Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm fondi allokati u/jew kemm huma stmati li se jiswew il-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li m'hemmx fondi allokati speċifikament taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex għall-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex. Il-programm ta' dawn il-festi propost mill-Ministeru għal Għawdex huwa stmat li jiswa Lm15,000.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-Oppożizzjoni Laburista mhix rappreżentata fil-Kunsill Reġjonali għal Għawdex? Ma jidhrilhiex li bl-esklużjoni ta' l-Oppożizzjoni il-gvern qed ikun esklussiv u joħnoq kull possibbilta' ta' djalogu u diskussjoni li l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tiġi nvoluta fihom bħala rappreżentant tal-poplu Għawdxi wkoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx rappreżentanza politika fil-Kumitat Reġjonali għal Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi ivvotati għall-karnival għal kull sena separatament mill-1998 sa l-2004 u kemm minn dawn il-fondi attwalment intnefqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-każ li tressaq lid-Direttur tal-Biedja f'Għawdex li d-dettalji dwarhu jeq jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jinvestiga u jirrimedja l-problema ħalli l-bdiewa inkwistjoni ma jkomplux ikunu ostakolati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja mid-dipartiment kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4574, tista' il-Ministru tispeċifika x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms fil-Cold Stores tal-Gvern f'Għawdex jikkonsisti fi bdil tal-kisi ta' l-art, ta' l-"insulation" u tal-bibien tal-kmamar kif ukoll bdil ta' l-apparat tar-refriġerazzjoni u sistemi anċillari għalih.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-fond għall-artisti? Tista' tgħid kif u meta se jitħallsu l-artisti li kienu ntitolati għall-fondi minn dan il-fond in konnessjoni ma wirjiet jew xogħlijiet u/jew esibizzjonijiet oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant qiegħda tirreferi għall-fond li minnu jitħallsu s-sussidji lill-organizzazzjonijiet kulturali. Ninsab infurmata li l-ebda artist m'hu dovut xi ħlasijiet minn dan il-fond in konnessjoni ma' wirjiet jew xogħlijiet oħra.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm medical equipment ġie skrappjat jew tneħħa mill-użu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin (1999-2003) sena b'sena? F'kull każ, kemm kien ilu li nxtrara l-equipment li tneħħa mis-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-perijodu imsemmi ġew skrappjati żewġ tipi ta' apparat mediku mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Fis-sena 2002 kienet ġiet skrappjata makna għall-użu anaestetiku u li kienet ilha għad-dispożizzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex sa mit-twaqqif tiegħu. Ta' min igħid ukoll li fis-sena 2000 kienet tneħħiet X-Ray Mobile Unit, liema apparat mediku kien ilu għad-dispożizzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex sa mit-twaqqif tal-istess sptar.
Ministeru ħal Għawdex — Post ta' direttur customer services
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4217, tista' il-Ministru tgħid min iffirma l-ittri għaċ-charges kontra l-ħaddiema tad-direttorat tal-customer services bejn l-14 ta' Ottubru, 2003 u l-14 ta' Frar, 2004 ladarba ma kienx hemm la direttur u lanqas aġent direttur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dikjarazzjonijiet ta' l-abbużi kontra l-uffiċċjali li għalihom saret referenza ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1737 dwar xiri ta' makna ġdida għall-istress tests, tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet il-proċedura għax-xiri ta' din il-makna issa li għaddew diversi xhur minn meta saret il-mistoqsija, cioe' mid-29.09.03? Tista' tgħid kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti mid-29.09.03 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-proċeduri għax-xiri ta' magna ġdida għall-istress test huma fl-istadju ta' l-adjudication.
Qed nagħti rendikont xahar b'xahar mid-29 ta' Settembru 2003 sallum ta' kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti lejn Malta
mid-29 sat-30 ta' Settembru 2
Ottubru 17
Novembru 11
Diċembru 12
Jannar 2004 21
Frar 25
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1445 u għar-risposta relatata, tista' il-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħol ta' ekwipaġġar tal-cold rooms fil-cold stores tal-gvern mid-data tar-risposta 'il hawn, cioe' mit-22.09.03?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed isir xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid ta' żewġ cold rooms fil-cold stores tal-Gvern f'Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Tista' tinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngharraf lill-Onorevoli interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq lil-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid għal-liema raġuni qed ikun hemm dewmien fil-bini tal-ħajt tar-revelin taċ-Ċittadella? Tista' tgħid ukoll minn liema fond jew vot qed jitħallsu l-ispejjeż għal dan ir-restawr u jekk hemmx inklużi l-pagi tal-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll kemm hemm ħaddiema nvoluti f'dan ix-xogħol ta' restawr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħolijiet fuq ir-revelin taċ-Ċittadella imxew bil-mod prinċipalment peress li wara li nħatt il-ħajt ta' barra instabu fdalijiet arkeoloġiċi li riedu jiġu studjati u rekordjati mit-Taqsima tal-Mużewijiet. Barra minn hekk ried jinstab mod li permezz tiegħu jkun jista' jitkompla x-xogħol filwaqt li dawn is-sejbiet jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku.
Ix-xogħol tal-bini tal-ħajt tar-revelin reġa' beda f'nofs Jannar ta' din is-sena u l-parti li qed tinbena bħalissa mistennija tkun lesta sal-aħħar ta' Frar tal-2004.
L-ispejjeż għal dan ir-restawr inkluż il-pagi tal-ħaddiema ser jitħallsu mill-voti tal-Ministeru għal Għawdex.
Hemm erba' ħaddiema assenjati fuq dan ix-xogħol.
Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta — Sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel
Question
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadu ma tħallasx is-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta? Tista' tgħid meta se jitħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta ser ikunu tħallsu kollha sa' l-aħħar ta' din il-ġimgħa.
Għawdex — Dipartiment ta' l-agrikoltura - uffiċjali tekniċi
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali tekniċi fid-dipartiment ta' l-agrikoltura f'Għawdex li jifhmu: a) fiż-żbir tas-siġar; b) fiż-żrigħ tax-xtieli ornamentali; c) fil-kur ta' l-annimali; u d) fix-xogħol tat-taqsima ta' l-ispettorat kemm ta' irziezet kif ukoll tar-raba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-fergħa ta' l-Agrikoltura tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex hemm Principal Agricultural Officer, Veterinary Officer, Senior Veterinary Officer, żewġ (2) Agricultural Officers, Senior Agricultural Foreman, Agricultural Foreman, tlett (3) Assistant Foreman, sitta u ħamsin (56) Gardener u wieħed u għoxrin (21) Farmer li jifhmu f'wieħed jew f'aktar mill-oqsma msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli nterpellant hija skond it-tabella hawn taht murija:
Numru ta' Mobile Phones Min qed ju¿ahom Ammont li thallas fis-sena 2003
1 Onorev. Ministru ghal Ghawdex Lm 400.64
1 Kap tas-Segretarjat Lm 319.86
1 Segretarju Privat tal-Ministru Lm 516.12
1 Assist. Segretarju Privat Lm 162.52
1 Koordinatrici tal-Komunikazzjoni Lm 237.12
1 Segretarju Permanenti Xejn
1 Direttur Servizzi Korporattivi Lm 128.78
1 Direttur Office of Review Lm 202.20
1 Segretarjat Permanenti Lm 45.00
1 Direttur tal-Progetti u ¯vilupp Lm 244.70
1 Direttur tal-Customer Services Lm 197.51
Total 11 Lm2,454.45
Possibbli l-Ministru tgħid kemm qasmu karozzi u passiġġieri minn Għawdex għal Malta nhar il-Ħadd 1 ta' Frar, 2004? F'liema ħinijiet ħadmu shuttle service il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Għajnsielem - Karozzi jistennew biex jaqsmu lejn Malta
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm daqshekk konfużjoni tul il-queue u ġox-xatt nhar il-Ħadd fil-għaxija meta kien hemm għadd ta' karozzi qed jaqsmu għal Malta?
Kemm kien hemm pulizija jikkontrollaw u jidderiġu l-karozzi?
X'inhi r-raġuni li fi triq tax-xatt (Għajnsielem) kontra dak li jsir is-soltu, ma kienx hemm pulizija jikkontrolla l-queue bil-konsegwenza li fformaw żewġ fillieri ta' karozzi ħdejn xulxin u allura spiċċaw imblokkaw għal kollox l-aċċess għax-xatt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kotba ġew weeded out kull sena mil-lending library ta' Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex fl-aħħar ħames snin u kemm kotba ġodda ġew akkwistati mill-istess librerija fl-istess perjodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taht.
L-ghadd ta’ kotba li gew weeded out kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej:
1999
2000
2001
2002
2003
TOTAL
141
96
201
134
207
779
L-ghadd ta’ kotba li gew akkwistati kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej:
1999
2000
2001
2002
2003
TOTAL
248
1,631
1,264
804
1,279
5,226