Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23013 u 23099 u jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' impjegati fil-Ministeru tiegħi (li jinkludi wkoll id-Direttorati bin-nies tagħhom) hu 81. M'hemm ħadd li hu on loan, 20 impjegat bil-kuntratt filwaqt li 21 huma b'Secretariat Agreement'.
Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, l-Onor. Interpellant hu riferut għall-"Guidelines on the emplyment of Staff for Ministers 'Secretariat' kif approvat mill-Kabinett".
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 23091 u jgħid għaliex meta jispiċċaw ħaddiema minn mad-drainage section ta' Wied il-Għajn ma jġibux nies oħra flokhom? Hemm ħsieb li jidħlu nies oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tqassam in-nies tagħha fl-outstations tagħha skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni innifisha.
Fil-każ li rrefera għalih l-Onor Interpellant, il-Korporazzjoni ma tħossx li għandha għalfejn iżżid n-numru attwali ta' mpjegati li jaħdmu fil-
pumping station
ta' Wied il-Għajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ħallset il-kont tad-dawl ta' l-Enemalta, fil-preżent m'għandhiex dawl? X'passi se jittieħdu biex jerġa' ikollha d-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijet li saru jirriżulta li fil-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jidhru separatament m’hemm l-ebda problemi fil-provista ta’ l-elettriku.
Kummissjoni Ewropea — Deroga dwar is-servizz tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern ma ħax il-passi meħtieġa biex iġib deroga mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fuq il-bażi li l-forzi tas-suq waħedhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex? Jaf il-Ministru li Franza, Spanja, il-Portugal u l-Greċja hekk għamlu biex iħarsu l-interessi tal-gżejjer tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23114, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-substations ta' l-elettriku kien hemm il-bżonn tagħhom għal xi proġett partikolari nkluż l-isem tal-proġett?
F'każ li l-bżonn ta' substation hu minħabba konsum akbar ta' elettriku minħabba xi proġett partikolari, min iħallas għal din is-substation, jiġifieri l-Enemalta jew l-iżviluppatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sta. Luċija — Triq il-Klematis - bozoz ta' l-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala hemm tlett bozoz ta' l-elettriku fi Triq il-Klematis, Sta. Luċija li ilhom mitfija xhur sħaħ u li jagħti struzzjonijiet sabiex dawn jinxtegħlu mill-iktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tlett bozoz imsemmija twaħħlu mill-Kunsill Lokali mingħajr l-approvazzjoni jew permess meħtieġ mill-Enemalta. Il-kunsill Lokali ntalab jikkonsulta ma' l-Enemalta dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid:
(1) min għamel il-kuntratt għan-naħa tat-tarzna fuq il-fairmount ships?
(1a) Jista' jgħid min għamel dan il-kuntratt għadux it-tarzna?
(1b) Jista' jgħid kemm hu l-estimated profit fuq dan il-proġett tal-fairmount ships?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Telephone
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jispiċċaw ħaddiema minn mad-drainage section ta' Wied il-Għajn ma jġibux nies oħra flokhom? Hemm ħsieb li jidħlu nies oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23013 u jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi qed jingħad li uffiċjal tal-MITTS ġie sospiż in konnessjoni ma' allegat leakage in konnessjoni ma' l-aġġudikazzjoni ta' l-IT ta' l-isptar il-ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk dan kienx jaħdem ukoll fis-segretarjat ta' l-MITI?
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat miksub mill-istallazzjoni tal-polishing plant għall-ilma f'Għawdex? Meta kien istallat dan l-impjant, fejn u fiex jikkonsisti u kemm sewa? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru mpjanti simili f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-PQ 18608.
Bl-istallazzjoni ta' din il-polishing plant l-ilma provdut lill-konsumatur f'Għawdex fih livell baxx ta' chlorides u nitrates.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 22949 u jagħti lista ta' proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista bid-dettalji tal-proprjeta’ li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta’ l-elettriku f’dawn l-aħħar 12-il xahar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika għas-safar ta' min qed jirreferi biex inkun nista' ntih l-informazzjoni mitluba.