Għawdxin — Sussidju għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk is-sussidju li jingħata lill-Għawdxin għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta bil-Gozo Channel huwiex se jibqa' jingħata?
Tista il-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004? Tista' il-Ministru telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct orderfil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct orderli ngħatat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Dipartiment
Fergħa
Deskrizzjoni ta’ Xogħol b’direct order’ minn Jannar sa Settembru 2004
Valur tad-Direct Order
Lm
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
-
Tiswijiet fuq il-lift li hemm fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex
1,233.10
Dipartiment tal-Customer Services
Edukazzjoni
Kisi tal-passaġġ li minnu jgħaddu studenti għall-buses
1,625
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
Xogħlijiet
Xiri ta’ fanali dekorattivi għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur
645.00
Xogħlijiet
Xogħol urġenti ta’ bini ta’ ħitan fi Triq Sdieri, Għarb
869.70
Xogħlijiet
Xiri ta’ madum Pulfido għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur
1,239.00
Xogħlijiet
Provvista ta’ apparat li jintuża mis-surveyors fil-Fergħa tax-Xogħolijiet
*5,092.55
Agrikoltura
Trasferiment ta’ karkassi ta’ annimali u fdalijiet oħra ta’ annimali biex jiġu maħruqa fl-inċineratur
1,000.00
Xogħlijiet
Xogħolijiet ta’ estensjoni fis-sistema ta’ drenaġġ f’diversi lokalitajiet f’Għawdex
1,830.36
Xogħlijiet
Kisi ta' sqaq fi Triq 13 ta' Diċembru, Nadur bil-monolithic concrete
749.00
Barra minn dawn L-Isptar Ġenerali għandu kuntratt mal-Koperattiva għall-ħasil tal-bjankerija li jammonta għal madwar Lm 8,000 fix-xahar. Il-pagamenti jsiru dejjem bl-approvazzjoni tal-Finanzi.
* Approvat mill-Finanzi
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni l-appuntamenti tal-pazjenti ta' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed jiġu kkanċellati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi peress li fid-Dipartiment tal-ENT tal-Isptar San Luqa hemm nuqqas ta’ staff mediku fil-preżent, l-appuntamenti għall-outpatients tal-ENT fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed isiru darba kull ħmistax minflok darba f’ġimgħa.
Tista' il-Ministru tagħti rendikont ta' kif ġew imqassma l-fondi tal-Protokol Taljan fis-settur agrikolu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi Għawdex ibbenefika mill-Protokol Taljan permezz ta':
- għajnuna teknika ta' esperti Taljani biex twaqqfet l-ewwel għaqda tal-produtturi f'Malta u Għawdex;
- provvista u istallazzjoni ta' apparat li ser jintuża għall-grading , cold storage u ppakkjar ta' prodotti agrikoli; u
-. upgrading ta' l-inċineratur fil-Biċċerija ta' Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex mhux jitħallas is-sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sussidju jingħata lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mal-Gvern u ma' istituzzjonijiet li huma tal-Gvern jew iffinanzjati mill-Gvern u qatt ma' ingħata sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8014 u għar-risposta relattiva, tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-ispecifications għad-decompression chamber? In oltre tista' tgħid l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-decompression chamber fiex kien jikkonsisti u x'riżultati ħarġu minn dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8014 għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija.
Għar-rigward it-tieni parti, jiena nfurmata li l-iskop ta' l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-Decompression Chamber kien biex:
1. janalizza u jevalwa l-bżonn ta' din il-faċilita';
2. issir riċerka sabiex tivverifika l-ispejjez meħtieġa biex tinbena u titmexxa din il-faċilita'.
Minn dan ir-rapport ħareġ li:
1. il-bini ta' dan il-proġett hu importanti għat-turiżmu fil-gżira t'Għawdex;
2. 34 fil-mija ta' l-inċidenti li għandhom x'jaqsmu mad-diving u li jkollhom bżonn tad-Decompression Chamber, jiġru ġewwa Għawdex;
3. l-ispiża totali sabiex titħaddem iċ-Chamber il-ħin kollu bi tmienja min-nies hi ta' madwar Lm60,000 fis-sena.
Tista' il-Ministru tispjega kif is-Sala Sant Anna li swiet lill-poplu Għawdxi aktar minn kwart ta' miljun lira hija nofsha vojta u l-anzjani minflok jitpoġġew f'din is-sala jitqiegħdu fil-kuriduri tas-sala tan-nisa?
Tista' il-Ministru tieħu passi biex sitwazzjoni bħal din ma titħalliex tiddeterjora ta' kuljum fis-sala tan-nisa b'kuriduri ppakkjati mill-pazjenti u xjuħ u bin-nurses u ħaddiema oħra litteralment ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol u l-konfużjoni li hemm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fis-Sala Sant' Anna hemm 81 sodda li bħalissa 60 biss minnhom qed jintużw minħabba nuqqas ta' infermiera. Iżda ninsab infurmata, li dan l-aħħar intlaħaq ftehim sabiex xi nfermiera Għawdxin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta jiġu trasferiti lejn Għawdex biex ikunu jistgħu jimtlew is-sodod vojta li hemm fir-Residenza Sant’Anna.
Ministeru għal Għawdex — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE
Question
Tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7953.
Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex matul l-2004? Tista' in oltre tgħid jekk hux maħsub li fil-budget għall-2005 ikun hemm żieda fil-fondi allokati għall-isports fGħawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul din is-sena x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f’Għawdex kienu kif murija hawn taħt:
Xogħlijiet fil-Kumpless Sportiv:
Bibien tal-injam għal storage tat-tapiti fis-sala
Bdil ta’ Stair noising fil-passaggi tas-sala (xogħol għadu qed isir)
Polishing tal-parquet
Stallazzjoni ta’ Extractor Fans u ceiling fans fil-gym
Shutters tal-aluminju bil-ħġieġ u nets għall-bieb prinċipali t’isfel
Bdil ta’ ħgieġ tat-twieqi kollha u li huma livell mat-triq
Xogħol ta’ membrane u żebgħa għas-saqaf li jagħti għat-tennis courts
Xogħol fuq it-tinda biex titneħħa l-problema tal-ilma (xogħol għadu għaddej)
Xogħlijiet fix-Shooting Range:
Xogħol ta’ brix u żebgħa fuq it-tinda
Xogħol ta’ membrane fuq is-saqaf tal-clubhouse
Tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin
Xogħlijiet fil-korsa tax-Xħajma:
Twittija ta’ ramel
Qtugħ ta’ ħaxix, żbir u ħart
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taf li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid jistenna l-Estimi Finanzjarji għas-sena 2005.
Tista' il-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar xhur kellhiex laqgħat ma' imprendituri Taljani dwar proġetti tat-tkabbir tat-tadam fis-serer f'Għawdex u fejn wasal dan il-proġett u jekk hemmx xi problemi partikolari biex dan il-proġett iseħħ u x'inhuma dawn il-problemi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret laqgha ta' introduzzjoni ma' imprendituri Taljani li talbu informazzjoni dwar il-possibilita' ta' tkabbir tat-tadam fis-serer. Ma hemm l-ebda problema partikolari sabiex isehh dan il-progett kemm-il darba l-imprendituri jiddeciedu li jridu jwettquh u jsegwu l-proceduri necessarji.
Tista' il-Ministru tgħid f'liema oqsma u fuq liema proġetti se jintnefqu l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sallum issottomettew tletin applikazzjoni għall-proġetti li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Taħt il-Fond ta' Pre-adiżjoni l-Ministeru ssottometta sitt applikazzjonijiet u dawn kollha ġew approvati.
Tmien applikazzjonijiet għall-proġetti saru taħt il-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali li minnhom s'issa ġew approvati erbgħa u l-erbgħa l-oħra qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Erba' applikazzjonijiet saru taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Dawn kollha ġew approvati.
Applikazzjoni waħda saret taħt il-Fond ta' Koeżjoni li qiegħda għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Tliet applikazzjonijiet saru taħt l-EEA/Norway Fund. Dawn qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Il-Ministeru għal Għawdex ssottometta ukoll seba' applikazzjonijiet taħt il-Faċilita' ta' Tranżizzjoni iżda dawn ma ġewx approvati.
Taħt il-Fond ta' Solidarjeta' il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni li ġiet approvata.
Irrid ngħid li l-Ministeru kien irnexxielu jġib il-fondi Ewropej għall-proġett tat-Trattament tad-Drenaġġ, l-uniku proġett infrastrutturali li għalih Malta ngħatat għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il-fond ta' Pre-adiżjoni.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex il-koperattiva tas-serer ikollha l-pitkalija u l-packing station? In oltre, fejn huwa proġettat li jsiru, jekk se jsiru, il-pitkalija u packing station?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li huwa ppjanat li tinbena pitkalija ġdida fiċ-Ċentru tal-Pitkali fix-Xewkija u għal dan inġab il-permess meħtieġ mill-MEPA. L-għoti ta' din il-pitkalija jsir skond il-proċeduri stabbiliti.
Tista' il-Ministru tgħid x'ħidma qed issir mill-Ministeru għal Għawdex biex il-Gozo Tourism Association tiġi rikonoxxuta uffiċjalment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Tourism Association ilha rikonoxxuta minn meta twaqqfet.
Tajjeb jingħad li matul is-snin il ilha mwaqqfa din l-Assoċjazzjoni dejjem kine hemm koperazzjoni sħiħa u kontinwa bejnha u l-Ministeru għal Għawdex u ttieħdu ħafna inizjattivi flimkien.
Tista' il-Ministru tgħid x'equipment u x'magni nxtraw għall-isptar ġenerali ta' Għawdex u tgħid item item, kemm swew? In oltre, tista' tgħid x'tenders hemm pendenti għal xiri ta' equipment u magni u tgħid f'liema stadju waslu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress illi meta ngħata t-tarmac fi Triq Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, Għawdex il-wiċċ ġie jaqleb għal fuq ġenb għal fuq il-proprjetajiet tar-residenti tat-triq, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u dan in vista tal-fatt li dalwaqt tibda x-xitwa u l-ilma jista' jidħol ġol-garaxxijiet tar-residenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet asfaltata u meta dan l-aħħar ingħata t-tarmak inżammu l-istess livelli li kien hemm qabel. Jista' jkun li xi residenti tad-djar tal-HOS li inbnew fuq din it-triq jkollhom problemi ta' l-ilma tax-xita. F'każijiet bħal dawn id-Dipartiment konċernat jieħu l-passi meħtieġa biex dawn il-problemi jiġu eliminati.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7503 u 7536 dwar id-decompression chamber li suppost issir f'Għawdex u li suppost (kif ilu jingħad minn naħa tal-gvern għal diversi xhur) se ssir mill-fondi ta' l-UE, tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-ispecifications tad-decompression chamberu jekk iva, tgħid x'inhuma? In oltre kemm huma l-fondi allokati għaliha u meta hu antiċipat li tibda topera u fejn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena ninsab infurmata li s'issa sar studju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif ta' Decompression Chamber f'Għawdex. Barra minn dan, saret riċerka estensiva dwar l-ispecifications għaliha Ġa tħejjew l-ispecifications għal service contract tal-progett li jinkludi d-Decompression Chamber.
It-total ta' fondi li qed jiġu allokati għal dan il-proġett jitilgħu għal madwar Lm465,500.
L-apparat se jiġi nstallat f'sit li ser jinbena apposta fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-proġett hu mistenni li jitlesta f'Ottubru 2006.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7465, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-imsemmija rapporti annwali?
Tista' tgħid ukoll min huma l-membri fil-kunsill ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-Rapport ta' Ħidma tal-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex huwa magħmul minn:
Prof Lino Briguglio Co-Chairperson u bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' Għawdex
Is-Sur Gordon Cordina Co-Chairperson
Is-Sur Philip Mifsud Segretarju
Is-Sinjura Claudia Cassar bħala rappreżentant tal-Ministru għal Għawdex
Is-Sur Carmel Attard Assistent Direttur (Operations) Edukazzjoni
Is-Sur Godwin Grech bħala rappreżentant tal-MCAST
Is-Sur Anthony Said bħala rappreżentant ta' l-Iskola Post Sekondarja
Is-Sur Edwin Borg bħala rappreżentant ta' l-ITS (Għawdex)
Is-Sur Joe Attard bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Arti u Snajja
Is-Sur Michael Bajada bħala rappreżentant ta' l-Adult Training Centre
Rappreżentant mill-Employment and Training Corporation
Is-Sur Paul Scicluna bħala rappreżentant tal-Gozo Tourism Association
Is-Sur Anthony Bezzina bħala rappreżentant tal-Gozo Business Chamber
Is-Sur Joe Grech bħala rappreżentant tat-Taqsima tas-Snajja tal-Gozo Business Chamber
Rappreżentant mill-Koperattivi Agrikoli
Rappreżentant mill-Kunsilli Lokali