoni mal-acceding countries tal-UE? Il-pożizzjoni tagħhom se tkun konformi mal-basic guidelines tal-Kummissjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-Gvern Malti gie mistieden ghall-WSIS. Il-Gvern diga ghamel is-sottomissjonijiet tieghu aktar kmieni din is-sena u issa qieghed ukoll jippartecipa b'mod attiv fl-izvillup ta' Pjan ta' Azzjoni draft li l-ewwel verzjoni tieghu ser tigi diskussa nhar it-30 ta' Gunju f'laqgha fi Brussel li ghaliha l-Gvern Malti ser ikollu zewg rapprezentanti.
Il-koordinazzjoni li hemm mal-pajjizi l-ohra - li flimkien ma' Malta ser jissiehbu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004 - hija bbazata fuq il-partecipazzjoni tal-Gvern fil-Kumitat eEurope li fih tigi fformulata l-politika ewropeja fuq is-socjeta ta' l-informazzjoni.