Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13605 u jgħid kemm kien hemm kumpaniji ta' remote gaming irreġistrati f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm liċenzji rreġistrati mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tar-remote gaming f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu Maltin u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Kemm kien il-persentaġġ tal-gross gaming revenue mill-GDP f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014 b’mod separat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13916, jista’ l-Ministru jinfurmani kemm ġa saru stalls b’din l-ispiża? X’hemm maħsub għal dawn l-istalls? Kemm hemm stalls previsti b’kollox fil-monti fi Triq l-Ordinanza u Triq ir-Repubblika? Hemm xi data ta’ dan it-trasferiment se jsir?
Response (CARDONA, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 14024, irrid nippreċiża li r-rilokazzjoni tal-74 bejjiegħ tal-Monti se ssir fi triq l-Ordinanza u mhux fi triq ir-Repubblika kif jingħad fil-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14015 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ir-rilokazzjoni tal-monti minn Triq il-Merkanti fejn qiegħed illum għal Triq l-Ordinanza u jibqa’ ħiereġ fi Triq l-Ordinanza bejn it-Teatru u l-Parlament, ġietx diskussa fil-Kabinett matul din il-leġiżlatura? Jekk iva, meta u x’kienet il-konklużjoni ta’ tali deċiżjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf ben tajjeb l-Interpellant bħala eks Ministru membru tal-Kabinett, id-diskussjonijiet li jsiru fil-Kabinett huma kunfidenzjali.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippreżentati lilu disinji tal-istalls il-ġodda qabel ma bdew jinħadmu?
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux marbut jew le, li jċaqlaq il-monti għal ħdejn il-Parlament il-Ġdid?
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir it-trasferiment tal-monti għal ħdejn il-Parlamentari il-ġdid?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data tar-rilokazzjoni għad trid tiġi deċiża.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monnti min Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkunsidrati siti alternattivi barra dak fi Triq l-Ordinanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 14023 u 14039.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu in charge mill-proġett tal-istands tal-monti? Kemm swew dawn l-istands? Kemm tħallas dan l-individwu għal dan ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat għall-avvanz tas-swieq f’Malta u Għawdex kien responsabbli mir-rilokazzjoni tal-monti tal-Belt għal triq l-Ordinanza. Il-barkarelli swew €976 il-waħda u l-membri tal-kumitat ma jiċievu l-ebda ħlas għas-servizz tagħhom. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-barkarelli se jkunu qed jintużaw xorta għal skopijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx involut fid-deċiżjoni tar-rilokazzjoni tal-monti minn Triq il-Merkanti fejn qiegħed illum għal Triq l-Ordinanza u jibqa’ ħiereġ fi Triq l-Ordinanza bejn it-Teatru u l-Parlament? Jekk iva, meta ttieħdet din id-deċiżjoni?
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid min iddisinja d-disinn tal-istalls tal-Monti li dehru fil-ġurnali fl-aħħar jiem?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ħatar Kumitat għall-avvanz tas-Swieq f’Malta u Għawdex biex itejjeb is-swieq ta’ Malta kollha bil-għan li dawn ikunu ta’ benefiċċju għal bejjiegħa tal-monti, għal min qed imur jixtri mill-monti u għal dawk li l-monti mhux ta’ interess għalihom.
L-ewwel responsabbilta’ li ngħata l-Kumitat kien dak li jirriloka l-Monti tal-Belt fi Triq l-Ordinanza, kif kien imħabbar fil-Budget 2014.
Bħala brief il-kumitat kellu li l-bejjiegħa jkollhom barkarella li tkun tista:
1) tiżżarma u tintrama malajr minħabba li trid tintrama u tiżżarma kuljum;
2) Cost Effective;
3) li tkun taqdi l-funzjonijiet tal-bejjiegħa
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx ix-xogħol fuq l-istalls tal-Monti ġaladabra l-Prim Ministru nnifsu stqarr pubblikament li ma joġgħbuhx?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barkarelli li nħadmu mill-ħaddiema fil-garaxx tal-Gvern se jkunu qed jintużaw għal skopijiet oħra.
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-monti minn Triq il-Merkanti għal Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid jgħid kemm laħqu nħaddmu stalls sakemm il-Prim Ministru qal li ma joġgħbuhx?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jillimita l-Monti f’biċċa minn Triq l-Ordinanza u b’hekk jevita li l-Monti jkun armat fil-viċinanzi tal-bini tal-Parlament u d-daħla ta’ Bieb il-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rilokazzjoni tal-Monti tal-Belt se sseħħ kif imħabbar fil-Budget 2014.
Il-Gvern jisħaq li din mhux se tkun sempliċi rilokazzjoni ta’ Monti imma wkoll riorganizazzjoni ta’ Monti, b’barkarelli uniformi, indafa u sensiela ta’ standards li l-bejjiegħa se jkollhom josservaw.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — periti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux impjegati miegħu periti li jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru? Jekk le, min iwettaq ix-xogħol rikjesti mill-Ministeru? Kif intagħżlu l-periti li jwettqu tali xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.PQ 12965 table.xlsx
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-fabbriki li ġew allokati matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki u x'tip tal-prodotti hu mistenni li jimmanufatturaw? Kemm hu mistenni li jħaddmu persuni dawn il-fabbriki?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Mhux possibli li jingħad kemm hu mistenni li jħaddmu persuni dawn il-fabbriki.PQ12966 table.xlsx
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu bħalissa l-ispots tal-internet b'xejn li għandna f'pajjiżna? Billi qed jingħadd li dawn l-ispots hu mistenni li jiżdiedu b'sitting fil-mija sal-2016, jista' jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitqegħdu dawn l-ispots il-ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 191 free wifi hotspots madwar Malta u Għawdex. Lista kompluta ta’ dawn il-free wifi hotspots qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq nikkonferma wkoll illi hemm pjanijiet li jiżdied in-numru ta’ dawn il-Wifi Hotspots għall-300 sas-sena 2016. Il-lokazzjoni eżatta ta’ dawn il-wifi hotspots għadha qed tiġi diskussa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji ta' remote gaming irreġistrati f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm liċenzji rreġistrati mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tar-remote gaming f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu Maltin u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Kemm kien il-persentaġġ tal-gross gaming revenue mill-GDP f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014 b’mod separat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 ma kienx hemm żieda fil-'fees of office' fi ħdan id-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta' tiegħi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11304 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.