Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #5480 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produtturi tal-majjal u taċ-ċanga Għawdxin — Laqgħat

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta saru laqgħat mal-produtturi tal-majjal u ċanga Għawdxin sabiex ġie deċiż li tagħlaq il-biċċerija tal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produtturi ġew infurmati dwar is-sospensjoni tal-qatla fil-Biċċerija f'Għawdex fit-28 u d-29 ta' April 2004, u saret ukoll laqgħa ma' rappreżentanti tar-raħħala fit-30 ta' April 2004.
Leg 10 PQ #5481 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'ġara mill-qatla li ssoltu kienet issir fil-Biċċerija ta' Għawdex u fejn qed issir il-qatla llum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-qatla li ssoltu kienet issir fil-Biċċerija ta' Għawdex ġiet sospiża temporanjament u saru arranġamenti biex din il-qatla ssir fil-biċċerija f'Malta.
Leg 10 PQ #5525 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5250 u cioe' tista' tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tagħha ? Tista' tgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5250.
Leg 10 PQ #5383 Sitting 125 2004-05-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5238 u cioe' tista' tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha? Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #5177 Sitting 122 2004-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Spejjeż fuq fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt. Spiża Jannar – Marzu 2003 Ammont li tħallas Jannar – Marzu 2003 Spiża Jannar – Marzu 2004 Ammont li tħallas Jannar – Marzu 2004 Lm Lm Lm Lm Segretarjat Privat 422.47 422.47 355.98 252.65 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 283.46 283.46 309.34 183.05 Dipartiment tal-Customer Services 4,273.90 3,453.64 4,111.31 2,016.58 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp 5,236.32 5,236.32 5,525.92 4,510.20 TOTAL 10,216.15 9,395.89 10,302.55 6,962.48
Leg 10 PQ #5238 Sitting 121 2004-04-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha? Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar. Risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 10 PQ #5274 Sitting 121 2004-04-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Żieda fin-nollijiet

Question

In vista ta' l-istqarrija tal-Ministru Austin Gatt dwar iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel,tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jiżdied il-ħlas tas-sussidju lill-istudenti u ħaddiema li jistudjaw u jaħdmu Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-kumpens relattiv ghaz-zieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat.
Leg 10 PQ #5211 Sitting 120 2004-04-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Monument f'ġieħ l-Arċipriet Cassar

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fuq it-twaqqif tal-monument f'ġieħ l-Arċipriet Cassar baqa' ma sar qatt minkejja li kien hemm il-permessi meħtieġa? X'passi se jittieħdu biex ix-xogħol fuq dan il-monument isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li għad m'hemmx il-permessi meħtieġa għat-twaqqif tal-monument f'ġieħ l-Arċipriet Cassar.
Leg 10 PQ #5128 Sitting 119 2004-04-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Wagganu - asfaltar

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex Triq Wagganu li tagħti minn San Lawrenz għal Santa Luċija, f'Għawdex ma ġietx asfaltata kollha kemm hi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-parti tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant qiegħda fil-programm ta' xogħlijiet għal din is-sena.
Leg 10 PQ #5130 Sitting 119 2004-04-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċimiterju Santa Marija - xiri ta' oqbra

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti biex jinxtraw oqbra mill-privat fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk humiex jiġu aċċettatu iżjed talbiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi preżentement hemm 265 applikazzjoni pendenti għax-xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija. Applikazzjonijiet ġodda għal xiri ta' oqbra fl-istess ċimiterju għadhom qed jintlaqgħu fl-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika fir-Rabat Għawdex.
Leg 10 PQ #4778 Sitting 118 2004-04-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Sindku Għawdxi — Terms of reference

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li għandu s-sindku Għawdxi li qed jirrappreżenta lis-sindki Għawdxin kollha fil-kumitat reġjonali għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jippreċiża l-mistoqsija tiegħu.
Leg 10 PQ #4780 Sitting 118 2004-04-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumitat reġjonali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ntgħażel sindku wieħed minn Għawdex sabiex ikun rappreżentant fil-kumitat reġjonali għal Għawdex? Fuq liema bażi/kriterji ntgħażel? Għaliex ma ġewx integrati s-sindki ta' Għawdex kollha fil-kumitat reġjonali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-persuna li qiegħda tirrapreżenta lill-kunsilli lokali fil-kumitat reġjonali għal Għawdex hija fil-fatt ir-rappreżentant reġjonali tal-kunsilli lokali ta' Għawdex.
Leg 10 PQ #4663 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħlasijiet għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra tal-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Frar 2004 kienu ta' Lm4595.22 filwaqt li l-istess ħlasijiet għax-xhur ta' Jannar u Frar 2003 kienu ta' Lm5345.39.
Leg 10 PQ #4968 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Manutenzjoni fl-iskejjel

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel ta' Għawdex matul is-snin 2002, 2003 u 2004 għal kull skola separatament u tgħid ukoll kemm swiet kull biċċa xogħol? Tista' tgħid liema minn dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-gvern u liema saru minn kuntratturi privati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4970 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qrati — Għawdxin li jkunu għamlu talba għas-serparazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tispjega kif medjaturi nominati taħt il-Liġi tal-Familja qegħdin jibagħtu għal persuni Għawdxin li jkunu għamlu talba għas-separazzjoni biex imorru Malta għal medjazzjoni, meta dawn ħafna minnhom huma nisa miżżewġa bi tfal żgħar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4971 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Maltapost — Ħaddiema Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tagħti r-raġunijiet għaliex seba' ħaddiema tal-Maltapost mil-lum ġew trasferiti mix-xogħol li kellhom f'Għawdex għal xogħol f'Malta ma' l-istess Maltapost, filwaqt li ħamsa oħra kellhom ix-xogħol tagħhom mibdul mingħajr spjegazzjoni ta' xejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4931 Sitting 113 2004-03-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kerċem - Bini ta' taraġ f'Wied il-Lunzjata

Question

Tista' il-Ministru tagħti dettalji dwar in-natura u l-utilita' tax-xogħlijiet konsistenti f'bini ta' taraġ u culvert fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata peress illi dik l-area hija skedata bħala special area of conservation and high landscaping value?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata jikkonsisti f'bini ta' water culvert taħt il-livell tal-ħamrija biex jilqa' l-ilma tax-xita tat-Triq ta' Mulejja limiti tal-Fontana, u b'hekk jiġi evitat l-ilma tax-xita jidħol fil-propjeta' privata. Ir-raba' minn fejn għaddej dan il-culvert ser jerġa jiġi rijabilitat għall-istat oriġinali tiegħu.
Leg 10 PQ #4932 Sitting 113 2004-03-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Laqgħat tal-Kumitat Reġjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4789, peress illi fil-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex qed jiġu diskussi diversi issues u proġetti f'Għawdex, ma taħsibx il-Ministru li l-Oppożizzjoni għandha tkun mistiedna biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4789.
Leg 10 PQ #4516 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet u kummissjonijiet statutorji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.