Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27873 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pennings

Question

X'kontroll qed isir fl-għalf tat-tonn li qed jitkabbar fil-pennings? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regoli li jikkontrollaw dan l-għalf? Jista' jassigura lill-Kamra li dawn il-kontrolli huma biżżejjed biex ma jixterdux viruses, mard gdid fil-ħut li jinstab madwar il-qoxra tal-baħar tal-ġżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għalf li jintuża għat-tkabbir tat-tonn huwa ħut maqbud iffriżat u dan jiġi impurtat bl-istess kondizzjonijiet li jiġi impurtat ħut ieħor għal konsum uman. Fil-fatt dan il-ħut ikollu ċertifikat li hu tajjeb għal konsum uman. Dan huwa l-istess tip ta' għalf li ilu għal żmien twil u għadu jintuża bħala liska.
Leg 9 PQ #27883 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Jum Dinji ta' l-Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' l-okkażjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel li ġiet organizzata mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd għas-sena 1999 u 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel kienet tammonta għal Lm1,270 fl-1999 u għal Lm1,327 fis-sena 2000. Dawn ma jinkludux il-prodotti agrikoli, tiġieġ u fniek, li jitrabbew fl-Għammieri u li, f'din l-okkażjoni, jitqassmu b'xejn lill-Istituti tal-Karita'.
Leg 9 PQ #27848 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformana liema huma l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u produtturi li huma favur it-tneħħija tal-protezzjoni tal-biedja mis-sena d-dieħla? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn id-dikjarazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala u produtturi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba tingħata wara li jiġi diskuss il-pakkett speċjali ta' għajnuna lill-bdiewa, raħħala u produtturi. It-tnaqqis tal-levies ser isir b'mod gradwali fuq perjodu ta' żmien u jkun marbut b'kumpens adekwat. B'kuntrast ma dan, il-politika tal-oppożizzjoni kif iddikkjarata tlett snin ilu tispeċifika tneħħija ta' levies mingħajr kumpens.
Leg 9 PQ #27868 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' Basal

Question

Peress li dak li qed jallega l-Ministru f'mistoqsija parlamentari nru 27637 ma rriżultax meta tkellimt ma' l-Agent inkwistjoni għaliex qalli li huwa qatt ma għamel l-allegazjonijiet li semma l-Ministru fil-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħmel laqgħa pubblika ma dan l-esportatur sabiex tkun iċċarat l-allegazzjoni li għamel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant nesa jew ma jridx jiftakkar. Nissuġerilu li jerġa' jkellem lill-esportatur.
Leg 9 PQ #222 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laqgħat Internazzjonali — Animal Welfare

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena bagħatx lil xi għaqda jew individwi biex jattendu għal-laqgħat internazzjonali fuq animal welfare u jitkellmu f'isem il-Gvern Malti? Jekk iva, liema laqgħat kienu, fejn saru, meta saru u minn kienu dawk li attendew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-Servizz Veterinarju ħa sehem f'konferenzi, seminars u taħriġ skond ma jidher fit-tabella. Fir-rigward tal-laqgħa tal-Eurogroup kien hemm rappreżentanza Maltija tal-NGOs wara stedina li saret direttament lil dawn l-NGOs Maltin mill-organizzaturi.
Leg 9 PQ #27844 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gvern Malti — FAO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontinwazzjoni saret matul l-1999, 2000 u 2001 sabiex jiġi implimentat il-pjan bejn il-Gvern Malti u l-FAO għall-qasam tal-biedja li sar taħt gvern preċedenti Laburista? Xi progress ġie reġistrat u x'inhuwa previst għall-futur bejn il-Gvern Malti u l-FAO?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema pjan bejn il-Gvern Malti u l-FAO qiegħed jirriferi fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #27846 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

NPAA — CAP - Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta l-NPAA jgħid li bir-regoli tal-CAP il-biedja mhijiex settur ekonomikament viabbli, matul l-1999, 2000 u din is-sena huwa kompla jdaħħal is-sistema tal-CAP tant li se jibda jneħħi l-levies ta' protezzjoni tal-biedja mis-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika f'liema parti tal-NPAA hemm dak li qiegħed jallega fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #27962 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Palazz tal-President

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqalgħu siġar mill-bitħa tal-Palazz tal-President, il-Belt? Għalkemm wieħed ifhem li s-siġar setgħu kien qed jagħmlu l-ħsara fl-istruttura tal-bini, kien hemm alternattivi oħrajn minflok jinqalgħu dawn is-siġar? Kemm għandhom żmien bejn wieħed u ieħor is-siġar li nqalgħu, kemm minnhom inqerdu? Sar attentat biex jiġi trasferiti għal x'imkien ieħor dejjem jekk dan kien possibli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien nfurmat li nqalgħu tliet siġriet tal-varjeta' ficus nitida. Is-siġar kellhom anqas minn ħamsin sena. Ebda siġra ma nqerdet. Dawn tħawlu mill-ġdid fil-Karwija, limiti ta' Ħal Safi. Ma kien hemm ebda għażla oħra.
Leg 9 PQ #27750 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tar-riżorsi ta' l-art u l-baħar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-rapporti annwali tad-Dipartiment għal dak li huwa taħriġ li pparteċipaw fih uffiċjali tad-Dipartiment barra minn Malta. Nfakkru li minn Ottubru 2000 inbeda kors fi ħdan id-Dipartiment li jipparteċipaw fih 8 studenti bit-titlu Higher National Diploma in Fisheries Studies bil-għan li meta jispiċċaw is-sena d-dieħla jkunu jistgħu jiġu impjegati bħala fisheries officers.
Leg 9 PQ #27751 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta l-mikropropogazzjoni sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta' l-mikropropogazzjoni sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom kien hemm erbgħa fl-1999, ħamsa fl-2000 u tlieta fl-2001. Dawn l-uffiċjali/tekniċi/ħaddiema ġew mħarġa fl-Italja. Tip ta' taħriġ barra minn Malta: -Tkattir ta' pjanti bit-teknika ta' "In vitro". -Kultura diversa ta' "In vitro" fuq diversi pjanti. -Akklimatazjoni ta' pjanti fis-serer. -Kultura ta' pjanti fis-serer. -Disinn ta' laboratorju. -Apparat meħtieġ għall-laboratorju. -Riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. -Dijagnożi ta' mard virali fuq il-pjanti.
Leg 9 PQ #27813 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta agro-industrija fil-gzejjer zgħar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27740.
Leg 9 PQ #27814 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam zootekniku fil-gzejjer zgħar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27740.
Leg 9 PQ #27815 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-tkabbir tas-siġar tal-frott fil-gzejjer zgħar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27816 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-tkabbir tal-ħxejjex b'metodi sostenibli sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27740.
Leg 9 PQ #27744 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta l-Agrituriżmu sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniċu/ħaddiem li tħarreġ speċifikament fil-qasam ta' l-Agrituriżmu matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27745 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta l-Afforestazzjoni sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam ta' l-Afforestazzjoni matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27746 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-produzzjoni agrikola organika sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-produzzjoni agrikola organika matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27747 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tas-Servizzi veterinarji sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27748 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-ħarsien tal-ġonna pubbliċi sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-ħarsien tal-ġonna pubbliċi matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27749 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta l-Agriekoloġiku sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma' kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ speċifikament fil-qasam ta' l-Agriekoloġiku matul l-1999, 2000 u 2001.