Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #6553 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — beach cleaning section - nuqqas ta' arja kkundizzjonata

Question

Peress li l-beach cleaning section fil-Ministeru għal Għawdex m'għandhomx air conditioning fl-uffiċini tagħhom, tista' il-Ministru tara li jiġi stallat l-air conditioning unit f'dawn l-uffiċini?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-uffiċċju ta' l-iskrivani tal-Beach Cleaning section huwa pprovdut b'arja kkundizzjonata. L-installazzjoni ta' apparat ta' arja kkundizzjonata f'uffiċċju ieħor ta' din is-sezzjoni tiġi kkunsidrata skond il-prioritajiet tad-Dipartiment.
Leg 10 PQ #6442 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress illi fil-Qorti ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar staff, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħiseb li jiżdied l-istaff tal-Qorti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onor Interpellant tapprezza li l-istaff jitqassam skond il-ħtieġa prijoritiżżata tad-diversi oqsma tas-Servizz.
Leg 10 PQ #6444 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet kemm infrastrutturali kif ukoll ta' manutenzjoni tat-toroq f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll min għamel ix-xogħol u kemm ġie jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #6445 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sigurta'

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6260 li ġiet riferuta lelek u cioe' peress li fil-Qorti ta' Għawdex m'hemmx sigurta' biżżejjed, ma taħsibx il-Ministru li l-Qorti ta' Għawdex għandu jiġi mgħammar b'apparat ta' sigurta' bħal dak ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-apparat indikat irid jitħaddem minn uffiċċjali addetti għas-sigurta', hekk kif jimtela l-post ta' security guard li mistenni jimtela' fi żmien qasir, ikunu jistgħu jittieħdu l-passi biex, jekk ikun ill-każ, jiddaħħal l-apparat li qed tirreferi għalih fil-Mistoqsija.
Leg 10 PQ #6446 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' air condition

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6261, peress illi filwaqt li kull min jagħmel użu mill-awla ż-żgħira japprezza l-afreski u ma jixtiequx li ssirilhom ħsara iżda huwa ta' inkonvenjent kbir li taħdem f'din l-awla fil-ġranet ta' sħana, ma taħsibx il-Ministru li jista' ikun opportun li din l-awla ssir kamra ta' l-avukati u min-naħa l-oħra l-kamra ta' l-avukati tiġi mgħammra biex issir awla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Mhuwiex xieraq li jiżdied taraġ ieħor għall-pubbliku jekk isir l-arranġament indikat f'din il-mistoqsija.
Leg 10 PQ #6552 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - ambulanzi

Question

Peress illi qed ikun hemm ilmenti kontinwi dwar l-ambulanzi li m'għandhomx arja kondizzjonata, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata a benefiċċju tal-ħaddiema u tal-pazjenti li jinġarru lejn Malta ta' kuljum għal trattamenti li ma jsirux Għawdex minħabba nuqqas ta' faċilitajiet fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex isiru t-tiswijiet ta’ l-air conditioning ta’ l-ambulanzi ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Fir-rigward ta’ dawk l-ambulanzi li ma fihomx air conditioning m’huwiex possibli li jiġi nstallat l-air conditioning fihom.Kull meta hu possibbli l-ġarr ta' pazjenti bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar San Luqa isir bl-ambulanzi li fihom l-arja kondizzjonata.
Leg 10 PQ #6343 Sitting 146 2004-07-05 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Servizz ta' physio therapy

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix waiting list ta' persuni li qed jistennew is-servizz ta' physio therapy fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk iva, tista' il-Ministru tgħid kemm hu ż-żmien li wieħed irid idum jistenna biex jibda jingħata dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l-waiting list ta’ persuni li qed jistennew is-servizzi ta’ physiotherapy fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hija ta’ ħdax. Iż-żmien ta’ stennija għall-appuntament ivarja minn tmienja sa ħmistax-il ġurnata minn meta l-pazjent jiġi riferut lid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija, u dan jiddependi mill-ammont ta’ pazjenti li jkunu jistennew l-appuntament kif ukoll mill-każi li jiġu riferuti. Minkejja dan, jekk il-każ jitqies li jkun ta’ prijorita’ il-pazjent jingħata s-servizz fl-iqsar żmien possibbli, saħansitra ġie li jingħata s-servizz dak in-nhar stess.
Leg 10 PQ #6358 Sitting 146 2004-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - ħsarat fl-air condition units

Question

Peress illi fil-wards ta' l-isptar Ġenerali ta' Għawdex kien hemm ħsarat fl-air condition units, tant illi diversi pazjenti u anke staff ilmentaw minħabba dan, tista' il-Ministru tara li t-tiswijiet meħtieġa jsiru mill-aktar fis possibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Air Condition Units fis-swali ġenerali ta’ l-irġiel u tan-nisa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma koperti bil-garanzija. Il-kuntrattur intalab li jsewwihom u anke intbagħtet ittra uffiċjali lill-istess kuntrattur sabiex dan jieħu l-azzjoni meħtieġa u b’hekk isiru t-tiswijiet mill-iktar fis possibbli.
Leg 10 PQ #6359 Sitting 146 2004-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - Asfaltar ta' toroq

Question

Peress illi Triq Santa Maria, Triq id-Duluri, Triq il-Munġbell, Triq Għar Qawqla u l-Pjazzetta ta' Għar Qawqla, kollha f'Marsalforn, Għawdex jinsabu fi stat ħażin ħafna u peress illi skond il-kunsill lokali x-xogħlijiet f'dawn it-toroq għandhom isiru mill-Ministeru għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid meta se jinbdew ix-xogħlijiet u meta huwa previst li jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-manutenzjoni tat-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali konċernat. Filwaqt li fejn hemm bżonn ta' rikostruzzjoni tat-toroq imsemmija, dawn jidħlu fil-programm tal-Ministeru skond il-prioritajiet tal-gżira kollha.
Leg 10 PQ #6261 Sitting 144 2004-06-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' Air Condition

Question

Peress li fl-Awla ż-żgħira tal-Qorti f'Għawdex ma kemmx air condition unit u peress li f'din l-awla qed ikun hemm sħana kbira tista' il-Ministru tara li jiġi installat aircondition unit f'din l-awla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Minħabba l-fatt illi mpinġija mal-ħitan ta' l-awla ż-żgħira tal-Qorti ta' Għawdex hemm affreski antiki, qed tiġi kkonsultata s-Sopraintendenza għal Patrimonju Kulturali Malti sabiex jiġi żgurat li bl-eventwali istallazzjoni ta' tali air conditioning units ma ssirx ħsara lill-istess affreski. Hekk kif ikollna dawn il-pariri tekniċi, jittieħdu l-passi sabiex din l-awla tiġi mgħammra bl-arja kundizzjonata, jekk ikun il-kaz.
Leg 10 PQ #6262 Sitting 144 2004-06-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex hemm ilmenti dwar inkonvenjenti kkawżati minn ġrieden kif ukoll hemm riħa tinten ħierġa mis-sigrieta ta' l-Awla ż-żgħira, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tingħata attenzjoni biex tiġi riożolta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tas-Saħħa u ttieħdu passi neċessarji sabiex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.
Leg 10 PQ #6173 Sitting 142 2004-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Triq Qala

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru fi Triq Qala, fin-Nadur, Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin u tindika x-xhur li fihom ikunu saru x-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandix xi nżid mar-risposta għal mistoqsija numru 5620.
Leg 10 PQ #6131 Sitting 141 2004-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - skola tad-drama

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5950 u r-risposta relattiva li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, tista' il-Ministru tgħid jekk f'dawn l-aħħar sentejn ingħatawx flus impressed lill-iskola tad-drama fin-Nadur? Jekk iva, kemm kienet is-somma li ntnefqet għas-sala tat-teatru ta' l-iskola?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li f'dawn l-aħħar sentejn il-flus imprest li ngħataw lill-iskola tad-drama fin-Nadur huwa kif jidher hawn taħt: Sena 2003: Lm2,566 Sena 2004: Lm3,200 Minn dawn, is-somma ta' Lm114 ntefqet għas-sala tat-teatru ta' l-iskola in kwistjoni.
Leg 10 PQ #6171 Sitting 141 2004-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Żieda fit-tariffi

Question

Peresss li issa t-tariffi tal-Gozo Channel għolew, tista' il-Ministru tgħid jekk u meta se tiżdied l-għajnuna lill-ħaddiema u studenti Għawdxin in konsegwenza ta' din iż-żieda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta għall-mistoqsija numru 5274. Il-kumpens għaż-żieda fin-nollijiet qed jiġi kkunsidrat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #6030 Sitting 139 2004-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tagħha, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.
Leg 10 PQ #6020 Sitting 138 2004-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra - Xogħlijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li saru fid-Dwejra mill-ħaddiema tal-gvern u għal liema raġuni saru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet li saru fid-Dwejra mill-ħaddiema tal-gvern jikkonsistu minn manifattura u tqegħid ta' turġien u rranġar ta' passaġġi biex ikun hemm aċċess aħjar għall-inħawi tat-Tieqa tad-Dwejra.
Leg 10 PQ #6023 Sitting 138 2004-06-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dgħajsa/luzzu — Sejħa għall-offerti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-użu u l-iskop għal dgħajsa/luzzu li għalihom tirreferi s-sejħa għall-offerti li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern xi ġranet ilu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sejħa għall-offerti hija għall-kiri ta' dgħajsa għall-ġarr tal-ħaddiema responsabbli mit-tindif f'Kemmuna u ta' l-iskart minn Kemmuna għal Għawdex.
Leg 10 PQ #5951 Sitting 136 2004-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - skola tad-drama

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ingħatatx xi għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex lill-iskola tad-drama fin-Nadur? Jekk fl-affermattiv, fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-iskola tad-Drama ngħatat għajnuna sew finanzjarja li tlaħħaq Lm3100, kif ukoll ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni magħmula minn ħaddiema tad-Dipartiment tal-Customer Services u tal-Proġetti u Żvilupp rispettivi, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #5975 Sitting 136 2004-06-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Miżbla tal-Qortin

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qiegħed isir sabiex l-arretrati dovuti għar-radam fil-Miżbla tal-Qortin mill-kuntratturi jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qiegħdin jittieħdu passi meħtieġa biex l-arretrati dovuti mill-kuntratturi għar-radam fil-Miżbla tal-Qortin jinġabru.