Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jagħtina risposta għall-mistoqsija 19697 dwar in-nefqa fil-qasam ta' l-anzjani f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ngħati lista tan-nefqa Rikurrenti u n-nefqa Kapitali tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita u tal-Welfare Committee separatament: 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Dipartiment għall-Anzjani Rikurrenti 9,268,582 9,908,011 11,875,868 12,374,152 13,142,455 14,291,870 12,619,620 Kapitali 1,201,876 569,302 182,750 93,910 114,750 359,633 360,000 Welfare Committee Rikurrenti 638,950 648,614 584,275 629,002 708,824 555,597 522,035 Kapitali 1,501,175 536,830 2,135,483 2,272,901 1,144,073 1,406,126 584,075 Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni rigward Għawdex lill-Ministru kkonċernat.

Welfare Committee

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19699, jista' il-Ministru jagħtini risposta dwar dħul u nfiq tal-welfare committee?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 19699 għandu jirriferi din il-Mistoqsija lill-Mistru kkonċernat. Għal bqija tal-Mistoqsija qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19745 u jgħid x'turnover ta' pazjenti kien hemm f'kull sena ta' l-isptar San Luqa u Karen Grech f'kull xahar din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi hekk kif ġejja: Sena Numru ta' Registered In-patient Admissions Numru ta' Registered Discharges (incl Deaths) Numru ta' Registered Day Cases Average % Bed Occupancy (adjusted to exclude Day Care Beds) Turnover Rate (adjusted to exclude Day Care Beds) 2003 43,131 43,114 10,243 83.4% 66.0 2004 43,019 43,127 13,024 85.4% 67.3 2005 44,534 44,522 13,723 87.5% 67.7 Xahar Jannar-Mejju 2006 Numru ta' Registered In-patient Admissions Numru ta' Registered Discharges (incl Deaths) Numru ta' Registered Day Cases Average % Bed Occupancy (adjusted to exclude Day Care Beds*) Turnover Rate (adjusted to exclude Day Care Beds*) Jannar 4,172 3,968 1,055 93.6% 6.0 Frar 3,783 3,776 1,007 97.3% 5.6 Marzu 4,129 4,193 1,241 95.9% 6.3 April 3,726 3,779 1,173 89.4% 5.7 Mejju 4,066 4,055 1,179 86.8% 6.1 * Nota: Exclusive Day Care Beds huma s-sodod f'Day Surgery Unit, Endoscopy Unit u Renal Unit.

Coeliac Disease

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa eliġibbli biex jieħu għajnuna għal-coeliac disease? Barra minn dan, jista' jgħid x'għajnuna huma intitolati għaliha dawn il-persuni? Meta dawn il-persuni jiġu mitluba jagħmlu test ħalli jaraw jekk jikkwalifikawx jew le għall-għajnuna, kemm huwa meħtieġ li jġibu punti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pazjenti li jkollhom Coeliac Disease huma ntitolati għall-kwota kull xahar tal-prodotti ta' l-ikel gluten-free li jinħtieġu bħal ħobż,dqiq, eċċ. Hemm testijiet mediċi biex ikun aċċertat li pazjent ikun qed ibagħti minn din il-marda.

Bord Mediku

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ispeċjalisti ta' l-ortopedija qed jirrifjutaw milli jagħtu s-sehem tagħhom fuq medical boards għall-impjegati pubbliċi? Jista' jgħid x'passi hu mistenni li jittieħdu biex l-impjegati pubbliċi ma jibqgħux jistennew biex jitilgħu medical board? Kemm hemm nies jistennew biex jitilgħu board? Jista' jindika jekk dan jistax ifisser li hemm applikanti li m'għandhomx dħul minħabba li l-bord ilu żmien ma jiltaqa'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkonferma li l-ispeċjalisti ta' l-ortopedija qed jirrifjutaw milli jagħtu sehemhom f'bordijiet mediċi għal impjegati pubbliċi għaliex qed jallegaw li dan ma jagħmilx parti minn xogħolhom. Hemm 13-il persuna jistennew għall-bordijiet mediċi ta' l-ortopedija u ma neskludix li hemm min qed ibati minħabba din is-sitwazzjoni.

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Ġunju li għadda kemm persuni marru fil-bereġ tal-gvern, berġa berġa, u kemm minn dawn marru għal vista għand it-tabib inkella għand l-infermiera u x'kienu l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom kienu miftuħin dawn il-bereġ? Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li sar tibdil fil-ġranet u l-ħinijiet ta' dawn il-bereġ, għaliex se jsir dan it-tibdil u x'se jkunu l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom kull berġa se tkun miftuħa għall-pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta t-tobba fil-bereġ tal-gvern bdew jaraw in-nies bl-appuntament? Għaliex ittieħdet din il-miżura u x'kien ir-riżultat ta' dan it-tibdil?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntament fil-bereġ tal-gvern bdew jingħataw mill-1 ta’ Awissu 2005 fi skema pilota li ftit xhur wara nfirxet ma’ Malta kollha. Din l-azzjoni ittieħdet bħala riżultat ta’ ftehim mal-Union tat-tobba wara negozzjati fit-tul rigward diversi problemi li kienu qed jiġu ffaċċjati t-tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa u li jattendu fil-bereġ. Nies f'kundizzjoni ta’ emerġenza xorta jiġu moqdija qabel kulħadd, anke jekk huma bla appuntament. Dawk kollha mingħajr appuntament u li t-tabib ma setax jarahom, xorta jistgħu jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal għall-bżonnijiet tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan it-tibdil kien li l-pazjenti li jiffrekwentaw dawn il-bereġ ma jkollomx għalfejn jogħqodu jistennew.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karta r-Roża/Kartuna s-Safra

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal karta r-roża u l-kartuna s-safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex xi ħadd ikollu l-kartuna r-roża jkun irid jikkwalifika wara li jsirlu means test mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew inkella jkun pazjent li jbagħti mid-dijabete, lebbra jew tuberkulożi. Il-kartuna s-safra tinħareġ jekk pazjent ikun ibagħti minn xi waħda mill-mard li hemm imniżla fl-Iskeda V Parti 2 tal-Att tas-Sigurta' Soċjali.

Dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew riferuti persuni lid-dipartiment ta' l-emerġenza minn tobba (mhux self referrals) din is-sena? Kemm iddaħħlu l-isptar dawk riferuti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni fir-rigward ta' pazjenti li jiġu referuti lid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minn tobba (mhux self referrals) għal l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena (2006), inġabret mill-A&E Module tal-Patient Administration System (PAS). It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru totali ta' pazjenti li ġew invistati l-emerġenza bejn Jannar u Ġunju 2006 u huma maqsuma skond il-mod ta' kif ġew referuti. It-tabella turi wkoll in-numru u r-rata ta' nies li wara li ġew invistati l-Emerġenza ġew rikoverati l-Isptar San Luqa. Perjodu : Jannar- Ġunju 2006 Mod ta' kif ġew referuti Numru totali Numru u persenraġ ta' persuni li ġew rikoverati l-Isptar San Luqa Medical Practitioners (i.e. Health Centre, GP referral, other Hospital referrals) 14,836 4754 32%

Sptar — Persuni taħt l-effett tad-droga/alkaħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iddaħlu persuni l-isptar din is-sena bi problemi ta' droga, b'alcahol indication? Kemm minn dawn daħlu lejliet festa jew waqt festa jew l-għada ta' festa? Kemm daħlu lejliet weekend, l-għada ta' weekend jew ġo weekend?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li tirrigwarda n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa bi problemi ta' droga u alcohol intoxication fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġiet meħuda mill-A&E module tal-Patient Administration System u l-Hospital Activity Analysis database. Wieħed għandu jinnota li l-pazjenti jiddaħlu fis-swali ta' l-isptar skond is-severita tal-kundizzjoni tagħhom. In-numru ta' pazjenti li ddaħlu bil-kundizzjonijiet imsemmija skond il-ġurnata tal-ġimgħa jidhru hawn taħt: Nota: Ma kien hemm l-ebda pazjenti lejliet jew f'ġurnata ta' festa pubblika jew l-għada ta' festa pubblika. Perjodu: Jannar sa Ġunju 2006 (Informazzjoni Proviżorja) Ġurnata tal-Ġimgħa li ddaħlu fl-Isptar Tnejn Tlieta Erbgħa Ħamis Ġimgħa Sibt Ħadd Acute Alcohol Intoxication - 2 2 1 - - 2 Drug Abuse 2 2 1 1 - - 2 Huwa importanti li wieħed jinnota li problemi ta' droga ġew meħuda bħala abbuż jew overdose ta' drogi narkotiċi u psychodysleptics li jinkludu heroin, cocaine, codeine, morphine, ecstasy etc. Wieħed ukoll għandu jkun jaf li l-informazzjoni irreġistrata mhux dejjem tispeċifika t-tip ta' droga li tkun qiegħda tiġi abbużata u għalhekk f'dawn il-każijiet m'humiex inklużi man-numri ta' hawn fuq. Hekk ukoll fil-każijiet ta' acute alcohol intoxication jista' jkun hemm sitwazzjonijiet li d-dianjosi rreġistrata tkun tal-kundizzjoni li soffra il-pazjent kawża ta' l-effett tal-Alcohol (per eżempju head injury jew acute gastritis).

Dipartimenti tas-Saħħa — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid min tqabbad biex jagħti konsulenza lil xi dipartiment fid-dekasteru tas-saħħa fl-2004, 2005 u 2006 sal-ġurnata tal-lum? F'kull każ, dan tqabbad direttament? Kemm kien il-ħlas f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.

Ta' Qali — Medical Stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn se jiġi trasferit il-medical stores ta' Ta' Qali? Il-post il-ġdid intgħażel wara sejħa għall-offerti? Il-post il-ġdid inxtara jew ġie mikri? F'kull każ, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra il-kuntratt?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Medical Stores ta' Ta Qali ser jiġu trasferiti b'mod temporanju għall-imħażen fl-Industrial Estate tal-Marsa. Peress li t-trattativi kollha saru mill-Ministeru tal-Finanzi nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

St Luke's — Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-ħruġ ta' permessi biex vetturi jidħlu u jipparkjaw fil-grounds ta' l-isptar San Luqa? Jista' jgħid fuq min inħareġ il-permess 1130 fuq blue sticker u min ħarġu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-permessi tal-vetturi li jidħlu fil-grounds ta' l-isptar San Luqa jinħargu mill-Management ta' l-isptar skond kriterji stabbiliti. Il-Konsulenti kollha huma eliġibbli għal-Blue Stickers. Il-permess numru 1130 blue sticker inħareġ lil wieħed mill-Konsulenti li l-isem tiegħu ma jistax jingħata minħabba d-Data Protection Act. Il-permess inħareġ mill-istess management.

Każ ta' MRSA

Question

Jista' il-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kien hemm każi ta' MRSA matul ix-xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ġiet miġbura mill-Infection Control Unit, sptar San Luqa. It-tabella ta' hawn taħt turi każi li ġew irrapurtati bħala pożittivi għal MRSA mill-Laboratorju. In-numri jirrelataw għal pazjenti u juru l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena. Riżultat pożittiv mill-laboratorju ma jindikax is-severita` tal-kundizjoni klinika. Xhur 2006 Każi li ġew invistati l-isptar San Luqa b'riżultat pożittiv għal MRSA Każi rrapurtati fi Clinics u Sptarijiet oħra barra l-Isptar San Luqa b'riżultat pożittiv għal MRSA Jannar 25 8 Frar 30 7 Marzu 21 4 April 28 8 Mejju 48 23 Ġunju 39 13

Burmarrad — Ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbnew oqbra fiċ-ċimiterju ta' Burmarrad? Kemm tqassmu oqbra s'issa? Kemm hemm oqbra li għadhom ma nbigħux? Fil-każ ta' dawk l-oqbra l-ġodda li tqassmu, jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' riferenza f'kull każ u f'liema sena saret l-applikazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ dwar żewġ anzjani

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata l-kamra ta' dawn iż-żewġ residenti anzjani li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, peress li issa diġa' ilu li beda x-xogħol xi xahrejn u nofs u hemm inkonvenjent kbir? Filwaqt li nifhmu li dawn l-affarijiet iridu jsiru, imma nifhmu wkoll l-ilment tar-residenti.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li għandna, f'San Vinċenz m'hemmx residenti bl-ismijiet li ngħataw fil-mistoqsija separatament.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li xi care workers jew assistant care workers jibdew jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl f'xi dar ta' l-anzjani partikolari f'Malta? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid f'liema djar hu ppjanat li jiddaħħal dan it-tip ta' shift, x'inhi r-raġuni u jekk hux se tingħata allowance lil dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tad-Dar tal-Gżira hemm il-pjan li senior care worker, u sitt care workers jibdew jaħdmu fuq bażi ta' shift, li jinkludi xogħol ta' bil-lejl, jiġifieri ANRO. Ir-raġuni hija li nħass il-bżonn li matul il-lejl fid-dar tal-Gżira ikun hemm preżenti care worker raġel kif ukoll care worker mara li sal-lum kien hemm biss care worker wieħed. Naturalment, dawn issa se jingħatalhom Night shift allowance minflok id-Day shift allowance.

Problemi ta' Alkaħol — Għajnuna Medika

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19505 u jgħid kemm-il persuna ngħatat għajnuna medika minħabba problemi ta' alkaħol fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienet l-iżgħar persuna? Jista' jgħid kif dawn il-figuri jikkomparaw ma' dawk tas-sena li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni miġbura tirrigwarda numru ta' pazjenti li ngħataw għajnuna medika minħabba problemi ta' alcohol fl-ewwel ħames xhur tas-snin 2005 u 2006. In-numri jirrapreżentaw pazjenti li ngħataw kura l-Isptar San Luqa u nstabilhom livel għoli ta' alcohol fid-demm. L-informazzjoni nġabret mid-domandi għat-test tal-blood alcohol li jsiru l-Emergency Lab u t-Toxicology Lab. Il-limitu ta' livell ta' alcohol fid-demm ittieħed sa 80mg/dL, li huwa l-limitu legali għas-sewqan. In-numri ġew maqsuma f'irġiel u nisa. Sena 2005 (Jannar-Mejju) Sena 2006 (Jannar-Mejju) Number> 80mg/100ml 87 144 Irġiel 60 92 Nisa 27 52 L-iżgħar eta' kienet kif jidher hawn taħt: Sena 2005 (Jannar-Mejju) Sena 2006 (Jannar-Mejju) Irġiel 15 -il sena 13 -il sena Nisa 15 -il sena 14 -il sena Ta min jinnota li dawn il-figuri ma jirrapreżentawx il-problema sħiħa relatata ma' l-alcohol iżda tirrapreżenta biss persuni li iddaħħlu d-dipartiment ta' l-emerġenza ġewwa l-Isptar San Luqa. Numru siġnifikanti ta' pazjenti jingħataw kura medika fil-Health Centres u organiżżazjonijiet tas-saħħa oħra fejn jingħataw għajnuna fit-tul kemm għall-kura tas-saħħa u mentali kif ukoll għajnuna soċjali minħabba l-abbuż ta' l-alcohol.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time separatament fid-djar ta' l-anzjani kollha ta' Malta? Jista' jgħid xi grad għandhom dawn il-ħaddiema u kemm għandha residenti anzjani llum kull dar separata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Grade Number Full Time Head of Homes 5 Nursing Officer 1 Deputy Nursing Officer 1 Principal 1 Senior Tradesman 4 Staff Nurse 5 Enrolled Nurse 7 Nursing Aide 20 Senior Careworker 2 Careworker 26 Asst. Careworker 17 Supervisor 1 Cook 2 Hospital Auxiliary 1 Health Assistant 3 Health Attendant 1 General Hand 1 Operative 1 Charwoman 5 Sub-Total 104 Part Time P/T Enrolled Nurse 3 P/T Staff Nurse 1 P/T Social Assistants 61 P/T Social Assistants- Relievers 15 Total 184 Residenti f'kull dar hemm : Dar ta' Bormla - 132 Dar tal-Furjana - 45 Dar tal-Gżira - 30 Dar tal-Imsida - 62 Dar tal-Mosta - 64 Dar tal-Imtarfa - 122 Dar taż-Żejtun - 163 Residenti bl-iskema tal-Private Public Partnership: Casa Arkati - 23 Villa Messina - 53 Casa Serena - 33