B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5620 dwar Triq il-Qala, Nadur, Għawdex u għar-risposta relattiva, peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna, peress li r-residenti, speċjalment anzjani, qed jiġu affettwati avversament mill-istat ħażin ħafna ta' din it-triq, tista' il-Ministru tara li minnufih issir il-manutenzjoni neċessarja a benefiċċju tar-residenti u ta' dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma għandix xi nżid mar-risposta għal mistoqsija numru 5620.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5623 u għar-risposta relattiva, peress li l-containers żdiedu, peress li l-ilmenti dwar l-intejjen żdiedu u hemm biża' ta' infezzjonijiet tenut kont li dawn il-containers qegħdin qrib il-pitkalija, tista' il-Ministru tgħid x'tip ta' azzjoni qed tittieħed in vista tal-fatt li l-inkonvenjent qed jiżdied u mhux jonqos?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-materjal li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant se jinħaraq fl-inċeneratur tal-biċċerija li sarlu titjib biex ikun konformi ma’ l-istandards ta’ l-Unjoni Ewropea.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5618 u r-risposta relattiva, tista' il-Ministru tikkonferma li Għawdex kellu jibbenifika minn Lm1.5 miljun biex jintużaw għal xogħlijiet fit-toroq? Tista' ukoll, jekk fl-affermattiv, tagħti r-raġunijiet u tispjega għalfejn Għawdex ma ħa xejn mit-Lm12.5 miljun li ġejjin mill-protokoll biex jintużaw għal xogħlijiet fit-toroq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li ma jirriżultax li Għawdex kellu jibbenefika minn Lm1.5 miljun biex jintużaw għal xogħlijiet fit-toroq. Jiena infurmata li fil-5 ta’ Marzu 2003 il-Ministeru għal Għawdex kien issottometta lill-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta lista prijoritizzata ta’ toroq li l-Ministeru talab li jsiru f’Għawdex taħt il-Ħames Protokoll Taljan. Fis-sejħa għall-offerti għall-bini u titjib ta’ toroq taħt il-Protokoll Taljan li ħarġet f’Novembru 2003 mill-Awtorita’ dwar it-Trasport ġew identifikati tliet lottijiet ta’ toroq f’Malta biss.
Għawdex — Dipartimenti tal-gvern - Vacancies fi grad ta' principal
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm vacancies fi grad ta' principal fid-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex? Tista' tagħti data meta dawn il-vacancies f'Għawdex se jimtlew minn ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu f'Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ vaganzi fil-grad ta’ Prinċipal fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex jammonta għal 7.
Nitlob lill-Onor. Interpellant ipoġġi t-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għal Għawdex — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tagħha, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li hija responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħlasijiet fuq kiri ta’ karozzi tal-Ministeru għal-Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma kif murija fit-tabella hawn annessa.
INFIQ FUQ KIRI TA’ KAROZZI FIS-SNIN
2002
2003
2004(Sa April)
Lm
Lm
Lm
Segretarjat Privat
1,612.90
1,089.65
897.25
Segretarjat Permanenti/Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
2,037.20
3,265.60
1,229.36
Dipartimet tal-
Customer Services
12,808.12
12,667.72
4,075.17
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
6,231.25
8,860.41
0.00
Ħlasijiet totali
22,689.47
25,883.38
6,201.78
Tista’ il-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-iSchool of Arts biddlet isimha? X’sar l-isem il-ġdid u għaliex inħass il-bżonn li dan isir? Tista’ tgħid ukoll x’jiġi mgħallem ġewwa din l-iskola? Min huwa l-kap ta’ din l-iskola u kif ġie magħżul?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-isem ta' l-Iskola ta' l-Arti nbidel minn dak ta' "Skola ta' l-Arti Wistin Camilleri" ghal dak ta' "Ċentru ta' l-Arti u Ariġġjanat Wistin Camilleri" biex jirrifletti aħjar il-varjeta' akbar ta' korsijiet offruti f'dan iċ-Ċentru kif ukoll il-perspettiva ġdida versu l-istess korsijiet.
Il-korsijiet li huma offruti f'dan iċ-Ċentru huma kif ġej:
Art Attack (Juniors)
Basic Art (Juniors)
Basic Art (Adult)
Basic Art (O and A Levels)
CAD
Clay Modelling
Gilding
Graphical Design
Lace (Adult/Junior)
Stone and Wood
Carving
Thread Filigree
Monasteru
Macrame
Oil/Water
Parchment Craft
Pottery
Pyrography
Silver Filigree
Stained Glass
Textile Design
Ferrobattuto
L-Uffiċċjal inkarigat minn dan iċ-Ċentru huwa s-Sur Joe Attard wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal dan il-post.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5250 u r-risposta relattiva, b'riferenza għax-xogħlijiet fil-korsa ta' Xħajma ġewwa Għawdex li l-Ministru qed tgħid li swew Lm668 u Lm1,208 rispettivament, tista' il-Ministru tgħid meta u għal xiex intnefqu dawn l-ammonti u tindika item item, x'sar u minn min sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ix-xogħlijiet li saru fil-Korsa ta' Xħajma huma kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien ingaġġat l-ebda impjegat ġdid ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex.
Peress illi Triq il-Qala fin-Nadur, Għawdex hija f'kondizzjoni ħażina ħafna, peress illi hemm diversi residenti speċjalment anzjani li qed jilmentaw anke minħabba l-ħofor li hemm u kien hemm min waqa' ġo dawn il-ħofor, tista' il-Ministru tara li din it-triq tiġi asfaltata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija mill-Onor Interpellant isirilha manutenzjoni regolarment biex tinżamm fi stat tajjeb.
Peress li in konsegwenza ta' l-għeluq tal-Magħtab ir-raħal tax-Xagħra jinsab infestat bi ġrieden kbar, li peress li issa m'għandhomx provvista ta' ikel jistgħu jkunu ta' periklu kbir, tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni? Tista' tgħid ukoll jekk sarux xi studji jew ittieħdux xi prekawzjonijiet biex tiġi evitata din l-infestazzjoni?
Peress illi fil-biċċerija ta' Għawdex hemm container li fih hemm biċċiet tal-laħam tal-bhejjem u peress illi dan qed ikun kaġun ta' intiena li qed idejjaq lir-residenti u l-bdiewa ta' l-inħawi, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed azzjoni biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.
Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' office equipment
Question
Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt.
Dipartimenti
Nefqa għall-kiri ta’
photocopiers
matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2004
Nefqa għall-kiri ta’
other equipment
matul l- ewwel 4 xhur tas-sena 2004
Nefqa għall-kiri ta’
photocopiers
matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2003
Nefqa għall-kiri ta’
other equipment
matul l- ewwel 4 xhur tas-sena 2003
Segretarjat Privat
Xejn
Xejn
Xejn
Xejn
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
Xejn
Xejn
Xejn
Xejn
Dipartiment tal-
Customer Services
Nutara tal-Gvern
Reġistru ta’ l-Artijiet
Qrati t’Għawdex
Lm66.92
Lm127.35
100.64
Xejn
Xejn
Xejn
Xejn
Lm47.12
Lm98.08
Xejn
Xejn
Xejn
Dipartiment tal-Proġetti u
Żvilupp
Xejn
Xejn
Xejn
Xejn
Totali
Lm294.91
Xejn
Lm145.20
Xejn
Tista' il-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fuq it-tkabbir taċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex baqa' ma nbediex minkejja li kien hemm il-permessi meħtieġa? X'passi se jittieħdu biex ix-xogħol li għandu jsir isir mill-iktar fis?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tinħareġ s-sejħa għall-offerti għall-bini ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fix-Xewkija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tagħha ?
Tista' tgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm qed isiru vjaġġi biex jinġarr l-iskart kuljum lejn Malta, x'tip ta' vetturi qed jintużaw u f'liema trips tal-Gozo Channel qed jinġarr dan l-iskart?
Għawdex — Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-sħubija ta' Malta fl-UE
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu stmat li swew fi flus iċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Għawdex minħabba d-dħul tal-gżejjer Maltin fl-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Għawdex biex niċċelebbraw id-dħul ta' Malta u Għawdex fl-Unjoni Ewropea huma stmati li swew Lm11,698.