Jista' l-Ministru jara li jitmexxa b'mod urġenti l-każ ta' reserved parking quddiem residenza ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li darbtejn fil-ġimgħa tiġi ambulanza għal din il-persuna u t-triq hija dejqa ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Diżabbilita’ approva l-applikazzjoni li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari fl-aħħar laqgħa ta’ tali bord. Tali Parkeġġ Riservat ser ikun implimentat fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se tittieħed dwar toroq tas-Cenmed f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa? It-toroq se tagħmilhom is-Cenmed jew tagħmilhom l-ADT bi flus is-Cenmed?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin taħdidiet bejn is-Cenmed u l-ADT biex tittieħed pożizzjoni dwar it-toroq tas-Cenmed f’Santa Marija Estate.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24378 li wara li xi residenti lmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin u allura huma ta' periklu għall-istess residenti, titlob informazzjoni meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road Qormi għal Sta. Venera minn fuq il-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni fl-imsemmi taraġ. Id-Dipartiment tat-tindif ġie mqabbad jirranġa l-ħsara li hemm.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23713, 23576, 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bini ta' culvertfi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih? Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jibda? Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika jekk Triq Furrajna, San Gwann hix triq privata jew waħda pubblika għaliex bħalissa hemm katina li qed iċċaħħad l-aċċess għaliha u dan wkoll minħabba l-istat ta' telqa u ħmieġ li tinsab fiha din it-trejqa? Jekk ovvjament hija triq pubblika, wieħed għandu jirreferi dan il-każ lill-kunsill lokali għal azzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-indafa pubblika.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' diversi residenti ta' San Gwann dwar dewmien, kultant esaġerat, fis-servizz tal-karozza tal-linja Nru. 41, li tgħaddi minn San Gwann?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT qatt ma rċeviet ilmenti rigward din ir-rotta. Din hija rotta ċirkulari mill-Belt u l-ħinijiet huma fis-7.40am, 8.00am, 8.35am, 9.05am, 9.35am, 10.05am, 10.35am, 11.05am, 11.35am, 11.45am, 12.05pm, 12.35pm, 12.45pm, 13.05pm, 13.35, 14.05pm, 14.35pm, 15.05pm, 15.35pm, 16.05pm, 16.35, 17.05pm, 17.30pm, 18.00pm.
Ta’ min wieħed jinnota li barra din ir-rotta hemm ukoll ir-Rotta 42 li tgħaddi minn San Ġwann.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’każ li jkun hemm xi ulterjuri ilmenti, dawn huma mitluba jinfurmaw immedjatament lill-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta fuq 21231216 fejn bejn il-5.30am u l-11.00pm ikun hemm dejjem uffiċjal inkarigat sabiex jieħu l-passi neċessarji u immedjati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni sospiżi mill-impjieg mal-Awtorita' dwar it-Trasport illum u għaliex? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uħud minnhom li xorta qed jagħmlu użu minn karozza ta' l-ADT? Jekk iva, kemm ilhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta hemm ħdax (11) - il impjegat li jinsabu sospiżi mill-impjieg għall-fatt li qed jistennew sentenza mill-Qorti. M'hemm l'ebda wieħed/a minnhom li jagħmlu użu minn karozzi ta' l-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-reserved parking li hemm ġo St Mary Street, kantuniera ma' Carmel Street, Sliema tpoġġiet quddiem id-dar ta' persuna li mhux il-persuna li qed jagħmel użu minnha? Jista' jara li din titpoġġa quddiem id-dar tal-persuna li jużaha? Jista' jgħid wkoll għaliex unloading/loading bay ftit 'l isfel ġo l-istess triq tneħħiet meta diversi ħwienet fil-viċin kienu jagħmlu użu minnha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li tali Reserved Parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet implimentata f’parking bay leġittima biswit il-bieb, tar-residenza ta’ l-applikant. Minħabba li l-kaxxi tal-parkeġġ m'għandhomx l-istess tul ta' kull faċċata fit-triq, għaldaqstant tali Reserved Parking Bay ma tistax tiġi mplimentata eżatt quddiem il-faċċata tad-dar ta’ l-applikant iżda bejn żewġt faċċati, waħda minnhom ta’ l-istess applikant. Sabiex tali kaxxa tar-Reserved Parking tkun eżatt quddiem il-faċċata ta’ l-applikant trid tintilef kaxxa leġittima ta’ parkeġġ mit-triq.
Il-
Un/loading bay
li qed tirreferi għaliha din il-mistoqsija parlamentari kienet ġiet approvata għal lukanda
Imperial
fis-sena 1999. Sussegwentament għal aġġornament fil-
policies
ta’ l-Awtorita’ Dwar it-Trasport fis-sena 2005 tali
un/loading bays
tal-lukandi saru
alighting/boarding bays.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus stop li kien hemm quddiem il-KFC ġo Msida Road, Gżira tneħħiet u ċċaqalqet quddiem djar residenzjali bl-inkonvenjenza għar-residenti? Kemm kienet ilha fil-post oriġinali? Jista' l-Ministru jikkonsidra li din terġa titpoġġa fejn kienet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li dan il-bus stop tressaq minħabba li kien qed jinżamm it-traffiku meta x-xarabank tieqaf fuq il-bus stop. Dan iċ-ċaqliq sar ukoll għal sigurta akbar għall-passiġġieri.
Jien infurmat ukoll li dan kien ilu żmien twil fil-post oriġinali tiegħu. Għar-raġunijiet mogħtija fl-ewwel parti tat-tweġiba, jien infurmat li ma jkunx għaqli li dan il-
bus stop
jerġa' jitqiegħed fejn kien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24069 u jgħid jekk tistax tiġi milqugħa t-talba tar-residenti ta' l-inħawi biex jiġi ntrodott mill-ġdid l-istage li hemm quddiem Sphinx Pizzeria, Triq Dun Karm, Msida minħabba li dawn jinsabu izolati u maqtugħin minn kullimkien? Tista' tiġi wkoll kkonsidrata t-talba tagħhom li ssir zebra crossing għaliex il-bypass li hemm fejn l-universita' mhix prattika, tikkonsisti f'passaġġ pubbliku dejjaq, spiss ikun hemm każi ta' flooding fil-maltemp u apparti dan kollu, kien hemm ukoll każi fejn diversi nisa ġew attakkati sesswalment minħabba l-mod imwarrab ta' din l-area?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-istage imsemmi fil-fatt għadhu hemm u jintuża għar-Rotta bejn il-Belt u Swatar. Li ġara kien li f’dawn l-aħħar sentejn ġew introdotti diversi rotot biex jingħata servizz lejn l-Universita. L-ADT irċeviet diversi ilmenti b’mod regolari li l-istudenti qed jiltaqgġu ma’ periklu kbir meta jaqsmu biex jirkbu ix-xarabank.
Għalhekk, ittieħed id-deċizjoni li r-rotot kollha mill-Belt jibdew iduru mar-
roundabout
tal-Qroqq u jgħabbu l-passiġġieri minn ħdejn it-Techno, fejn ikunu niżżluhom filgħodu.
Minn
survey
li kien sar bejn is-7.30 ta’ filgħdou u il-5.30 ta’ filgħaxija kienu jaqsmu kuljum ma' l-400 student kuljum. Ta’ min wieħed issemmi wkoll li l-użu ta’ dawn ir-rotot minn passiġġieri oħra li m'humiex għall-Universita huwa minimu ħafna u negliġibli.
L-implementazzjoni ta’
‘pelican crossing
’ f’dawn l-inħawi kienet konsiderata fid-dettal mill-ADT. Jirriżulta li din ma tistax tiġi implementata qrib l-i
stage
minħabba
l-livelli differenti tat-toroq u nuqqas ta’ spazju biex tinbena
refuge island
u
rampi
meħtieġa bejn iż-żewġ karreġjati opposti f’din il-parti tat-triq.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23058, 23527 u 24049 u cioe' jista' jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti tat-Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li għadhom għaddejjin it-tentattivi sabiex tinfetaħ din it-triq minħabba illi hemm bżonn li tiġi esproprjata xi art u bini sabiex tkun tista’ tinfetaħ it-triq.
Jista' l-Ministru jara li ż-zebra crossing li qiegħda preżentement fit-tarf t'isfel tal-bandli f'Labour Avenue, Naxxar titressaq viċin fejn hemm il-mużew u dan fl-interess tas-sigurta' ta' l-istess tfal li jiffrekwentaw dak il-post?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni taż-zebra crossing kif issuġġerit mill-Onorevoli Interpellant kienet studjata mill-N.I.D. u nstabet li ma tissodisfax l-istandards ta' road safety kif ipprattikati mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Għalhekk l-Awtorita' hija tal-fehma li ż-zebra crossing għandha tibqa' kif qiegħda bħalissa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24268 u għar-risposta relattiva, huma ħafna dawk li qed jeħlu mill-eżami tat-teorija tal-liċenzja tas-sewqan minħabba problemi relatati ma' l-użu tal-computer, u dan minkejja l-għajnuna li qed tingħata, ma jaħsibx il-Ministru li għandhom jingħataw għajnuniet ulterjuri għal dan il-għan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li meta wieħed jara u janalizza kif isir it-Theory Test isib li l-użu tal-kompjuter mill-kandidat huwa biss sostituzzjoni għal sistema li wieħed ikollu multiple questions miktuba fuq karta.
Dan għaliex il-kandidati meta jpoġġu għat-
Theory Test
ikollhom
Touch Screen
li huwa ekwivalenti għal karta ta’ l-eżami li jkolla mistoqsijiet bi tweġibiet
multiple choice
u l-kandidat kull ma jagħmel hu li jmiss l-i
screen
bir-risposta. It-
Terminal
la għandu
keyboard
u lanqas
mouse.
Il-kandidat jista’ wkoll jagħżel li jwieġeb bil-Malti jew bl-Ingliż, u t-
Terminals
għandhom
headphones
biex il-kandidat ikun jista’ jisma’ vuċi umana (mhux kompjuterizzata) liema vuċi tittrażmetti il-mistoqsijiet u t-tweġibiet alternattivi. Ir
-Recording
jista’ jkun
re-played
mill-kandidat.
Dan kollu ifisser li s-sistema hija aktar faċli li tintuża milli kieku wieħed joqgħod għall-
Test
fejn il-mistoqsijiet u l-
multiple choice answers
ikunu fuq karta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta issir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara għalfejn t-tħaffir ta' gandott fit-Triq Sant'Antnin Lija/Attard qed iddum biex jiġi finalizzat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed isir mill-Waste Water Department tal-WSC.
Huwa mistenni li dan ix-xogħol ser jiġi finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.