Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7633 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Żebbuġ - Shooting Range

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadhom ma ħarġux il-permessi biex tibda tiffunzjona x-shooting range fiż-Żebbuġ, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li r-raġuni għala għadhom ma ħarġux il-permessi hija illi kellha ssir applikazzjoni amendata lill-MEPA għaliex inħasset il-ħtieġa li jkun hemm xi tibdil fl-applikazzjoni oriġinali tal-faċilita' msemmija.
Leg 10 PQ #7627 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha mhix lesta l-biċċerija f'Għawdex minkejja li t-terminu prefiss ilu li skada? Meta huwa previst li terġa' tibda tiffunzjona l-biċċerija f'Għawdex tenut kont l-inkonvenjent tar-raħħala Għawdxin li jridu joqogħdu jmorru għall-qatla tal-bhejjem fil-biċċerija ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tender għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-biċċerija f’Għawdex ġiet ppublikata fis-sitta ta’ Lulju 2004, għalqet fit-tnax ta’ Awissu 2004 u waslet biex tinħareġ l-ittra tal-aċċettazzjoni biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol li mistenni jieħu seba’ ġimgħat biex jitlesta. Sa dan it-tant tħejja d-dokument għad-disinn, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkumissjonar tal-apparat għal-biċċerija f’Għawdex li qiegħed jiġi vverifikat qabel tinħareġ l-offerta.
Leg 10 PQ #7628 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Artisti - Għajnuniet

Question

Tista' il-Ministru telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-għajuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin huma skond it-tabella hawn taħt indikata: Sena Stampar (Lm) Ospitalita’ (Lm) Sussidju Dirett (Lm) Pustaġġ (Lm) TOTAL 1999 108.1 889.60 5,774.09 0.00 6,771.70 2000 308.78 1,341.35 3,836.43 100.00 5,586.56 2001 217.01 900.35 4,857.62 72.02 6,047.00 2002 665.28 349.25 5,518.84 431.62 6,964.99 2003 285.23 341.00 1,223.13 319.64 2,169.00 TOTAL 1,584.31 3,821.55 21,210.11 923.28 27.539.25
Leg 10 PQ #7465 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsill edukattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il darba iltaqa' il-kunsill edukattiv għal Għawdex mill-bidu tas-sena 2002 sal-lum? X'ġie diskuss u x'deċiżjonijiet ħa? Tista' tgħid ukoll jekk dan il-kunsill jippreżentax rapport annwali? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja tar-rapporti annwali sa mit-twaqqif ta' dan il-kunsill, jiġifieri mis-sena 2001 sas-sena 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni ghal Ghawdex iltaqa' erba' darbiet matul is-sena 2002. Il-Kunsill iddisuktat materji li jirrigwardaw l-edukazzjoni f'Ghawdex u kien bord konsultattiv. Matul il-hidma tieghu il-Kunsill ipprezenta rapport li jkopri l-perijodu minn Jannar 2001 sa Gunju 2002. Il-Kunsill gie xolt u gie rikostitwit bhala Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Tahrig Vokazzjonali ghal Ghawdex fl-1 ta' Settembru 2004.
Leg 10 PQ #7542 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet b'direct order

Question

Tista il-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004? Tista' il-Ministru telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct orderfil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct orderli ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 10 PQ #7417 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Universita' — Korsijiet fil-Gozo Centre

Question

Tista' il-Ministru tagħti: a) lista tal-korsijiet universitarji li qed jinżammu fil-Gozo centre ta' l-Universita' ta' Malta; u b) kemm huma l-istudenti f'kull kors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent qed jinżammu dawn il-korsijiet fil-Gozo Centre ta’ l-Universita’ ta’ Malta: Isem tal-Kors Numru ta’ Studenti Certificate in Lace Studies 10 Diploma in Commerce 12 Preparatory Course for the MA in Islands and Small States Studies 14 Qualifying Courses for the MA in History 3 Barra minn hekk, f’Ottubru mistennija jibdew ukoll dawn il-korsijiet u n-numru ta’ applikanti li ġew aċċettati għal kull kors huwa kif muri hawn taħt: Isem tal-Kors Numru ta’ Studenti Diploma in Information Technology 4 Diploma in Lace Studies 14 Bachelor of Commerce 17 MA in Islands and Small States Studies 21
Leg 10 PQ #7421 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nollijiet tal-vapuri — Sussidji lill-istudenti

Question

Peress illi dalwaqt se terġa' tibda s-sena akkademika, tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-vapuri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-kumpens ghaz-zieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #7485 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ftuħ ta' Ħwienet Ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm infetħu ħwienet ġodda xahar b'xahar f'kull raħal f'Għawdex fl-aħħar sentejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #7503 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompresion Chamber

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess sabiex f'Għawdex ikun hemm decompression chamber? Tista' tgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ ta' dan it-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena ninsab nfurmata li l-progett ghall-bini ta' facilitajiet ta' "Decompression Chamber" fil-prezent qieghed ghall-konsiderazzjoni tal-Gvern.
Leg 10 PQ #7531 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

FTS

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' flus li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada nefqet f'Għawdex minn Jannar sa Settembru 2004? Fejn intnefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #7534 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru ta' medjazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'arranġamenti qegħdin isiru f'Għawdex sabiex jitwaqqaf ċentru tal-medjazzjoni in vista ta' l-abbozz tal-liġi Nru. 31 ippubblikat f'dan ir-rigward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #7536 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jinġab id-decompression chamber il-ġdid li suppost se jinxtara bil-fondi tal-UE? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan id-decompression chamber il-ġdid jitwaħħal f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghar-risposta ghall-mistoqsija numru 7503.
Leg 10 PQ #7538 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produtturi tat-tadam

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' produtturi Għawdxin tat-tadam għall-ipproċessar li huma ntitolati biex japplikaw għal għajnuna in forza ta' l-Avviż Legali 405 ta' l-2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li se tiġi riservata bħala għajnuna għal produtturi Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #7540 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament ta' waste water urban

Question

In vista tal-fatt li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ it-tender relattiv għal disinjar u bini ta' impjant għat-trattament ta' waste water urban f'Ta' Mġarr ix-Xini limiti ta' Għajnsielem, Għawdex, tista' il-Ministru tgħid: i) kemm hu stmat li se jiswa dan l-impjant? ii) Minn fejn ġejjin il-fondi għal bini ta' dan l-impjant? iii) Id-data meta se jitlesta dan l-impjant?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-impjant ghat-trattament ta' "UrbanWaste Water" f'Ta' Mgarr ix-Xini: i) Huwa stmat li ser jiswa 7.2 miljun euro; ii) Ser jigi ffinanzjat bi 3.7 miljun euro minn Fondi ta' Qabel is-Shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-bqija minn fondi lokali; iii) Huwa mistenni li jitlesta fit-tielet kwart tas-sena 2006.
Leg 10 PQ #6935 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4968 li saret fis-seduta tad-29/03/04, seduta 114 li għaliha għadha ma ngħatatx ir-risposta, tista' il-Ministru ġentilment telenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel ta' Għawdex matul is-snin, 2002, 2003 u 2004 s'issa għal kull skola separatament u tgħid ukoll kemm swiet kull biċċa xogħol? Tista' tgħid liema minn dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-gvern u liema saru minn kuntratturi privati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #6886 Sitting 162 2004-07-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6631, tita' il-Ministru tirrispondi rigward l-ammonti ta' flus kollha li l-Ministeru għandu pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #6814 Sitting 161 2004-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni agrikola organika

Question

Tista' il-Ministru tinformani bil-pjan għall-produzzjoni agrikola organika għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola organika f'Għawdex ser ikun skond l-istrateġiji nazzjonali tal-Gvern f'dan il-qasam.
Leg 10 PQ #6787 Sitting 158 2004-07-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema tal-gvern — Sahra fuq is-sistema IACS

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se titħallas is-sahra ta' matul l-2003 fuq is-sistema tal-IACS li saret minn diversi ħaddiema tal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu passi biex il-ħlasijiet ta' sahra isiru mill-aktar fis possibbli.
Leg 10 PQ #6631 Sitting 153 2004-07-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandha tagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Leg 10 PQ #6527 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Biljetti ta' l-ajru

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda dipartiment fil-Ministeru għal Għawdex ma' għamel użu mis-servizzi tal-kumpanija li għaliha l-Onor Interpellant għamel referenza.