Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti — Persuni investigati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni għall l-ewwel darba is-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba s-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew kien kif ġej: 1997 4,906 1998 4,195 1999 4,580 2000 3,658 2001 3,778 2002 4,180

Floriana — Dipartiment tal-bini u tiswija

Question

Jista' id-Dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar jikkonsidra li titranġa l-ħsara f'ħajt imxaqqaq fit-taraġ tal-appartamenti f'24 triq Sant Anna Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38602 u cioe' jgħid kemm tressqu ħaddiema illegali barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment? F'liema data u f'liema post instabu dawn il-ħaddiema matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Pembroke — Appartamenti ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-appartamenti għodda li nbnew f'Pembroke ġew mibjugħa u kemm ġew mikrija? Fil-każ ta' l-appartamenti li nkrew jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-inkwilini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Detox — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'Jannar, 2003, x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Detox — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul Jannar, 2003 kemm kien hemm nies - nisa u rġiel separatament - li fittxew l-għajnuna tad-Detox għall-ewwel darba minħabba l-abbuż tad-droga? X'inhi l-iżgħar u l-akbar eta' f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

M'Scala — Akkwist ta' propjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim minn xi dipartiment jew aġenzija li taqa' fir-responsabilita' tiegħu sabiex tiġi akkwistata' jew tintuża propjeta f' Ta' Munita l/o M'Scala? Jekk fl-affermattiv għal-liema skop se tintuża din il-propjeta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mas-sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma sar ebda ftehim minn xi Dipartiment jew Aġenzija li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi biex jakkwistaw jew jużaw propjeta' fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu ħaddiema illegali barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment? F'liema data u f'liema post instabu dawn il-ħaddiema matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizz tat-telecare

Question

Jista' il-Ministru jara li l-armla li tgħix weħidha u li l-partikularijiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija tingħata s-servizz tat-telecare?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment konċernat fis-16 ta' Jannar 2003 u fit-3 ta' Frar 2003, id-dokumenti meħtieġa ntbagħtu lil Maltacom.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar

Question

Kemm ġew allokati djar mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul 2002? Fejn kienu dawn id-djar? Fejn kienu joqogħdu l-applikanti li ngħataw post? Kemm minn dawn il-postijiet kienu postijiet tal-privat rekwiżizzjonati? Kemm mill-applikanti li ngħataw post ilhom japplikaw għal aktar minn 4 snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għamel 115 allokazzjoni matul is-sena 2002. 41 minnhom kienu ilhom li applikaw iżjed minn 4 snin. Il-postijiet allokati u l-persuni allokati kienu f'diversi postijiet madwar Malta. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fir-raba' parti tal-Mistoqsija.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ETC tikkunsidra għall-xogħol adegwat lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jinsab jirreġistra għax-xogħol.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ser tiġi intervistata mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni. F'din l-intervista wieħed jkun jista' jiddiskuti l-prospetti t'impjiegi u diversi dettalji oħra.

Ċumnija Mhux Għolja Biżżejjed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi ċ-ċumnija tal-ħanut mhux għolja biżżejjed u meta ddaħħan, qegħda tikkaġuna foga u nkonvenjent lill-ġirien ta' l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.