Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1981 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Raħħala tal-mogħoż u n-nagħaġ — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala tal-mogħoż u ngħaġ li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment tal­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mir­raħħala tal­mogħoż u tan­ngħaġ f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1982 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi tal-majjal — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-majjal li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment tal­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mir­raħħala produtturi tal­majjali f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1983 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi tat-tjur — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tat-tjur li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet tad-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċeiva l­ebda reġistrazzjoni mill­produtturi tat­tjur f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1984 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn il-bdiewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex irċieva 19­il reġistrazzjoni mill­bdiewa f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp. L­ispezzjonijiet ġew imwettqa kollha.
Leg 10 PQ #1977 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi taċ-ċanga friska — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi taċ-ċanga friska li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mir­raħħala produtturi taċ­ċanga friska f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1978 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Sajieda — Ħsarat Kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn is-sajjieda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mis­sajjieda f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1851 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Persuna li applikat biex taħdem Malta

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se tintlaqa' it-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ilha mit-13 ta' Awissu, 2003 li applikat biex tiġi taħdem Malta ħalli tkun tista' tingħaqad mal-familja tagħha li ġiet tgħix Malta minn Għawdex? Għaliex qed tinżamm dawn il-ġimgħat kollha bla risposta xierqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1922 Sitting 42 2003-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vapuri

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel żviluppaw ħsarat fis-sistema tal-kanen tagħhom minħabba t-tip ta' materjal li ntuża? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' irranġar tas-sistemi konċernati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1763 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Tista' tgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u tgħid x'inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma inħatru ebda bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex minn Ottubru 2002 sallum.
Leg 10 PQ #1864 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vapuri Ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew jiswew flus il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel, kull vapur separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1866 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mill-kumpanija Gozo Channel mis-sena 1992 sas-sena 2002, kull sena separatament (fl-aħħar ta' kull sena)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1887 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Trasport — Skejjel Sekondarji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1741, peress li bħalissa t-trasport għall-iskejjel sekondarji wara l-iskola mhux qed jopera u allura qed jikkawża ħafna nkonvenjenti kemm għall-istudenti li ħafna minnhom jimxuha sad-dar, kif ukoll għall-ġenituri tagħhom, tista' il-Ministru tara li tinstab soluzzjoni jew alternattiva sabiex jiġu eliminati dawn l-inkonvenjenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­Onorevoli Nterpellant għandha tkun taf li ntlaħaq ftehim bejn il­Ministeru għal Għawdex u l­Assoċjazzjoni tas­Sidien tal­Karozzi tal­Linja f'Għawdex u b'hekk ġew eliminati l­inkonvenjenti li għalihom hi għamlet referenza.
Leg 10 PQ #1915 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Apparat - Memogram

Question

X'inhi r-raġuni li l-apparat tal-memogram ma inxtarax għal kemm l-offerti ġew proċessati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il­mammography workstation għadu ma nxtarax għax l­Adjudicating Board ma ppreżentax ir­rapport finali tiegħu wara li ltaqgħu ma' xi diffikultajiet.
Leg 10 PQ #1916 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lazer Facility — Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Kemm persuni użaw il-lazer facility li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex is-sena li għaddiet u din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-Isptar Generali t’Ghawdex saru 31 trattament bil-lazer matul is-sena 2002 u 20 intervent minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena.
Leg 10 PQ #1917 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Magna tal-istress tal-qalb

Question

X'inhi r-raġuni li l-magna tal-istress test tal-qalb ilha minn Diċembru ma tiffunzjonax?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill­Onorevoli Nterpellant għar­risposta li tajt għall­Mistoqsija Parlamentari numru 1737.
Leg 10 PQ #1918 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel

Question

X'inhi r-raġuni li l-iskola tal-Bini u l-iskola tal-Biedja Kelinu Galea għalqu f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1919 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti Għawdixn — Kura f'Malta

Question

Kemm pazjenti Għawdin ġew trasportati għal kura f'Malta is-sena li għaddiet u din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1652 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għal Għawdex

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq nirreferi lill­Onorevoli Interpellant għar­risposta għall­Mistoqsija Parlamentari numru 23475. Matul is­sena 2003 il­Ministeru għal Għawdex għamel kuntratt mal­ABA Services Ltd għal servizzi konsultattivi rigward is­'Single Programming Document'. F'dan il­każ il­konsulent kien is­Sur Andrew Blackadder. Barra dan saru studji oħra speċifikament dwar Għawdex li ġew imħallsa mill­Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #1738 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Operating theatre

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fl-operating theatre hemm nuqqas ta' ngwanti u maskli protettivi? Tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qatt ma kien hemm nuqqas ta' ngwanti u maskli protettivi ġewwa l­operating theatre ta' l­isptar Ġenerali ta' Għawdex.