Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21018 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Miżbla

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19845?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ammont ta' skart li jiġi ġenerat jiddependi mill-attivita' ekonomika fil-pajjiż. Ta' min ukoll jinnota li fis-snin ta' qabel l-1997, l-iskart li kien jiġi mormi fil-miżbla tal-Magħtab, kien jiġi biss stmat peress li ma kienx għad hemm miżien. Il-miżien tal-miżbla tal-Magħtab beda jaħdem fl-1997. Rigward il-miżbla tal-Magħtab, bħalissa qed tiġi ppreparata tender għall-immaniġġjar ta' l-iskart li se tiġi ppubblikata fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #21027 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Door Numbering

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20823?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21096 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant Anġlu

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija nru 20911, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-massimu ta' żmien permissibli li jistgħu jdumu mwaħlin il-gates imwaħħlin fuq ix-xatt taħt Sant Anġlu, peress li dawn il-gates jirristrinġew l-aċċess għax-xatt għaċ-ċittadini, liema aċċess suppost hu garantit mill-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-Consortia?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20971 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq Hompesh

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jsir mill-flus li kienu allokati fil-Budget 2000, li kellhom jintnefqu fuq il-proġett ta' Triq Hompesh fil-Fgura peress li għad ma beda xejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20979 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Mina ta' Sta. Liena

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17159, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sejjer jsir fuq il-Mina ta' Sta. Liena, Bormla, kemm huwa previst li sejjer idum għaddej dan u kemm huwa previst li sejjer jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward ix-xogħol li sejjer isir, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17159. L-ewwel fażi tal-proġett tal-Bieb ta' Santa Liena se jiswa Lm39,099 u se jdum 14-il ġimgħa biex jitlesta.
Leg 9 PQ #20980 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — No. 1 Dock - Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed isir preżentement fuq it-twaqqigħ tal-ħajt li jagħlaq l-imsejjaħ No. 1 Dock, ġewwa Bormla u kemm sewa dan ix-xogħol s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi bħalissa qed jitlesta x-xogħol ta' bini u twaħħil ta' gradi tal-ħadid mal-pilastri u dan ix-xogħol mistenni illi jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #20982 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — No. 1 Dock - Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, il-permess ottenut mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-twaqqigħ ta' ħajt li jagħlaq No. 1 Dock, Bormla u jistax ukoll jinforma lill-Kamra meta dan ġie ottenut?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess imsemmi datat it-3 ta' Lulju 1998.
Leg 9 PQ #21025 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għas-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-sistema eżistenti qiegħda titkabbar meta l-fossa komunali eżistenti lanqas biss tlaħħaq mas-sistema eżistenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern bħalissa qiegħed jistudja diversi alternattivi biex tittejjeb is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija, u għalhekk s'issa għad m'hemm l-ebda pjanijiet deċisivi. Madankollu kif imtenni fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15452, mhuwiex mistenni jinbeda x-xogħol qabel is-sena 2005. Il-fossa komunali eżistenti qiegħda tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-lokal, u ma kienx hemm ilmenti speċjali dwar xi fawran ta' spiss. Pero', d-Dipartiment tad-Drenaġġ intervena mal-kuntrattur li jbattal din il-fossa biex dan jagħti aktar attenzjoni meħtieġa meta jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #21032 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Belt Valletta — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-Proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-data preċiża meta jibda dan il-proġett tiddependi minn dak li se jidħol fis-sejħa għal offerti li qed toħroġ dan ix-xahar u li tagħlaq fit-28 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #21056 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dockyard Terrace ta' l-Isla hux se jitmiss meta jsir il-proġett tal-Cottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21100 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Shelters

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli jittieħdu passi biex jingħalqu (jew jiġi rimedjat il-periklu) minħabba żewġ shelters fil-bidu tal-foss ta' Manoel Island minħabba li dawn is-shelters huma fondi xi tlett sulari u hemm riskju li jekk jipprova jidħol xi ħadd jaqa' għal isfel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-perikli li semma' l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu ser jitneħħew fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #20911 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

St Anġlu — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jibqa' jkun hemm aċċess għall-pubbliku mill-Birgu, naħa ta' St. Anġlu għan-naħa l-oħra tħares lejn il-Kalkara, peress li jidher li qed ikun magħluq b'gates li tpoġġew riċentement?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi l-gradi li tpoġġew kienu approvati fil-'Construction Management Plan' sottomessa bħala parti mill-applikazzjoni għall-permess u li dawn tpoġġew biex jissalvagwardjaw lill-pubbliku mill-periklu. Meta jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni dawn jitneħħew kif ġie stipulat fil-kundizzjonijiet tal-permess kif maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #20881 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise Liner Passenger Terminal

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 20746, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi mressaq fil-Parlament il-kuntratt li se jsir mal-consortium magħżul għal proġett tal-cruise liner passenger terminal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minhabba li n-negozjati mal-Consortium għadhom għaddejin, il-Gvern bħalissa mħux f'pożizzjoni li jagħti data għall meta il-kuntratt tal-proġett tal-Cruise Liner Terminal ser jiġi imressaq fil-Parlament.
Leg 9 PQ #20903 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Connections

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 20747, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ffinalizzat il-kuntratt sabiex jinbeda x-xogħol fuq il-proġett Connections?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif japrezza l-Onorevoli Interpellant, ma tistax tgħid meta jkun finalizzat il-kuntratt għax dan jiddependi mit-tul tan-negozjati.
Leg 9 PQ #20906 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

L-Moll ta' St.Anġlu — Ġbid ta' Film

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ħlas sabiex intuża l-moll ta' St. Anġlu u xi bini tal-madwar sabiex inġibed film ftit ġimgħat ilu? Min ħa dan il-ħlas? Kemm kien jammonta dan il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saru pagamenti liż-żewġ Consortia nvoluti fil-proġett tal-Kottonera. Saru wkoll pagamenti lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u lil diversi Kunsilli Lokali. Rigward dawn ta' l-aħħar l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #20910 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Il-Moll ta' Sant Anġlu — Film

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jitnaddaf il-moll ta' Sant'Anġlu mit-trab li intefa' waqt il-ġbid ta' film?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq tindif tal-mollijiet inbeda l-ġimgħa l-oħra.
Leg 9 PQ #20944 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Fumes Tossiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Antipollution Unit fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent waslulhiex ilmenti dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f'nofs l-industrial estate ta' Ħal-Far? (id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament). Jekk iva, x'passi ttieħdu, xi spezzjonijiet saru, meta saru u jekk irriżultax li dan għandu antipollution filter kif suppost? Billi diversi ħaddiema f'dan l-Estate qed jilmentaw minn fumes tossiċi minn dan l-impjant, jirriżulta jekk dan l-impjant tat-tarmac hux qed jopera kif suppost?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel ilment wasal fit-12 ta' Marzu 1999. Saret site inspection dak in-nhar stess. Instab li Penza Construction kellhom problema bil-bag filters. Instab ukoll li d-ditta msemmija kienet qabdet konsulent biex itiha parir kif issolvi l-problema. Inbidlu l-filters u s-sitwazzjoni rritornat għan-normal. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva lment ieħor fit-23 ta' Ottubru 2000. Saret spezzjoni oħra u rriżulta li reġa' kien hemm problema bil-bag filters. Din id-darba ġew infurmati l-Pulizija u d-Dipartiment tas-Saħħa biex dawn jaraw jistgħux jieħdu passi skond il-liġi.
Leg 9 PQ #20948 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Embellishment Project

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-Embellishment Project għall-Ġnien tal-Blat, Housing Estate, Qormi (non-council task)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #20949 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Valley Road - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Valley Road, Qormi? (non-council task)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #20950 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Triq Sidtna tal-Anġli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Triq Sidtna ta' l-Anġli, Ħaż-Żebbuġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).