Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu ma talabx għall-investigazzjoni mill-Pulizija fuq allegazzjoni ta’ tixħim ta’ €30,000 fir-rigward ta’ ħlasijiet mill-FTS li dehret fil-ħarġa tat-Times of Malta tas-17 t’April, 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi d-deċizjoni dwar x’jiġi investigat hija prerogattiva tal-Pulizija. Infurmat li ftit wara li saru l-allegazzjonijiet, żewġ persuni mill-FTS għamlu rapport uffiċjali fejn ġew mgħarrfa l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni lill-Pulizija. Dawn ir-rapporti ġew mgħoddija lis-Segretarju Permanenti bħala evidenza li azzjoni ttieħdet. F’dawn ir-rapporti, l-individwi konċernati spjegaw fid-dettal l-allegazzjonijiet li għamel individwu partikolari u ċaħduhom. Bħala riżultat ta’ wieħed minn dawn ir-rapporti, il-Pulizija bdew proċeduri fil-Qorti dwar malafama. Ix-xahar li għadda, wara seduta l-Qorti, is-Segretarju Permanenti kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan kollu ġie mgħarraf b’mod komplut lill-ġurnal The Times of Malta.

Korsa tal-Marsa – privatizzazzjoni u żvilupp

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22458, jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati mal-uniku konsorzju li applika biex jieħu t-tmexxija tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa f'idejh wara li l-espressjoni ta' interess għalqet f'Ottubru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent il-Privatisation Unit, li huwa fdat bil-proċess tar-Request for Proposal, qed jiddiskuti l-offerta mitfugħa u evalwata mal-uniku konsorzju li applika biex jieħu t-tmexxija tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa f'idejh.

Bdil fil-fondi allokati għall-entitajiet edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm tibdil fil-fondi allokati għall-entitajiet edukattivi mill-approvazzjoni tal-Budget ‘l hawn? Jekk iva, liema kienu dawk l-entitajiet jew proġetti (jew inizjattivi) li kellhom żidiet jew tnaqqis fil-voti approvati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru t-tibdil fil-fondi allokati għall-entitajiet edukattivi u l-programmi u inizjattivi fl-2016.
Leg 12 PQ #25533 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Educational Psychologists — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn educational psychologists li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-Kulleġġi madwar il-pajjiż? Kemm hemm tfal li qed jistennew li jkunu assessed minn dawn il-professjonisti u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti abbażi ta’ kulleġġi sabiex it-tfal li għandhom bżonn LSA, ikunu moqdija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-istaff complement tal-iSchool Psychological Services hu kif ġej: · 1 Managing Psychologist · 2 Warranted Educational Psychologists · 1 Warranted Educational Psychologist li taħdem b’kundizzjonijiet ta’ għalliema · 3 Psychology Assistants ikkwalifikati f’Educational Psychology li iżda qed jistennew il- warrant · 1 Psychology Assistant li hija kkwalifikata fil-Psikoloġija Klinika li iżda qed tistenna il- warrant · 2 Psychology Assistants li qed ikomplu bl-istudji tagħhom · 1 Educational Psychologist bil- warrant li qiegħda fuq career break · 1 Educational Psychologist li qiegħda fuq parental leave In-numru ta’ studenti li qed jistennew l-assessjar għal xi kwalità ta’ sapport hu kkalkulat mill-psikoloġi tal-Kulleġġi abbażi tal-informazjoni misluta mir-referral form. Mhux l-istudenti kollha li jiġu referuti jinstab li jeħtieġu dan is-sapport wara li jiġu assessjati. Barra minn hekk, dawk li jinstab li għandhom bżonn sapport mhux kollha jkollhom bżonn sapport fil-forma ta’ LSA. L-informazzjoni kulleġġ b'kulleġġ hija kif indikat fit-tabella t'hawn taħt: Kulleġġ Assessments maħsubali huma għal sapport Assessments għall-MATSEC Access Arrangements li daħlu s’issa Assessments oħra Total fuq bażita’ Kulleġġ Għawdex 56 Għadhom ma daħlux 18 74 Maria Reġina 121 41 73 235 San Ġorġ Preca 55 35 21 111 San Benedittu 101 Għadhom ma daħlux 67 168 Santa Klara 31 22 6 59 San Injazju 32 29 73 134 Santa Margerita 150 18 24 192 San Nikola 64 Għadhom ma daħlux 26 90 Santa Tereża 86 Għadhom ma daħlux 32 118 San Tumas More 145 Għadhom ma daħlux 56 201 L-applikazzjonijiet għall-Access Examination Arrangements tal-MATSEC għadhom qed jidħlu u għaldaqstant hawn fuq ingħatat l-informazzjoni bbażata fuq l-applikazzjonijiet li daħlu s’issa.

Persuni bi bżonnijiet speċjali — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni bi bżonnijiet speċjali matul is-sena 2013, 2014 u 2015 u kemm għad fadal persuni bi bżonnijiet speċjali ifittxu xogħol? ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew impjegati kien ta’ 147 matul l-2013, 309 matul l-2014 u 543 matul l-2015. Fl-aħħar ta’ Marzu 2016 in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru kien ta’ 356 persuna.

MCAST – letturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx letturi fl-Università li huma wkoll letturi fl-MCAST? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax permess mill-Kunsill tal-Università biex dan isir? Kemm kien in-numru ta' sigħat ta' tagħlim minn dawn il-letturi fl-MCAST sena sena fis-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ftehim Kollettiv jagħti l-opportunità lil Resident Academics tal-Università li jkunu involuti f’attivitajiet professjonali part-time sakemm dawn l-attivitajiet ma jkunux ta’ kunflitt jew jinterferixxu mal-obbligazzjonijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet tagħhom u ma jistgħux iħammġu r-reputazzjoni tal-Università. Il-permess jingħata mir-Rettorat u mhux mill-Kunsill. Visiting lecturers u casual lecturers li jaħdmu sigħat fissi għandhom il-possibiltà li joffru s-servizzi tagħhom lil entitajiet oħra bħall-MCAST. Infurmat li f’din is-sena akkademika hemm ħames persuni li jaħdmu bħala letturi full-time fl-Università ta’ Malta u li jagħtu s-servizzi tagħhom part-time fl-MCAST. Ir-responsabbiltà li jinġieb il-permess meħtieġ mill-Università ta’ Malta hija tal-letturi nfushom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Nru ta’ letturi Sigħat ta’ tagħlim 2013 3 352 2014 4 706 2015 5 685

Skejjel li jgħallmu studenti barranin

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21102, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskejjel kollha indikati fir-risposta fil-fatt għadhomx joperaw jew le? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jkunx infurmat dwar in-numru ta’ studenti li kull waħda minn dawn l-iskejjel ikollha, kif ukoll dwar in-nazzjonalità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ studenti, kif ukoll dwar in-nazzjonalità tagħhom, għal kull waħda minn dawn l–iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskola li waqfet l-operat tagħha matul din is-sena skolastika hija r-Russian Boarding School – Buġibba. Infurmat li kull sena skolastika tintbagħat statistika minn kull skola ħlief mil-Libyan School ta’ Ta’ Ġiorni li minħabba karatteristiċi differenti u n-natura tagħha, qed ikunu esplorati modi oħra li bihom tinġabar l-informazzjoni meħtieġa b’mod regolari. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ studenti barranin li jiġu mgħallma f’dawn l-iskejjel. Ġiet miżjuda wkoll Mariam Albatool, li għalkemm hija skola li toffri kurrikulu lokali, għandha wkoll dimensjoni internazzjonali.

Industrija tal-Ipproċessar tal-Ikel — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu mal-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (food processing) sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, l-għadd ta’ nies jaħdmu fuq bażi ‟full-time” u ‟part-time only” fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (food processing) fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2012, 2013, 2014 u Novembru 2015, huwa kif se nsemmi: Persuni jaħdmu fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel Full-Time u Part-Time Only Diċembru 2012 3,020 Diċembru 2013 2,976 Diċembru 2014 3,143 Novembru 2015 3,122

MGSS u STEPS — scholarships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li ngħatat scholarship taħt l-iskema MGSS jew l-iskema STEPS ilmentat mal-Ministeru li fl-assenza ta’ fondi taħt dawn l-iskemi spiċċaw jisselfu b’rati ta’ interess żvantaġġjużi għall-studenti jew addirittura tterminaw b’mod prematur il-kors barra minn Malta għax ma kellhomx għażla oħra? Jekk iva, kemm huma dawk l-istudenti milquta u li ġew affettwati, x’kien il-kors ta’ studju u f’liema Università?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett STEPS huwa proġett magħluq u m’hemm l-ebda student taħt din l-iskema li baqgħalu jieħu xi fondi. Fil-każ tal- MGSS l- iScholarships Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Implimentazzjoni ta’ Programmi ma rċeva l-ebda lment minn xi benefiċjarji li tterminaw b’mod prematur il-kors li kienu qed isegwu barra minn Malta. Il-benefiċjarji taħt l-iskema MGSS kienu u għadhom qed jirċevu l-fondi skont dak li għandhom stipulat fil-ftehim tal-i Scholarship rispettiv tagħhom. Il-Ministeru ma jeskludix li hemm xi benefiċjarji milli qed jibbenefikaw minn borża ta’ studju mogħtija lilhom taħt l-iskema MGSS jew l- Endeavour li flimkien mal-borża ta’ studju li qed jibbenefikaw minnha rrikorrew ukoll għal xi self minn xi banek kummerċjali. Infurmat li dan qed jagħmluh mhux għax fl-assenza ta’ fondi taħt dawn l-iskemi spiċċaw jew għax ma baqgħux jitħallsu b’mod regolari, imma għax qed isegwi korsijiet li l-miżata għalihom hija ferm ogħla mill-ammont tal-borża ta’ studju li qed jibbenefikaw minnha jew ukoll għax għandhom spejjeż ta’ kirjiet kbar barra minn Malta.

Endeavour Scholarship Scheme – proċessar ta’ refunds

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed idum l-ipproċessar ta’ refunds li jingħata taħt skemi ta’ scholarships fid-dekasteru tiegħu, u jindika sa meta huwa ppjanat li kull talba li saret għall-fondi taħt l-Endeavour Scholarship Scheme tiġi deċiża u l-fondi jiġu mogħtija lill-benefiċjarji magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR hija skema ġdida li għandha l-potenzjal li tiġi ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropeja taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Programm Operatiiv II ġdid għal perjodu 2014 – 2020. Infurmat li huwa minnu li l-proċess sabiex jiġu provduti l-fondi meħtieġa ħa daqsxejn fit-tul imma din hija sitwazzjoni normali ħafna meta jkun hemm programming period ġdid ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. B’danakollu, il-Ministeru għamel dak kollu possibbli sabiex il-benefiċjarji ta’ din l-iskema jitħallsu. Ta’ min isemmi li numru konsiderevoli ta’ benefiċjari diġà rċevew parti mill-fondi dovuti lilhom bejn Jannar u Marzu li għadda filwaqt li l-ħlasijiet lill-kumplament tal-istudenti qed jiġu pproċessati.. Fil-każ tal-ESA Scholarships, infurmat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li l-pagamenti jsiru regolarment kull xahar. Fil-France-Malta Scholarships, il-Kunsill iħallas l-ispiża tal-ivjaġġar, sa €300, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-irċevuti tal-ħlas, il-boarding passes, u n-notifikazzjoni ta’ tlestija mill-istituzzjoni kkonċernata. Infurmat ukoll li r-refunds kollha taħt l-iskema tal-ischolarships tal-MCAST, magħrufa bħala TSSM, ingħataw lill-istudenti kollha li kienu eliġibbli għalihom.

Endeavour Scholarship Scheme – ħlasijiet ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex ħlasijiet ta’ fondi taħt l-iskema Endeavour Scholarship Scheme mhux qed jitħallsu lill-benefiċjarji tant li l-uffiċċju tal-Endeavour qed jitolbu lill-benefiċjarji biex ma jibqgħux jikkomunikaw magħhom fuq din il-kwistjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR hija skema ġdida li għandha l-potenzjal li tiġi ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropeja taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Programm Operattiv II għall-perjodu ġdid 2014 – 2020. Infurmat li numru konsiderevoli ta’ benefiċjarji diġà rċevew parti mill-fondi dovuti lilhom bejn Jannar u Marzu li għadda filwaqt li l-kumplament tal-istudenti qed jirċevu l-ħlasijiet tagħhom f’dan il-perjodu u sal-aħħar ta’ Mejju l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-benefiċjarji se jkunu effettwati.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – korsijiet għal Learning Support Assistant mhux rikonoxxuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm każijiet fejn korsijiet għal Learning Support Assistant ma ġewx rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista’ jelenka liema huma dawk l-istituzzjonijiet edukattivi li l-kors tagħhom huwa rikonoxxut?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li qatt ma ġew irrifjutati korsijiet offruti lil Learning Support Assistants u li jkunu komparabbli mal-kriterji meħtieġa. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jara jekk il-korsijiet humiex komparabbli ma’ dak li jkun qed jintalab fis-sejħa relevanti. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) jakkreditaw korsijiet Maltin u jirrikonoxxu korsijiet barranin abbażi tal-Malta Qualification Framework.
Leg 12 PQ #25485 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat Għawdex — bini ta’ skola primarja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25231, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-iskola primarja, underground car park, sports field u 9-a-side football ground li qed jiġu ppjanati mill-Ministeru tiegħu fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid jekk dwar dan il-proġett saritx konsultazzjoni u kienx hemm qbil mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-car park li fuqu maħsub li jkun hemm il-football ground. Il-pjanti tal-iskola primarja għadhom mhux kompluti għax qegħdin isiru diskussjonijiet preliminari mal-Awtorità tal-Ippjanar. Flimkien ma' Ministru ieħor, għamilt laqgħa ta' konsultazzjoni ma' partijiet konċernati dwar dan il-proġett.

Skejjel tal-Istat – supply teachers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għal supply teachers għall-iskejjel tal-istat? Kemm kien hemm sejħiet għal supply teachers fl-2015 u fl-2016 sal-lum? Kemm ġew ingaġġati supply teachers f’dan il-perijodu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-aħħar sejħa għal Għalliema Supplenti (Supply Teachers) hija dik li ġiet ippubbikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,549 datata 22 ta’ Marzu 2016 u tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Marzu 2017. Qabel din kien hemm sejħiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplenti f’setturi varji tal-edukazzjoni ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,411 datata 17 ta’ April 2015 u baqgħu miftuħin sal-21 ta’ Marzu 2016 minkejja li kellhom data tal-egħluq it-8 ta’ April 2016. Dan minħabba s-sejħa l-ġdida msemmija fl-ewwel paragrafu. Infurmat li fl-2015 ġew ingaġġati 149 għalliem supplenti u fl-2016 sal-lum 17-il għalliem supplenti mir-riżultati tas-sejħa tal-2015.

Community Work Scheme Enterprise Foundation — paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija r-rata tal-paga fis-siegħa li qed titħallas lill-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation qegħdin jitħallsu r-rata tal-paga minima.

Direttorat tal-Quality and Assurance — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm il-pjan li d-dipartiment tal-Education Regulatory Compliance Section magħruf bħala ERCS jiġi separat mid-Direttorat tal-Quality and Assurance u jiġi mwaqqaf mill-ġdid bħala entità awtonoma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx pjan li l-Education Regulatory Compliance Section (ERCS) tkun entità separata mid-Dipartiment tal-Quality Assurance fi ħdan id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE).

MGSS u Steps Programme — Waqfien

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) u l-programm STEPS twaqqfu, meta twaqqfu u jekk inħarġitx skema ġdida minflokhom? Jista’ jindika kemm ingħataw scholarships taħt l-iskemi MGSS u STEPS sa mill-bidu tagħhom, għal liema korsijiet ta’ studju kienu , f’liema Universitajiet saru dawn il-korsijiet u għal kemm-il sena ngħatat l-għajnuna lil kull student benefiċjarju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) b’effett minn Mejju 2015 ġiet amalgamata fl-iskema ġdida ENDEAVOUR Scholarships Scheme. Il-programm STEPS kien proġett li kien igawdi minn ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Programm Operattiv II . Dan il-proġett li kien ġie mniedi fl-2009 ġie fi tmiemu f’Diċembru 2015 billi kien jaqa’ taħt il-perjodu ta’ programmi 2007 – 2013. Sa minn meta kienet ġiet imnedija l-iskema MGSS fl-2006 sal-2015 meta ġiet amalgamata taħt l-iskema ġdida ENDEAVOUR, ingħataw mitejn u ħamsa u tletin (235) borża ta’ studju fil-livell ta’ PhDs/Professional Doctorates u mitejn u tmienja u għoxrin (228) borża ta’ studju fil-livell ta’ Masters. Jiġifieri b’kollox ingħataw total ta’ erba’ mija u tlieta u sittin (463) borża ta’ studju taħt l-iskema MGSS. L-ewwel sejħa taħt l-iskema STEPS kienet fl-2009 filwaqt li l-aħħar sejħa kienet fl-2012. Matul dan il-perjodu ngħataw tnejn u tmenin (82) borża ta’ studju fil-livell ta’ PhD u seba’ mija u wieħed u tmenin (781) borża ta’ studju fil-livell ta’ Masters jiġifieri total ta’ tmien mija u tlieta u sittin (863) borża ta’ studju. Sadanittant fl-2013 kien daħal fis-seħħ il-proġett MASTER it! Scholarships Sch eme . Din l-iskema wkoll kienet tgawdi minn ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Programm Operattiv II. Taħt din l-iskema ngħataw sitt mija u wieħed u ħamsin (651) borża ta’ studju biex isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters . L-għajnuna li tingħata li kull benefiċjaru li jkun qed jibbenefika minn xi borża ta’ studju tiddependi fuq it-tul tal-programm jew riċerka magħżul mill-istess benefiċjarji. Fil-każ tal-MGSS l-istudenti li kienu qed isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters setgħu jieħdu bejn sena (1) u ħames (5) snin filwaqt li dawk li kienu qed isegwu PhD/Professional Doctorate setgħu jieħdu sa massimu ta’ seba’ (7) snin. Fil-każ tal-iskema STEPS l-għajnuna li ngħataw kienet tiddependi wkoll mit-tul tal-kors b’danakollu dawk li segwew programm ta’ riċerka fil-livell ta’ PhD kienu jibbenefikaw għal perjodu sa massimu ta’ tlieta (3) jew erba’ (4) snin skont il-perjodu li fih applikaw taħt din l-iskema. Dawk li kienu qed jibbenefikaw mill-iskema biex isegwu korsijet fil-livell ta’ Masters ingħataw għajnuna finanzjarja għal perjodu ta’ bejn sena u tliet snin. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar f’liema korsijiet ta’ studju ngħataw dawn il-boroż ta’ studju kif ukoll f’liema Universitajiet saru dawn il-korsijiet.

Endeavour Scholarship Scheme programme

Question

Fil-każ li ġiet imnedija skema ġdida bħal dik tal-Endeavour Scholarships Scheme programme, jista’ l-Ministru jindika meta bdiet titħaddem, kemm-il persuna s’issa ngħataw scholarship taħt din l-iskema, f´liema korsijiet ta’ studji, f´liema Universitajiet qed isir tali studju, u anke t-tul ta’ żmien għal liema ngħataw kull scholarship?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR Scholarships Scheme ġiet imnedija fit-12 ta’ Mejju 2015. Sa issa ngħataw tliet mija u erba’ (304) borża ta’ studju taħt din l-iskema. Din l-iskema tikkonsisti f’żewġ kategoriji, Grupp A u Grupp B. Il-boroż ta’ studju taħt Grupp A jistgħu jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea – Programm Operattiv II għal perjodu ġdid 2014 – 2020, filwaqt li l-boroż ta’ studju mogħtija taħt Grupp B huma iffinanzjati minn fondi lokali biss. It-tul ta’ żmien għal liema ngħataw kull scholarship jiddependi fuq it-tul tal-programm jew riċerka li l-istess benefiċjarji jkunu għażlu li jsegwu. Fil-każ ta’ Grupp A, il-benefiċjarji jkunu qed jirċievu finanzjament għal perjodu ta’ bejn sena (1) u ħames (5) snin f’każ ta’ riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate u bejn sena (1) u erba’ (4) snin f’każ li qed isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters. Fil-każ ta’ Grupp B, il-benefiċjarji jkunu qed jirċievu finanzjament għal perjodu ta’ bejn sena (1) u seba’ (7) snin f’każ ta’ riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate u bejn sena (1) u erba’ (4) snin f’każ li qed isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar f’liema korsijiet ta’ studju ngħataw dawn il-boroż ta’ studju taħt l-iskema ENDEAVOUR kif ukoll f’liema Universitajiet qed isir it-tali studju.

Scholarship — benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il scholarship ingħata matul is-snin 2015 u 2016 s'issa taħt xi skema mħaddma fid-dekasteru tiegħu, u għal kemm sena kellu jkun il-benefiċċju tal-ischolarship?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskemi amministrati mill-iScholarships Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Implimentazzjoni ta’ Programmi, matul l-2015 ingħataw il-boroż ta’ studju kif ġej:- Skema Nru. ta’ Boroż ta’ Studju Għal kemm sena jkun il-benefiċċju tal-i scholarship Malta Arts Scholarships Scheme 22 Minn disa’ xhur sa erba’ snin Malta Sport Scholarships Scheme 14 Minn ġimgħa sa erba’ snin ENDEAVOUR Scholarships Scheme 303 Minn sena sa seba’ snin REACH HIGH scholars Programme – Post-Doctoral Scheme 18 Tliet snin Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) hija l-organizzazzjoni li tieħu ħsieb relazzjonijiet mal-ESA. Fl-2015, borża ta' studju imsejħa “ESA Traineeship”, li tammonta għall-valur ta' €24,600 (flimkien ma’ spejjeż ta’vjaġġar) ġiet mogħtija lil student Malti għal perjodu ta’ tnax-il xahar. Fl-2016, borża ta' studju imsejħa “ESA International Fellowship” ġiet mogħtija lil riċerkatur Malti. F'dan ir-rigward, l-MCST kisbet it-totalità tal-fondi mill-ESA. Il-Kunsill jieħu sehem ukoll fil-France-Malta Scholarships fejn kull sena jħallas l-ispiża tal-ivjaġġar lil erba’ studenti li jmorru jagħmlu work placements b’konnessjoni ma’ riċerka fi Franza. Infurmat ukoll li fis-snin 2015 u 2016 l-MCAST ma kellu l-ebda skema ta’ Scholarships miftuħa, filwaqt li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ukoll ma kellhiex skemi ta’ scholarships. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. (Informazzjoni addizzjoni: Ara dokument Nru. 7185 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392, nhar it-Tlieta, 24 ta' Mejju 2016)

MGSS u STEPS — scholarships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu ngħataw scholarship taħt l-iskemi MGSS u STEPS u kienu għadhom isegwu l-kors ta’ studju li l-MGSS u STEPS kien qiegħed jagħtihom scholarship għalih, kemm kien fadlilhom snin għall-kompletazzjoni ta’ dan l-istudju, u kif ġie aċċertat mill-Ministeru li l-ischolarship imwiegħed lilhom, se jibqa jitħallas fil-ħin mingħajr ostakli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li taħt l-iskema MGSS hemm madwar mitejn u ħamsin (250) benefiċjarju li għadhom għaddejjin bil-PhD/Professional Doctorate jew li qed isegwu kors fil-livell ta’ Masters. Dan jiddependi f’liema sena applikaw taħt din l-iskema u jekk hux qed isegwu programm fuq bażi full-time jew part-time u Distance Learning. Dawk li qed isegwu riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate, is-snin ta’ tlestija jvarja bejn sena (1) u ħames (5) snin filwaqt li dawk li qed isegwu kors fil-livell ta’ Masters ivarja bejn sena (1) u tliet (3) snin. Fl-aħħar estimi tal-Baġit il-Gvern xorta alloka flus meħtieġa biex il-benefiċjari li ngħataw borża ta’ studju taħt l- MGSS fis-snin passati se jibqgħu jirċievu l-finanzjament meħtieġ kif maqbul bejn iż-żewġ partijet fil-Ftehim li jirregola l-i scholarsh ip . Fil-każ ta’ STEPS din hija skema magħluqa u għaldaqstant ma hemmx studenti li għad baqgħalhom xi żmien ta’ tlestija tal-istudji tagħhom.