Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Sistemi ta' l-IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tas-sistemi ta' l-IT ta' Mater Dei li kienu oriġinarjament koperti mit-tender li ġie miżmum wara allegazzjonijiet ta' abbużi u ħruġ ta' tagħrif kunfidenzjali? Tista' tikkonferma jekk il-hardware huwiex issa qed jinxtara b'direct order u jekk iva mingħand min u b'liema prezz? X'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tax-xiri tas-software għall-istess għan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm78 fix-xahar mill-pensjoni tat-teżor? Jista' jiġi nfurmat għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Artiġjanat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex konxju li s-sistema preżenti tippermetti li prodotti tal-filugranu u tal-fidda manifatturati barra minn Malta jingħataw boll lokalment u jinbiegħu daqs li kieku huma prodotti lokali? X'jista' jagħmel il-gvern biex ineħħi dan ir-riskju ta' kompetizzjoni inġusta kontra l-artiġjanat lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-boll li l-Konslu jistampa fuq oġġetti prezzjużi m’huwiex ċertifikat jew indikazzjoni ta’ oriġini iżda biss garanzija ta’ l-istandard tal-metall prezzjuż ta’ l-oġġett tad-deheb jew tal-fidda. Għaldaqstant kemm xogħol Ewropew li jaqa’ taħt kummerċ ħieles kif ukoll xogħol ta’ oriġini extra-komunitarju hu ntitolat għal dan il-boll. Il-kwistjoni ta’ riskju ta’ kompetizzjoni nġusta hi kwistjoni purament kummerċjali.

Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26266 u jieħu azzjoni biex dawk is-suldati li għalqu l-55 sena u li m'għamlux il-25 sena servizz jingħataw l-opportunita' li jkomplu s-servizz u mhux jiġi mitmum l-impjieg tagħhom minn ma' l-armata kif fil-fatt diġa' sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li t-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ talbiet oħra fl-istess sens. Madankollu l-Onorevoli Interpellant irid jifhem illi fid-dinja tal-lum l-ebda Armata ma żżomm nies fis-servizz ta’ eta ta’ 55 sena salv għal dawk fil-pożizzjonijiet tal-Overall Command.

Forsi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar investiment kapitali mill-Armata s-sena l-oħra? Kif sar? Kemm ħarġet direct orders l-Armata s-sena l-oħra, lil min u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Eks-ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-Gvern s-sena l-oħra f'pagi u benefiċċji oħra għall-eks ħaddiema tat-Tarzna u li llum qed jaħmlu mal-IPSL? Kemm hemm ħaddiema llum, xi grad għandhom u x'xogħol qed jagħmlu u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li:- (i) matul is-sena 2006 il-Gvern ħallas is-somma ta’ Lm2,890,973 f’pagi u l-ammont ta’ Lm22,468 f’benefiċċji oħra. Apparti dan intefqet is-somma ta’ Lm10,065 bħala “Service Bonus” lil dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li għalqu “l-61 sena u rtiraw mix-xogħol skond il-“Collective Agreement” li għandhom. (ii) in-numru ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna fi ħdan l-IPSL illum huwa ta’ 455. Dawn il-ħaddiema żammew il-grad li kellhom mat-Tarzna u dawn qed iwettqu dmirijiet kemm jista’ jkun komparabbli mal-grad tagħhom skond l-esiġenzi tal-post tax-xogħol fejn huma sekondati. (iii) l-eks ħaddiema tat-Tarzna preżentament huma sekondati skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bical

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kontrollur qiegħed jagħmel dak kollu possibbli fil-poter tiegħu biex din il-kwistjoni tiġi finalizzata fl-aktar żmien qasir sabiex il-likwidazzjoni tal-kumpaniji titkompla sal-finali u ssirdistribuzjoni ta’ dak kollu dovut fl-iqsar żmien possibbli. Għar-rigward tal-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, nissuġerixxi illi din il-persuna tikkunttatja dirett lilu sabiex dan jgħaddilu kopja tad-dokumenti kollha illi għandu f’idejh, sabiex il-Kontrollur ikun jista’ jivverifika u jagħti spjegazzjoni għaliex għadu qatt ma tħallas parti tal-flus lura.

Kontijiet tal-NI — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25072 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

EU Funding

Question

X'persentaġġ ta' EU Funding utilizzat Malta s'issa minn dak li ġie allokat lilha? Kif jipparaguna ma' l-uptake tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea li ssieħbu magħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi m’għandux dik l-informazzjoni.

Kiosks f'bajjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kiosksf'Malta u Għawdex f'bajjiet li huma rreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartment tal-VAT ma jżommx informazzjoni separata ta’ kemm hemm kiosks f’bajjiet f’Malta u Għawdex.

Servizz/settur pubbliku — Kuntratt ta' servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25815, ċioe': Artiklu 3 (2) (d) ta' l-Avviż Legali 51 2007 jgħid li r-regolamenti ta' l-Avviż Legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-Servizz Pubbliku jew fis-Settur Pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il-proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25815.

Ingaġġ fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25814, ċioe': L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerkjew ta' principal. Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod? Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25814.

Impjegati mal-gvern — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25813, ċioe': Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25813.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab mill-Uffiċċju tat-Taxxi Interni biex tħallas Lm2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Impjegati mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-gvern, maqsuma f'nisa u rġiel, li matul is-snin kienu mpjegati bħala casual, minbarra dawk li qed jissostitwixxu ħaddiema back to back? Kif se jiġu affettwati dawn il-ħaddiema meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali Nru. 51 ta' l-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25859.

Impjegati mal-gvern — Kuntratti

Question

Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-provedimenti tad-dixxiplina eżistenti fis-Servizz Pubbliku jipprovdu anke f’każijiet bħal dawn.