Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ appartamenti
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25989, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fl-istess domanda? Billi mir-rispota jirriżulta li l-periti li ser ikunu responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ser ikunu periti privati, jista' jagħti tagħrif dwar min huma l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol għal kull proġett individwali, u kif intgħażlu l-istess periti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol jinsabu fil-lista t’hawn taħt. Ħafna minn dawn il-proġetti diġa’ kellhom perit assenjat, li kien ġie magħżul wara li l-Awtorita’ tad-Djar kienet ħarġet Expression of Interest fl-amministrazzjoni preċedenti. Aktar kmieni din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar f’isem il-kumpanija l-ġdida HPMU Co Ltd li ser tieħu ħsieb dawn il-proġetti, reġgħet ħarġet Expression of Interest oħra, fejn intuża l-istess proċess li kien intuża fl-Expression of Interest ta’ qabel mill-istess Awtorita’ taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sabiex ġew magħżula l-periti għal dawk il-proġetti li ma kellhomx perit privat assenjat għalihom.
RaħalPerit li kiseb il-permess tal-bini
AttardAlison Zammit
BirguAlison Zammit
BirkirkaraWallace Farrugia
BormlaAlison Zammit
BurmarradAlison Zammit
FguraRobert Sant
Kirkop 1Joe Cassar
Kirkop 2Joe Cassar
Kirkop 3Joe Cassar
Kirkop 4Joe Cassar
Kirkop 6Christopher Mintoff
Luqa 1Alison Zammit
Luqa 2TBA Periti
Luqa 3Catherine Galea
Marsaskala 1Alison Zammit
Marsaskala 2Alison Zammit
Marsaskala 3Sarabelle D’Amato
MellieħaAlison Zammit
Msida 1 Alison Zammit
Msida 2 Alison Zammit
Naxxar Alison Zammit
Paola Alison Zammit
Qormi Alison Zammit
Qrendi 1 Alison Zammit
Qrendi 2 Alison Zammit
Qrendi 3 Alison Zammit
Qrendi 4 Alison Zammit
Qrendi 5 Alison Zammit
Qrendi 6 Alison Zammit
Qrendi 7Claude Mallia
RabatAlison Zammit
Siġġiewi 1Architecture Project
Siġġiewi 2Alison Zammit
Siġġiewi 3Bencini & Associates
Siġġiewi 4 Alison Zammit
Valletta Alison Zammit
ŻabbarMangion, Mangion & Partners
ŻabbarValerio Schembri
Żebbuġ 1 Alison Zammit
Żebbuġ 2 Alison Zammit
Żebbuġ 3 Alison Zammit
Żebbuġ 4 Alison Zammit
Żebbuġ 5Mangion, Mangion & Partners
Żejtun Alison Zammit
Żurrieq 1 Alison Zammit
Żurrieq 2 Alison Zammit
Żurrieq 3 Alison Zammit
Żurrieq 4 Alison Zammit
Żurrieq 5 Alison Zammit
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25848, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu rigward bdil ta’ post peress li għadu mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sallum, l-Awtorita’ tad-Djar għadha ma identifikatx tibdil adegwat għan-neċessitajiet tal-persuni li d-dettalji dwarhom qegħdin jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jara l-każ fuq post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li sar il-lift, il-kuntrattur ħalla xi xogħol nieqes u qed joħorġu ħafna ġrieden?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lift fil-blokka msemmija minnu, kien ġie stallat mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2002; jiġifieri dan il-lift ingħata lill-Assoċjazzjoni tar-Residenti 14–il sena ilu. Skont il-ftehim u l-kundizzjonijiet tal-iskema, l-Assoċjazzjoni tar-Residenti kienet u għadha responsabbli biex tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fil-lift kif ukoll fil-partijiet komuni tal-blokka.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa jiġu stallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi, b’mod partikolari biex l-anzjani residenti f’dan il-post ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu? Jekk tali possibbilità ġiet studjata, jista’ jagħti tagħrif dwar liema huma d-djar oħra tal-anzjani li għandhom faċilitajiet ta’ Wi-Fi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità diġà ħa l-passi meħtieġa biex fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa jiġu nstallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi, b’mod partikolari biex l-anzjani residenti f’dan il-post ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu.
Id-djar l-oħra tal-anzjani tal-gvern li fihom ġew nstallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi huma dawk tal-Mosta, Msida, Floriana, Bormla, Żejtun, Mtarfa u l-Isptar Residenzjali Zammit Clapp.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati tal-Helpline 179 għall-għajnuna s-sena l-oħra u kemm minn dawn it-telefonati kienu dwar problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2015, is-servizz ta' Supportline 179 ircieva 13,541 telefonata, li minnhom kien hemm 10,262 li kienu telefonati ġenwini. Minn dawn it-telefonati ġenwini kien hemm 902-il telefonata rigward problemi ta' saħħa mentali u 193- il telefonata relatati ma persuni ili jbatu minn dipressjoni. Kien hemm ukoll 1233–il telefonata ta’ persuni li jbatu minnsolitudni, li fil-maġġoranza tagħhom huma wkoll persuni illi jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, li jċemplu fuq Supportline 179 sabiex isibu wens matul l-ġurnata tagħhom.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija m’għandux applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar. Għaldaqshekk, huwa mħeġġeġ jirrikorri fis-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikun jista’ japplika mil-ġdid jekk huwa konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Dar tal-Anzjani l-Imtarfa – ikla fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ikla li kienet issir fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa, għall-anzjani kollha tad-djar residenzjali tal-Gvern m’għadhiex issir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ta' kull sena, tiġi organizzata attivita' għall-Imnarja b'kontenut li jkunu jixtiequ r-residenti, fejn ukoll jiġi servut l-ikel. Din is-sena kien hemm ukoll kunċert b'siltiet minn opri u biċċiet oħra tal-mużika li huma popolari fost ir-residenti
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm residenti anzjani fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani jgħixu f’kull Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ residenti li hemm fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huwa ta’ 2007; liema ammont jinkludi wkoll l-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule. Statistika dettaljata qiegħda tiġi provduta fit-tabella t’hawn taħt:
Bormla
133
Mosta
68
Msida
64
Floriana
46
Mtarfa
123
Zammit Clapp
129
Mellieħa
180
Żejtun
203
Residenza San Vinċenz de Paule
1061
Djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern illum? Jista’ jelenka n-numru ta’ applikanti li qed jistennew biex jidħlu f’kull dar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern, fil-preżent, huwa ta’ 1386. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx lista’ ta’ stennija għal kull dar.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li l-lista ta’ stennija preżenti naqset minn żmien preċedenti, hekk kif bejn l-2011 u l-2015, il-lista ta’ stennija kienet kif ġej:
2011 – 1935
2012 – 1915
2013 – 2085
2014 – 2084
2015 – 1405
Jista’ l-Ministru jispjega x’wassal biex anzjana taqa’ sular fid-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid jekk kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet neċċesarji biex jiġu aċċertati l-fatti kollha. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda.
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet temporanji ta’ sigurtà ttieħdu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar l-inċident li seħħ fid-29 ta’ Ġunju li għadda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellantlli, bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-aċċess għall-post fejn seħħ l-aċċident ġie temporanjament magħluq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal requisition orders li għadhom pendenti? Jista’ jindika kemm għad fadal requisition orders fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid u Ħal Tarxien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 170–il requisition order, li għadhom pendenti, u li minnhom 9 huma fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid filwaqt li 3 huma fuq proprjetajiet f’Ħal Tarxien.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.