Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2733 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Laboratorji tal-farm esperimentali ta' Għawdex

Question

X'upgrading sar fil-labaratorji tal-farm esperimentali ta' Għawdex minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn? Kemm sewa flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil­farm sperimentali ta' Għawdex ma hemmx laboratorji.
Leg 10 PQ #2734 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tekniċi u uffiċjali Għawdxin — Biedja u Sajd - Taħriġ barra minn Malta

Question

Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin fis-settur tal-biedja u s-sajd li matul din is-sena siefru sabiex jitħarrġu aktar fuq l-oqsma varji tal-biedja u s-sajd u fuq liema oqsma partikolari tħarrġu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li tliet tekniċi u uffiċjali Għawdxin fis­settur tal­biedja u s­sajd siefru matul din is­sena sabiex jitħarrġu aktar fuq l­oqsma varji tal­biedja u s­sajd prinċiparjament fis­suġġetti ta': ­ Servizzi Veterinarji ­ Teknoloġija tal­Informatika
Leg 10 PQ #2735 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tekniċi u Uffiċjali Għawdxin

Question

Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin li attendew konferenzi, seminars u laqgħat f'Malta, Għawdex u f'pajjiżi stati membri ta' l-UE sabiex jaġġornaw mar-regoli tal-CAP?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul din is­sena kien hemm tliet tekniċi/uffiċjali Għawdxin li attendew seminar f'Malta sabiex jaġġornaw ruħhom mar­regoli tal­CAP, fil­qasam ta' l­Iżvilupp Rurali.
Leg 10 PQ #2736 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Għawdex matul Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Jista’ l-Ministru jestendi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'osservazzjonijiet tqanqlu u xiprogress ġie reġistrat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­produzzjoni tal­majjal f'Għawdex matul il­perijodu Jannar ­ Ottubru ta' din is­sena u fl­istess perijodi għal dawn l­aħħar ħames snin sena b'sena kienet ta': 2003 ­ 443.470 tunnellati 2002 ­ 452.745 tunnellai 2001 ­ 421.680 tunnellati 2000 ­ 362.875 tunnellati 1999 ­ 378.577 tunnellati 1998 ­ 447.692 tunnellati Fil­preżent jidher li hawn nuqqas ta' majjaliet fuq l­irziezet. Jidher ukoll li hemm mortalita' għolja fil­qżieqez iż­żgħar.
Leg 10 PQ #2728 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Analiżi xjentifika — Laboratorji lokali

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi xjentifika li saret fil-laboratorji lokali u/jew esteri ta' dawn il-prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni agrikola li ntlaħaq fuq dawn il-prodotti partikolari fil-gżira ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Ministeru għal Għawdex m'għandux ċertifikati ta' analiżi xjentifika li għalihom għamel referenza l­Onorevoli Nterpellant.
Leg 10 PQ #2729 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni agrikola — Għawdex

Question

Xi pjan ta' riċerka twettaq fuq produzzjoni agrikola organika f'Għawdex minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma twettaq l­ebda pjan formali ta' riċerka fuq produzzjoni agrikola organika fil­farm sperimentali tal­Gvern f'Għawdex.
Leg 10 PQ #2730 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Pitkalija ta' Għawdex — Upgrading

Question

X'upgrading sar minn Jannar ’l hawn fil-pitkalija ta' Għawdex u kemm sewa flus ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil­pitkalija ta' Għawdex ġiet installata Local Area Network bil­għan li s­sistema Pitkali Markets Marketing System tkun tista' titħaddem direttament minn ġol­Pitkalija. Dan in­Network ikopri wkoll il­Biċċerija u l­Cold Stores.
Leg 10 PQ #2731 Sitting 59 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

API Kultura f' Għawdex

Question

X'upgrading sar minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn fis-sezzjoni ta’ l-API Kultura f'Għawdex u kemm sewa flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma sarx upgrading fis­sezzjoni ta' l­API Kultura f'Għawdex minn Jannar ta' din is­sena 'l hawn.
Leg 10 PQ #2748 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra - Tindif mill-iskart

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju wasal it-tindif tad-Dwejra mill-iskart li kien intefa' minn persuni rresponsabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar­risposta mogħtija għall­mistoqsija 34703 li nqrat fis­seduta 774 tal­15 ta' Lulju 2003.
Leg 10 PQ #2612 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel primarji/sekondarji - Tfal neqsim mis-smiegħ

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm tfal neqsin mis-smiegħ jattendu skejjel primarji u sekondarji f'Għawdex? Kemm għandhom għalliema speċjalizzati jaħdmu magħhom? X'tip ta' servizz jagħtuhom f'ġimgħa tipika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li f'Għawdex hemm 14­il student/a neqsin mis­smiegħ li jattendu l­iskejjel primarji, sekondarji u post­sekondarji governattivi. Dawn l­istudenti għandhom għalliema speċjalizzata waħda li tagħti servizz peripatetiku billi toħroġ lill­istudenti mill­klassi biex tagħtihom attenzjoni individwali skond il­bżonnijiet partikulari tagħhom.
Leg 10 PQ #2216 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mit-13 ta’ April 2003 sal-lum, il-Ministeru tieghi, inkluz il-korporazzjonijiet pubblici kollha li jaqghu tahtu ghamel uzu minn sitt (6) konsulenti jew kumpaniji ta’ konsulenza. Fil-perjodu msemmi s-servizzi provduti minn dawn l-konsulenti u l-hlasijiet moghtija lill-istess, huma kif murija hawn taht: Tip ta’ servizzi moghtija Hlas Dovut/moghti Hlas li ghad irid jithallas Offerta ghal xoghol ta’ Titjib fil-provvista tal-Elettriku fil-kumpless Ninu Cremona, Victoria (Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni) Hlas dovut Lm600 Lm600 Bdil tal-hajt tal-hagra Ta’ Sansuna, fix-Xaghra u Bdil tas-saqaf tat-tarag fil-Mu¿ew tal-Arkejologija Il-Konsulenza ghadha ma ntemmitx Xoghol ta’ Ortodontist (Sptar Generali t’Ghawdex) Lm112 hlas moghti ghal ¿ewg konsulenzi Xejn Xoghol ta’ Acupuncture (Sptar Generali t’Ghawdex) Hlas moghti Lm750 Lm750 Xoghol konness ma’ ghoti ta’ Pariri fl-isptar Generali t’Ghawdex Hlas moghti Lm2248.05 Xejn Assistenza lir-Registratur, Qrati u Tribunali t’Ghawdex fejn dan ikun parti Hlas moghti ta’ Lm300 Xejn
Leg 10 PQ #2216 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #2372 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Drainage allowances — Fondi

Question

Tista' il-Minsitru tgħid meta ser jiġu allokati l-fondi sabiex jitħallsu d-drainage allowances u s-shift allowances lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-drenaġġ, liema allowances ilhom miżmuma għal-dawn l-aħħar tlett xhur, u tenut kont li l-ħaddiema fid-dipartiment tad-Drenaġġ Malta qed jitħallsu regolarment? Tista' il-Ministru tforni spjeggazzjoni għal dan id-dewmien u għal din id-diskriminazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin jittieħdu l­passi meħtieġa biex jitħallsu l­allowances imsemmija mill­aktar fis possibbli.
Leg 10 PQ #2412 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz Għawdex — Problema tad-Drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta ser tiġi rimedjata l-problema tad-drenaġġ f'Corner Street u f' Dalelands Street San Lawrenz Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onor. Interpellant tagħmel il­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2452 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — Problema tat-traffiku

Question

Peress li fil-bajja tax-Xlendi s-sajf li għadda s-sidien ta' diversi stabilimenti lmentaw dwar il-problema tat-traffiku u saħansitra ġiet preżentata petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Munxar, peress li issa li ġejja x-xitwa u fil-bajja tax-Xlendi jkun hemm kumulu ta' ilma li jikkawża ħsara lill-istabilimenti iktar u iktar issa li hemm hump li żżomm l-ilma, tista' il-Ministru tikkonsidra dawn il-problemi u tara kif issolvi jew ta' l-anqas ittaffi l-inkonvenjent ta' dawn in-nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onor. Interpellant tagħmel il­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2467 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tagħha li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm tmien ħaddiema ingaġġati b'kuntratt definit fid­Dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru tiegħi. Dawn huma: - Konsulent tal­Mediċina fl­Isptar Ġenerali ta' Għawdex ­ 2 Konsulenti tal­Kirurġija fl­Isptar Ġenerali ta' Għawdex ­ Konsulent fil­Ġinekoloġija fl­Isptar Ġenerali ta' Għawdex ­ Konsulent fil­Patoloġija fl­Isptar Ġenerali ta' Għawdex Il­kuntratt ta' dawn il­konsulenti kienu ġew magħżula mid­Dipartiment tas­Saħħa u approvati mill­Kunsill Mediku. Il­kuntratt tagħhom huwa għal sena. Tnejn minnhom għalqu l­61 sena. ­ Manager ­ Investiment Soċjali, Produttiv u Indiġenu b'kuntratt ta' tliet snin li jistgħu jiġġeddu għal perjodi oħra ta' tliet snin. Din il­pozizzjoni mtliet wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet. ­ Żewġ Uffiċċjali Eżekuttivi Sostituti Każwali li ġew ingaġġati wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet. Il­kuntratt tagħhom jispiċċa hekk kif l­impjegati li huma qed jissostitwixxu jidhlu lura għax­xogħol.
Leg 10 PQ #2016 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Organizzazzjonijiet sportivi — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' organizzazzjonijiet sportivi, soċjali, kulturali, eċċ. f'Għawdex li talbu xi forma ta' għajnuna sabiex jirranġaw il-ħsarat li kkawżalhom il-maltemp li ħakemm il-gżejjer tagħna f'dan ix-xahar? X'passi ttieħdu u kemm-il talba ġiet approvata u kemm għadhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda talba għall­għajnuna minn organizzazzjonijiet sabiex dawn jirranġaw xi ħsarat li kkawżalhom il­maltemp li ħakem il­gżejjer Maltin dan l­aħħar.
Leg 10 PQ #2277 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Żjara fi Franza

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-iskop taż-żjara riċenti tagħha fi Franza? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni tagħha? Meta saret u ma min iltaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill­Onorevoli Interpellant li jiena flimkien mas­Segretarju Permanenti fil­Ministeru għal Għawdex attendejna l­Assemblea Ġenerali tal­Konferenza tar­Reġjuni Periferali u Marittimi ta' l­Ewropa u laqgħat tal­Kummissjoni Inter­Mediterranja u tal­Kummissjoni tal­Gżejjer Ewropej. Kelli wkoll laqgħat oħra ma' mexxejja ta' gżejjer ewropej dwar proġett ta' benchmarking tas­servizzi tas­Saħħa u tal­Kura ta' l­Anzjani, proġett li kont ipproponejt jiena fil­laqgħa tal­Kummissjoni tal­Gżejjer li kienet saret f'Orkney f'Mejju tas­sena l­oħra u dwar proġett iehor ta' koperazzjoni fost il­gżejjer għal titjib fit­tmexxija ta' żvilupp sostenibbli tal­gżejjer. Id­delegazzjoni telqet minn Malta fl­10 ta' Settembru u rritornat fl­14 ta' Settembru 2003.
Leg 10 PQ #1979 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi tal-Ħalib Frisk — Ħsarat kawżati mill-Maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mir­raħħala produtturi tal­ħalib frisk f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.
Leg 10 PQ #1980 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi tal-Fniek — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tal-fniek li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għal dawn ir-raħħala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp fi ħdan il­Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda reġistrazzjoni mill­produtturi tal­fniek f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati mill­aħħar maltemp.