Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk pulizija li jġorru arma tan-nar humiex qed jingħataw xi taħriġ partikolari dwar il-mod ta’ kif jagħmlu użu mill-istess arma tan-nar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ b’mod regolari kemm dwar l-immaniġġar tal-armi tan-nar kif ukoll dwar kif u meta il-pulizija tista tagħmel użu minn dawn l-armi.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – rapporti ta’ persuni li ġew misruqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' rapporti ta' persuni li ġew misruqa (mugged) f'San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) u fil-Mellieħa, rispettivament, kull xahar separatament xahar xahar u lokalità lokalità, bejn Jannar 2015 u llum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Kazijiet ta` mugging ġewwa l-Mellieha u San Pawl il-Baħar
Sena
2015
2016
2015
2016
Xahar u Lokalita'
San Pawl il-Baħar
San Pawl il-Baħar
Mellieħa
Mellieħa
Jannar
0
0
0
1
Frar
0
0
0
0
Marzu
1
0
April
0
0
Mejju
1
0
Ġunju
1
0
Lulju
0
0
Awissu
1
1
Settembru
0
0
Ottubru
0
0
Novembru
0
0
Diċembru
0
0
Total
4
0
1
1
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, kuljum, bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u llum, jum b’jum separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Ċitazzjonijiet tat-traffiku fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar:
Date
Traffic Section
Divisional Police
No. 9a PD.
03/10/2015
1
-
25/10/2015
-
1
13/11/2015
1
-
08/12/2015
-
1
30/12/2015
1
-
25/01/2016
1
-
21/02/2016 *
-
31
28/02/2016
-
2
*Road check
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2000 ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament. Dan ix-xogħol ingħata b’direct order u l-ispiża kienet tammonta għal € 552, li kienu servizzi legali fuq ftehim bejn Tug Malta Ltd u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin –informazzjoni dwar drittijiiet għall-persuni li joħorġu mill-ħabs
Question
Billi minn żmien għal żmien jinstemgħu stejjer ta' persuni li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li jispiċċaw litteralment b'xejn, jista' l-Ministru, permezz tal-Awtoritajiet tal-Faċilità, jassigura li dawn il-persuni jkollhom il-karti tagħhom dwar għajnuna soċjali ppreparati, u jkunu wkoll infurmati dwar xi drittijiet li jista' jkollhom, biex jiġi mnaqqas iċ-ċans li jirritornaw lura fil-Faċilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, uffiċjal mid-dipartiment tas-Servizzi Soċjali jattendi fl-uffiċju ta’ l-Inmate Services tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin darba fil-ġimgħa biex dawk il-priġunieri li jkun jonqosom ftit ġimgħat biex itemmu is-sentenza tagħhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa dwar servizzi soċjali li jkunu intitolati għalihom. Dawn il-priġunieri b’mod regolari qed jingħataw ukoll is-servizz minn uffiċjal tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ dwar opportunitajiet ta’ xogħol kif itemmu is-sentenza tagħhom.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – tobba, infermiera u staff mediku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, infermiera u staff mediku ieħor jassistu lill-ħabsin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minnhom iddaħħlu jaħdmu fis-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin hemm tabib wieħed li jaħdem f’ħinijiet fissi u jkun on call fil-ħinijiet li ma jkunx qed isservi fil-Facilita’. Minbarra li meta jinqala l-bżonn jinġiebu tobba oħra mit-taqsima tal-kura primarja tad-Dipartiment tas-Saħħa. Fil-Faċilita’ hemm ukoll dentist u dental assistant li jagħtu servizz darba fil-ġimgħa, kif ukoll Psikjatri li jagħtu servizz darbtejn fil-ġimgħa.
Fil-Faċilita’ hemm ukoll Spiżjar fuq kuntratt
full-time
u numru ta’
nurses
ta’ kuljum skont il-ħtieġa.
Tabib ieħor ġie ingaġġat għal numru ta’ sigħat fuq bażi part-time fl-aħħar ġimgħat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spezzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali (Sanità) saret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar, minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.
Sptar Monte Carmeli – persuni li kkommettew suwiċidju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2015, kemm kien hemm persuni li kkommettew suwiċidju waqt li kienu fil-forensic unit fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat fis-sena 2015, ma kien hemm l-ebda priġunier li kkommetta suwiċidju waqt li kien fil-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija hemm assenjati biex jagħmlu neighbourhood watch fil-lokalità tas-Swieqi? Jista’ jgħid x’inhi l-frekwenza tan-neighbourhood watch?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-lokalita’ tas-Swieqi ma hemm l-ebda neighbourhood watch. Neighbourhood watch tkun komposta u issir mir-residenti tal-lokalita’ fejn titwaqqaf, li minn naħa tagħhom l-informazzjoni li jirċievu mir-residenti tingħata lill-Pulizija, biex din tieħu kull passi meħtieġa skont il-każ.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kariga ta’ persuna
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23372, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-akkużi li fuqhom huwa għaddej bi proċeduri kriminali l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqisija parlamentari 23372.
Proporzjon ta' pulizija mqabbel man-numru tar-residenti f'kull lokalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-proporzjon ta’ pulizija meta mqabbel man-numru ta’ residenti li għandna f’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex? (What is the number of policemen/women, per thousand population)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jiġi biex jikkunsidra l-complement ta’ pulizija li huma meħtieġa għal kull lokalità, jekk tittieħedx konsiderazzjoni tal-attività kummerċjali li jkun hemm f’dik il-lokalità partikulari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi hija proċedura normali illi kull meta jiġi mfassal il-complement tal-Pulizija, kemm għall-għases kif ukoll taqsimiet oħra fil-Korp, jiġu meqjusa diversi fatturi, fosthom attivitajiet kummerċjali fejn jirrigwarda għases.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija:
a) kemm iddaħħlu ħabsin l-Isptar Mater Dei;
b) kemm minnhom iddaħħlu l-ITU;
c) kemm kien hemm gwardjani tal-ħabs, pulizija u
staff
ieħor li jaħdmu l-ħabs li daħħlu l-Isptar isofru minn sintomi tal-AH1N1;
d) kemm kien hemm qraba u viżitaturi fil-ħabs li ddaħlu l-Isptar wara li bdew isofru minn sintomi tal-H1N1?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi minn Jannar 2016 sal-lum kien hemm 23 (tlieta u għoxrin) priġunier li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għal xi raġuni jew oħra. Tajjeb li jingħad li din hija prassi komuni li jkun hemm priġunieri li jkunu meħtieġa li jmorru l-isptar għal kura. Tnejn minn dawn iddaħħlu l-ITU u fil-preżent m’hemm l-ebda inmate fl-ITU.. Ma kien hemm ebda gwardjan tal-ħabs, pulizija jew staff ieħor li jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin li ddaħħlu l-Isptar isoffru minn sintomi tal-influwenza A H1N1. Fuq jekk kienx hemm qraba u viżitaturi li ddaħħlu l-Isptar wara li bdew isofru minn sintomi tal-H1N1 il-Faċilita’ m’ghandhiex din l-informazzjoni.
In vista tal-fatt illi l-inċidenti, l-argumenti, il-ġlied u l-vandaliżmu fil-lokalità tas-Swieqi kompla anke matul ix-xahar ta’ Jannar 2016 u dan minkejja diversi assigurazzjonijiet mill-Gvern illi qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ħa sabiex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija jagħmel dak kollu possibli sabiex jippreveni kull tip ta’ reat fil-pajjiż kollu. Barra minn dan, infakkar li fis-Swieqi kien dan il-gvern li fetaħ għassa f’din il-lokalita’ b’kuntrarju għall-amministrazzjoni Nazzjonalista li kellhom biss wegħdiet għar-residenti tas-Swieqi.
Jista’ l-Ministru jserraħ moħħ ir-residenti tas-Swieqi u jikkonferma jekk l-għassa tal-pulizija hiex qed tinfetaħ 24 siegħa kuljum?
Response (ABELA, CARMELO)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li tista tagħmel mistoqsija dwar l-għassa ġewwa s-Swieqi għax kien dan il-gvern li fetaħ din l-għassa b’kuntrast mall-amministrazzjoni Nazzjonalista li kellha biss wegħdiet.
Jista’ l-Ministru jikkonferma u jgħid kemm-il pulizija hemm assenjati mal-Għassa tas-Swieqi u x’inhu r-roster tagħhom? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn il-pulizija humiex assenjati purament mal-għassa tas-Swieqi jew inkella humiex qed iservu lokalitajiet oħrajn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari numru 19519 u 23488.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ vetturi (skont il-kategoriji differenti) li nxtraw, kull sena separatament, għall-użu tal-Korp tal-Pulizija, bejn l-2013 u din is sena? Fejn qed jintużaw dawn il-vetturi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li 94 (erbgħa u disgħin) vettura inxtraw bejn is-sena 2013 u Frar tas-sena 2016. It-tipi ta dawn il-vetturi u s-sena meta nxtraw huma elenkati fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi wkoll fejn ġew assenjati il-vetturi li diġa bdew jintużaw, kif mitlub fil-mistoqsija.