Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33891 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha li waslu għat-tibdil tac-CEO tal-Maltapost li kien appuntat mill-kumpanija minn New Zealand it-Transend, is-sieħeb strateġiku il-ġdid tal-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta l-Maltapost daħlet fi ftehim ma' Transend, l-oġġettiv prinċipali kien li jitkabbar in-negozju billi jiżdied in-numru ta' prodotti li jinbiegħu mill-fergħat tal-kumpanija u li ssir ħidma biex ikun diversifikat in-negozju u fl-istess waqt ikompli jitjieb l-operat tal-kumpanija biex ikun provdut servizz aħjar għall-klijenti. Waqt li c-Chief Executive Officer kellu ħafna kwalitajiet tajbin fis-servizz postali tradizzjonali, kien hemm dubji jekk ċerti kwalitajiet li hemm bżonn biex jintlaħaq l-oġġettiv prinċipali kienux hemm. Minħabba dawn id-dubji, il-Bord tal-Maltapost unanimament iddeċieda li jitlob lil Transend biex jagħmel bidla fit-tmexxija tal-Maltapost sabiex ikun aċċertat li l-oġġettiv prinċipali jintlaħaq.
Leg 9 PQ #33752 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' containers għaddew mill-Freeport f'Jannar, Frar, Marzu u April tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt. Tajjeb jingħad li l-figuri għal Jannar, Frar u Marzu 2000, li dwarhom kien ingħata tagħrif fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 15989, ġew riveduti. XAHAR 1999 2000 2001 2002 Jannar 87,487 78,771 101,635 116,949 Frar 89,645 83,710 87,931 99,041 Marzu 88,411 82,134 93,580 107,599 April 80,942 78,794 92,236 91,844
Leg 9 PQ #33764 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reconnection tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa uffiċjalment il-ħlas li persuna trid tħallas għal reconnection (mill-ġdid) tad-dawl elettriku u għal meter ta' l-ilma meta dawn kienu ġew disconnected (mingħajr ma tneħħew il-meters) għal dak iż-żmien li l-post għal użu domestiku ma kienx okkupat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33769 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tal-Mellieħa ma kienx hemm is-servizz ta' l-ilma matul il-ġimgħa ta' 22/5/02 sal-ġurnata ta' 25/5/02? Veru li ir-reservoir tal-gvern kien kontaminat bil-presenza ta' annimali mejta fih? Saritx investigazzjoni dwar x'ikkawża dan u x'rimedju sejrin jiġu mwettqa biex jiġu evitati inċidenti simili jekk hu il-każ.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li nhar il-Ħamis 21 ta' Mejju, kien hemm suspett ta' kontaminazzjoni f'nixxiegħa ta' l-ilma li tferra fil-ġibjun magħruf bħala "Tas-Salib" li jinsab fil-Mellieħa. L-ilma minn din in-nixxiegħa kien ġej imdardar minħabba xi tafal li waqa' fl-ilma. Bħala prekawzjoni, ingħalqet il-provvista ta' l-ilma mill-ġibjun li tbattal u ġie iddisinfettat. Mhuwiex minnu li fil-ġibjun instabu xi annimali mejta. Saru diversi eżamijiet ta' kampjuni ta' l-ilma, sew min-nixxiegħa kif ukoll mill-ġibjun u nstab li l-kampjuni kollha kienu batterjoloġikament tajbin għax-xorb.
Leg 9 PQ #33781 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33637, jista' jgħid x'kienu l-konklużjonijiet tal-awdituri tal-Airmalta fir-rapport tagħhom dwar l-impatt li r-riżultati tal-Azzuraair jista' jkollhom fuq l-linja Nazzjonali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma naħsibx li jkun prudenti li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #33813 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri mistennija tieħu l-MIA fir-rigward ta' l-airfield lighting system il-ġdida, sabiex filwaqt li tiġi żgurata s-sigurta' ta' l-airfield matul il-lejl, isir sforx sabiex jitnaqqsu, jew għal inqas ma jiżdiedux il-livelli preżenti ta' light pollution. Dan jista' jsir b'użu ta' apparat retro-reflective u dwal high mast full cutoff fost l-oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol li mistennija tagħmel l-M.I.A. fir-rigward ta' l-airfield lighting system ikopri bdil ta' apparat ta' kontroll tad-dawl ta' l-airfield, kif ukoll bdil ta' airfield lighting fittings fejn meħtieġ. Ta' min jgħid li dan huwa apparat speċjalizzat li jiġi magħżul skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-International Civil Aviation Organisation (ICAO). Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li l-parti l-kbira ta' l-airfield lighting fittings huma disinjati sabiex jintużaw bħala għajnuna lill-pilota waqt it-tluq u l-inżul ta' l-ajruplan, u għalhekk huma mmirati f'direzzjoni preċiża. Dwar l-użu ta' apparat u dawl b'full cutoff , tajjeb li wieħed jgħid li minn xi sentejn 'l hawn, l-M.I.A. bdiet programm ta' bdil ta' dawl high mast (ta' toroq u parkeġġi ta' l-ajruport), b'dawl b'full cutoff bi skop li titnaqqas il-light pollution , kif ukoll il-konsum.
Leg 9 PQ #33814 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Proġett tal-Belt

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija 33678, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed jittelgħu minn Għawdex żewġ tekniċi biex jaħdmu fuq il-proġett tal-Belt meta hemm ħaddiema biżżejjed f'Malta biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema Għawdxin huma normalment assenjati dmirijiet f'Għawdex stess. Madanakollu jkun hemm każi fejn ħaddiema Għawdxin kienu meħtieġa jaħdmu f'Malta u vice-versa. Il-proġett tal-Belt huwa wieħed minn dawk il-proġetti li jeħtieġ is-servizzi tal-ħaddiema Għawdxin.
Leg 9 PQ #33831 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Raħal Ġdid - Kont

Question

Jista' l-Ministru jara li kont tat-telefon ta' persuna li mietet madwar seba' snin ilu u li ma jiġi xejn minn okkupant ġdid fl-istess fond fejn jinsab dan is-servizz, ma jibqax jintbagħat lill-okkupant il-ġdid stante li din avżat lill-Maltacom dwar dan u baqa' jiġri l-istess ripetutament? Id-dettalji tas-servizz in kwestjoni qed jingħataw separatament.

Response (BONNICI, JOSEF)

Nisnab infurmat li wara stħarriġ dwar dan il-każ, il-Maltacom ma sabet ebda talba mill-okkupanta l-ġdida biex tieħu xi azzjoni dwar dan is-servizz. Hija l-prassi tal-Maltacom li, f'każ ta' abbonati li jiġu nieqsa, il-kumpanija tieħu azzjoni biex tirregolarizza s-servizz u tneħħih għal kollox jew tittrasferih fuq isem ħaddieħor jew wara talba ta' l-eredi inkella meta l-kontijiet jerġgħu jiġu rritornati mill-posta għax ma jkun hemm ħadd min jirċevihom jew ukoll meta jibdew jakkumulaw l-arretrati għax il-kontijiet ma jitħallsux. L-account ta' dan is-servizz partikulari dejjem inżamm in regola, tant li l-aħħar kont, maħruġ f'Mejju, diġa' tħallas. Tajjeb jingħad ukoll li uffiċjal għoli tal-Maltacom ikkuntattja lill-abbonata li assiguratu li kienet imliet il-formoli meħtieġa biex is-servizz jinqaleb fuq isimha. Qed tittieħed azzjoni min-naħa tal-kumpanija biex dan it-trasferiment isir mill-aktar fis.
Leg 9 PQ #33833 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li meter tad-dawl u l-ilma li jkun bil-ħsara f'residenza qiegħed jintalab ħlas ta' Lm25 mingħand l-okkupant ta' residenza inkwistjoni fejn ikun jinsab il-meter biex jinbidel b'wieħed tajjeb minkejja li l-okkupant jista' m'għandu l-ebda tort?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba hija fin-negattiv. Infatti sabiex il-konsumatur jiġi mitlub iħallas id-danni jrid ikun hemm ħsara fiżika u mhux teknika. Dan jirriżulta mir-regolamenti tal-Provvista ta' l-Elettriku, fejn il-konsumatur irreġistrat huwa responsabbli li l-apparat tal-Korporazzjoni Enemalta ma jsofri ebda ħsara fiżika.
Leg 9 PQ #33844 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Sammat Street - Patching ta' Triq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir patching ta' ħofra li għamlet il-WSC f'184 Sammat Street, Tarxien.

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-patching tal-ħofra msemmija diġa' sar.
Leg 9 PQ #33860 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid kemm qasmu karozzi? Kemm kien l-ammont ta' vjaġġi li saru?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba, li tkopri l-perjodu bejn Settembru 1998 u l-5 ta' Mejju ta' din is-sena hija kif tidher hawn taħt: PERJODU VETTURI PASSIĠĠIERI VJAĠĠI Settembru 1998 60,444 290,564 1,845 Ottubru 1998 - Settembru 1999 658,970 2,969,685 20,016 Ottubru 1999 - Settembru 2000 713,514 3,021,023 21,809 Ottubru 2000 - Settembru 2001 789,426 3,172,410 21,741 Ottubru 2001 - Mejju 2002 351,876 1,298,718 9,740
Leg 9 PQ #33861 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar mill-1999 'l hawn biex issaħħet il-provista tad-dawl? Liema huma l-postijiet fejn l-Enemalta qed tippjana li tibni substations biex issaħaħ il-provisti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MIA — Uffiċċju Meteoroloġiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-uffiċċju meteoroloġiku ma jibqax aktar taħt l-MIA invista tal-fatt li m'hemmx skop kummerċjali fih?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju Meteoroliġiku għandu funzjoni mportanti fl-ajruport internazzjonali ta' Malta. ma hemm ebda ħsieb li dan l-uffiċċju ma jibqax aktar taħt l-M.I.A.
Leg 9 PQ #33902 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-esperti fil-laboratorju tal-pulizija li japplikaw u jintgħażlu bħala forensic divisional manager jew scientists jew technicians mal-MIMCOL iżommx il-grad u s-seniority li kellhom mal-korp tal-pulizija? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal dawk li huma seconded mal-korp tal-pulizija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32309 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30859 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laring, tuffiegħ, għeneb tal-mejda, kiwi u banana li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' larinġ, tuffieħ, għeneb tal-mejda, kiwi u banana impurtata u l-valur relattiv kienet kif ġej: LARINĠ SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 7,791,980 1,533,151 1998 9,005,715 1,660,464 1999 7,261,488 1,522,076 2000 8,072,781 1,401,948 2001 7,368,132 1,505,010 Ebda kwantita' ta' larinġ ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati. TUFFIEGħ SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 6,884,879 1,691,419 1998 7,486,665 1,701,706 1999 7,932,146 1,892,497 2000 7,779,052 1,679,194 2001 7,854,163 1,964,612 Ebda kwantita' ta' tuffieħ ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati. GħENEB TAL-MEJDA SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 353,456 224,295 1998 574,514 319,963 1999 865,055 433,612 2000 576,372 326,518 2001 783,853 426,406 Ebda kwantita' ta' għeneb tal-mejda ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati. KIWI SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 583,412 233,783 1998 432,531 202,938 1999 507,721 201,494 2000 571,639 186,005 2001 587,453 232,680 Ebda kwantita' ta' kiwi ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati. BANANA SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 7,279,695 1,408,637 1998 6,922,897 1,349,696 1999 6,821,009 988,266 2000 7,460,410 1,239,189 2001 6,588,939 1,241,871 Ebda kwantita' ta' banana ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati.
Leg 9 PQ #32310 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30863, u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-dulliegħ u bettieħ li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' dulliegħ u bettieħ impurtata u l-valur relattiv kienet kif ġej: DULLIEÆ SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 19,600 7,895 1998 32,608 14,513 1999 35,243 12,519 2000 29,946 11,702 2001 61,636 24,259 BETTIEĦ SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA' KWANTITA' IMPURTATA IMPURTATA KILO Lm 1997 47,888 21,446 1998 62,100 27,592 1999 58,138 21,093 2000 31,561 13,740 2001 47,608 20,991 Ebda kwantita' ta' dulliegħ u bettieħ ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati.
Leg 9 PQ #33747 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33601 u jgħid kemm persuni inqatgħalhom is-servizz tat-telephone fis-sena 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sa llum kien hemm 233 abbonat li kellhom is-servizz tat-telefon maqtugħ u 267 li kellhom is-servizz ristrett, jiġifieri jistgħu jirċievu sejħiet, pero' ma jistgħux iċemplu.
Leg 9 PQ #33755 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cheque bi ħlas ta' kont tad-dawl u l-ilma li intbgħat lil water services corporation bid-data tas-6.4.02 u li ġie msarraf nhar is-16.4.02 damet aktar minn xahar ma waslet irċevuta għand il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva.
Leg 9 PQ #33757 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar tas-sena 2002, xahar b'xahar l-Air Malta kemm kellha coaches li jġorru l-passiġieri bil-ħsara? Kemm inkrew jew sar użu minn coaches privati fl-istess perjodu? X'kienet l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.