Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-gvern biex jieħu ħsieb biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Unfair Commercial Practices li suppost għandha ssir liġi sat-12 ta' Ġunju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24525, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema gazzetta tal-Gvern ħarġet in-notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex ħarġet permezz ta' Notifikazzjoni tal-Gvern numru 696 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Awissu 2006.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk raid tal-pulizija li sar fuq il-kunsill lokali ta' Pembroke kienx marbut ma' sitwazzjoni ta' frodi? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta' dan ir-raid? Dan kien l-ewwel raid li sar fuq dan il-kunsill?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet ġabret xi dokumenti mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke in konnessjoni ma' investigazzjoni li qegħda tagħmel fuq informazzjoni anonima li kienet irċeviet dwar kuntratt ta' tindif. Din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Jista' l-gvern jgħaddi lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni art maġenb il-bitħa ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa biex ikunu jistgħu jsiru faċilitajiet sportivi fosthom mini pitch b'turf artifiċjali li għalih hemm fondi mill-UEFA?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba mingħand id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni dwar il-biċċa art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Meta ssir tali talba t-Taqsima tkun tista' tagħtiha l-kunsiderazzjoni xierqa.
B'riferenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 24244, 24245 u 24339 jista' l-Viċi Prim Ministru jikklassifika kemm weġġgħu sewwieqa, passiġġieri u persuni li għalkemm ma kenux sewwieqa jew passiġġieri weġġgħu konsegwenza ta' l-inċidenti stradali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
18 – 25 il-sena2000200120022003200420052006
Sewwieqa230258268230224193201
Passiġġieri101106100901078681
Oħrajn32313234281719
Mhux magħruf*0000010
Total363395400354359297301
Aktar minn 25 sena2000200120022003200420052006
Sewwieqa356409440419451451499
Passiġġieri127135143131131139162
Oħrajn139136162168144150105
Mhux magħruf*0000010
Total622680745718726741766
*dan huwa każ fejn persuna tilfet ħajjitha u oħra weġgħet gravi, liema każ huwa suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża u għaldaqstant mhux stabbilit min kien qed isuq il-vettura.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-"receiver of wrecks" sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru kbir ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-kummissarju tal-pulizija u tad-direttur ġenerali tal-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux milqut mil-liġi tal-Possession and Use? Jista' jinxtara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab mibni fuq proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it-titolu ta' pussess u użu, u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilini.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' mobile phones fid-dekasteru tiegħi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi f'dawn l-aħħar ħames (5) snin ma kienx hemm rapporti li ntilef jew insteraq xi mobile phone.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li l-kunsilli lokali mhux qed isibu kumpaniji li jinxurjawlhom l-playing fields li jinstabu ġo l-irħula tagħna? Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u xi ħsieb hemm li dawn il-playing fields jinbidlu biex jikkonformaw ruħhom ma' standards Ewropej?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali qegħdin isibu diffikulta' sabiex jassiguraw il-playing fields fil-lokalitajiet tagħhom kontra telf, ħsara, korriment jew mewt u kontra kull xorta jew forma ta' danni jew talbiet minn terzi persuni kif meħtieġ fir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi).
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed f'taħditiet ma' l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali bil-għan li tinkiseb xi forma ta' 'block policy'.
Peress li r-responsabbilita' taż-żamma u manutenzjoni tal-playing fields hi tal-Kunsilli Lokali, jinkombi lill-istess Kunsilli Lokali li l-apparat fil-playing fields jikkonformaw ma' l-istandards rikjesti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24006, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestewx ir-rapporti ta' l-esperti? Jekk le, jeżisti terminu ta' żmien dwar kemm għandhom idumu l-esperti biex jagħmlu r-rapporti tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-rapporti ta' l-esperti nominati mill-Maġistrat Inkwerenti dwar l-inkjesta Maġisterjali li tirrigwarda persuna ta' nazzjonalita' Ġeorġjana li fil-25 ta' Jannar 2007 weġgħet gravi wara li waqgħet lasta tal-football fuqha fil-ground ta' Manoel Island u li kien fil-periklu tal-mewt, għadhom ma humiex lesti.
Ġustizzja u Intern — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post fejn it-tribunali lokali jisimgħu l-kawżi jiġix mħabbar jew avżat b'mod uffiċjali fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-post fejn it-tribunali lokali jisimgħu l-kawżi jiġi mħabbar permezz ta' Notifikazzjoni tal-Gvern fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-puliżija proviżorjament stazzjonati ma' l-immigranti rregolari jeħdux allowance talli qegħdin stazzjonati hemm?
Bengħajsa — Artijiet trasferiti lill-Malta Freeport Corp.
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprija f'Bengħajsa, limiti ta' Birzebbugia, lill-Malta Freeport Corporation Limite? Taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset?
Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Limited u l-Malta Freeport Terminals Limited biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda? Taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-artijiet f'Bengħajsa li kienu ġew esproprjati għall-proġett tal-Freeport, ġew trasferiti lill-Freeport Corporation permezz tal-Att tal-Malta Freeport Kapitolu 334.
Id-Dipartiment tal-Artijiet ma kienx involut fil-ftehim li hemm bejn il-Malta Freeport Corporation u l-Malta Freeport Terminal Limited u għaldaqstant ma jistax jgħid taħt liema titolu qed topera il-Freeport Terminals Limited u x'konsiderazzjoni qiegħda titħallas.
Dimostrazzjoni tal-kaċċaturi — Persuni li kkommettew xi reati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi fuq persuni li kkomettew xi reati waqt u wara d-dimostrazzjoni tal-kaċċaturi u nassaba li saret fis-7 ta' Marzu, 2007? X'inhuma l-akkużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex ikunu identifikati dawk il-persuni li waqt id-dimostrazzjoni miżmuma mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti fi Triq ir-Repubblika il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa 7 ta' Marzu 2007 filgħaxija, ikkommettew reati kriminali, fosthom tfih ta' oġġetti iebsa lejn membri tal-Korp tal-Pulizija u membri ta' l-istampa, kif ukoll swat u grieħi fuq membri tal-Korp tal-Pulizija u membri ta' l-istampa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kkontestaw kandidati mill-bidu tal-kunsilli lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrappreżentaw? Min huma s-sindki minn dakinhar sal-lum, lokalita' b'lokalita'? Min huma dawk il-kunsilliera li rriżenjaw mill-bidu sal-lum lokal b'lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-mistoqsija tiegħu dwar kemm ikkontestaw kandidati mill-bidu tal-Kunsilli Lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrapreżentaw, din l-informazzjoni tista' tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali u għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilliera li rriżenjaw sa l-2006.
L-informazzjoni dwar is-Sindki u dwar Kunsillieri li rriżenjaw mill-2006 l'hawn qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jintalab mid-dipartiment minn persuna li tkun tgħix f'post tal-gvern bil-kirja fuq ħaddieħor sabiex ikun hemm bidla fir-rikonoxximent tal-kera?
Response (BORG, TONIO)
Ir-rikonoxximenti ta' persuni li jkunu jgħixu f'post tal-gvern bil-kirja fuq isem ħaddieħor isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat, l-unika riżenja kienet dik taċ-Chairman taċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ fit-22 ta' Frar 2004.