Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25271 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Arretrati

Question

Peress li numru ta' anzjani qed jirċievu xi arretrati għall-pensjoni, jista' l-Ministru jgħid liema kategorija ta' anzjani qed u ser jirċievu dawn l-arretrati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji li qed ikollhom il-pensjoni rriveduta huma l-pensjonanti tat-Teżor kollha - ħaddiema taċ-Ċivil, Pulizija, Membri tal-Forzi Armati u Membri tal-Ġudikatura - li ħarġu bil-pensjoni bejn is-snin 1996 u l-2000 skond il-Ftehim Kollettiv li ntlaħaq ma' l-Għaqdiet tal-ħaddiema. Dawn, għalissa, ma jinkludux il-pensjonanti tat-Teżor li spiċċaw f'organizzazzjoni parastatali.
Leg 9 PQ #25292 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Animal Welfare Groups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Animal Welfare Groups li qed jirċievi flus mingħand il-gvern? Għalxiex qed jintużaw il-flus?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Budget ta' din is-sena, hemm ivvutati Lm6,000 taħt id-Dipartiment għal Ħarsien għall-Ambjent u Lm11,000 taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura bħala assistenza lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb l-annimali. Barra minnhekk, taħt il-fond tal-Lotteriji, l-Gvern jgħin assoċċjazzjonijiet bħal 'Cage Bird, King Fisheries, Bird Breeding u Island Sactuary'. Il-'Birdlife Malta' għandha ftehim mal-Ministeru għall-Ambjent għat-tmexxijia tar-Riservi Naturali fejn isiru proġetti ta' trobbija u osservazzjoni ta' l-għasafar.
Leg 9 PQ #25298 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

N.I.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25015 li oriġinarjament saret li Viċi Prim Ministru u ċioe B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24831, jista'jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25315 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Sakemm ma ningħatax raguni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25049 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Enviroment Friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk muturi ta' żewġ roti u li jaħdmu bil-batteriji għandhomx l-istess dazju ta' muturi li jaħdmu bil-fuel normali? Jekk iva, jikkonsidrax l-Ministru illi inaqqas dan id-dazju billi dawn il-muturi huma enviroment friendly?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li muturi ta' żewġ roti li jaħdmu bil-batterija għandhom l-istess dazju ta' muturi li jaħdmu bil-fuel normali, jiġifieri rata ta' 12% jekk ma jkunux joriġinaw fl-U.E. Mhux qed ikun ikkunsidrat li titnaqqas din ir-rata ta' dazju; iżda tajjeb li wieħed jgħid li r-'Registration Tax' tnaqqset sew.
Leg 9 PQ #24726 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Institute of Accountants

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar l-ilmenti mqajjma f'ittra mibgħuta lilu minn 17-il persuna bid-data 7 ta' Frar 2001, dwar kif ġew ittrattati mill-Malta Institute of Accountants dawk li għamlu l-eżamijiet tat-tielet sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmat li wara li rċieva kopja tal-ittra msemmija mill-Onorevoli membru, l-ministeru kiteb lill-Malta Institute of Accountants u issa qiegħed jistudja r-risposta li ngħatatlu.
Leg 9 PQ #24991 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-1999 sal lum fejn saru prosekuzzjonijiet legali kontra persuni taxxabbli għall-irkupru tat-taxxa tal-VAT u tat-Taxxa Addizzjonali kif ipprovdut fil-liġi tal-VAT innifisha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Marzu 2001, id-Dipartiment tal-VAT ipproċeda permezz ta' ittri ġudizjarji għall-irkupru tat-taxxa tal-VAT kontra 687 persuni reġistrati.
Leg 9 PQ #24992 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi b'kollox ta' kuntrabandu li inqabdu sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24995 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-inspections li saru mill-VAT Office kull xhar f'dawn l-aħħar sentejn kienu jinkludu uffiċini ta' accountants, periti, speċjalisti mediċi, avukati, nutara u estate agents?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-VAT Inspectors mill-ewwel ta' Jannar 1999 sa' l-aħħar ta' Marzu 2001 fil-kategoriji ta' negozji indikati kien kif ġej: Kategoriji ta' Negozju Numru ta' Spezzjonijiet Accountants 9 Periti 15 Servizzi Mediċi 131 Avukati 18 Nutara 5 Estate Agents 15
Leg 9 PQ #24950 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Part-Timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa minn ħaddiema part-timers matul is-sena 2000, b'dawn id-dettalji:- Numbru ta' ħaddiema part-timers as a primary job nisa u rġiel u l-ammont ta' taxxa bejniethom u numru ta' ħaddiema part-timers as a secondary job nisa u rġiel u l-ammont ta' taxxa mħallsa bejniethom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikklassifika impjiegi bħala ‘main’ jew ‘secondary’ fuq bażi ta’ kemm ħaddiem għandu impjiegi. Għad-Dipartiment ‘part-time’ job ifisser ‘secondary’ job. Ħaddiem b’impjieg wieħed - kemm jekk ‘full-time’ jew ‘part-time’ huwa kkalkulat bħala li għandu ‘main’ employment. Ħaddiema li matul is-sena 2000 kienu reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li kellhom ‘part-time’ job (skond kif ikklassifikat hawn fuq) kienu kif jidher hawn taħt. Jidher ukoll l-ammont ta’ emolumenti mħallsa u t-taxxa miżmuma. Females Males No Emoluments Tax No Emoluments Tax 3,456 2,009,369 223,517 10,104 7,352,026 1,278,153
Leg 9 PQ #24983 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Annimali — Wheelchairs

Question

Billi ġejt ikkuntatjat minn xi għaqdiet voluntarji ta' l-annimali li jixtiequ jimpurtaw mill-Amerika għal użu tagħhom xi wheelchairs li jintużaw għal klieb u qtates imweġġa, jista' l-Ministru jikkunsidra li dawn jiġu eżentati mill-VAT u dazji, anki għall-fatt li dawn l-għaqdiet jagħmlu din il-ħidma għax iħobbu l-annimali u b'mod voluntarju

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, l-importazzjoni ta' wheelchairs li jintużaw għall-klieb u l-qtates imweġġa hija importazzjoni taxxabbli.
Leg 9 PQ #25008 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Management Fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-management fees dovuti lill-Kunsill Lokali rigward t-trading licences għas-sena 2000 għad ma ngħatawx lill-Kunsill Lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Leg 9 PQ #25030 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus minn Maltin barra min Malta s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena li għaddiet, jiġifieri fl-2000, ġew investiti Lm46.1 miljun. Din is-somma hi biss marġinalment ogħla mill-figura proviżorja li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22748 f'seduta 475 aktar kmieni din is-sena. Il-figura proviżorja sa' l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena hi ta' Lm10.25 miljuni.
Leg 9 PQ #25061 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana

Question

Jista' l-Ministru jindia jekk meta l-uffiċjali tad-dwana jkunu fuq xogħol u issirilhom ħsara fuq il-propjeta tagħhom, humiex inxurjati għal dan u jekk il-ħsara titħallasx minn buthom jew mid-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ufficjali tad-Dwana mhumiex inxurjati meta jkunu fuq ix-xogħol. Dwar ħsara li tista' ssir fuq propjeta tagħhom meta jkunu fuq xogħol, tajjeb li l-Onor. Membru jiċċara xi ftit x'irid ifisser.
Leg 9 PQ #24702 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Direttur tal-Kuntratti — Tender Documents

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ix-xogħol meħtieġ biex issir is-sejħa pubblika msemmija f'mistoqsija parlamentari nru. 23482 li oriġinarjament saret lilll-Ministru għall-Politika Soċjali u li kienet tgħid hekk: Jista' jgħid fiex waslet l-applikazzjoni HAV78/99 quddiem l-awtorita' tad-djar, tal-persuna li isimha qed jitnbagħat separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-offerti għada ma ġietx ippublikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti għar-raġuni li d-dokument kif ippreżentat mill-Awtorita tad-Djar kien jinħtieġ numru ta' modifikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #24853 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 24670?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 24670 f'seduta 523.
Leg 9 PQ #24919 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar il-professional and consulting fees tal-MFSC u l-promotional expenses ta' l-istess ċentru li telgħu għal Lm198,655 u Lm478,014 rispettivament fis-sena minn Lm48,670 u Lm136,783 rispettivament fis-sena 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba. L-Onorevoli Interpellant jifhem li dan hu nvestiment meħtieġ biex iċ-Ċentru Finanzjarju f'pajjiżna jespandi. Dan billi jiżviluppa prodotti ġodda, jifrex il-kuntratti tiegħu fiċ-ċrieki finanzjarji nternazjonali u jkun ta support lill-practitioners f'pajjiżna.
Leg 9 PQ #24517 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Electronic Transfer of Funds — Authorised Dealers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-authorised dealers li se jiddaħlu fis-sistema ta' l-electronic transfer of funds for the students maintenance grants? Kif intagħżlu ? F'liema oqsma tal-bżonnijiet ta' studenti se joffru servizzi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24847 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefit Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel id-dipartiment tat-taxxi interni ħalli l-korpi parastatali jobdu d-direttivi tal-fringe benefit tax? Għaliex il-ministru qed iħalli li jittieħdu deċiżjonijiet f'dawn il-korpi biex nies milquta mill-fringe benefits tax jingħataw kumpens? Kif tħalla l-Bank Ċentrali jagħti madwar 40 promozzjoni lil dawk milquta minn din it-taxxa mingħajr ebda raġuni valida? Tikkonfermax li dawn jammontaw għal aktar minn żewġ terzi ta' dawk li kienu jokkupaw karigi fejn parti mid-dħul tagħhom kien f'forma ta' allowances li ma kenux taxxabbli? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies istituzzjonijiet u dipartiment tal-gvern kif ukoll ħaddiema maħallsin mill-fondi tal-gvern li effettivament ingħataw kumpens li jagħmel tajjeb għal dak li ser jitilfu mill-fringe benefits tax sabiex ma jmorrux minn taħt finanzjarjament? Kif jispjega l-fatt li għad hawn ħafna nies fil-ministeri li għadhom jużaw il-karozzi tad-dipartimenti u l-ministeri tal-gvern wara il-ħin tax-xogħol u fil-weekends minkejja il-provvedimenti tal-fringe benefits tax dwar użu ta' mezzi ta' trasport?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ppublika "Tax Guide" dettaljat dwar il-provedimenti tar-regoli dwar x'jikkostitwixxi "fringe benefits" u l-ivvalutar tagħhom. Huwa obbligu tal-korpi parastatali, bħal kull employer ieħor, li jimxu mar-regoli stabbiliti. Min ma jagħmilx hekk ikun suġġett għall-penali skond il-liġi bħal kulħadd. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jevalwa l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-"fringe benefits" li tidħol perjodikament għand id-Dipartiment u jieħu l-passi neċessarji, inkluż field tax audits fuq l-employers li jkun jidher li mhux japplikaw it-taxxa skond il-liġi. Il-promozzjonijiet li l-Onorevoli Interpellant semma, li ngħataw fil-Bank Ċentrali saru wara li kienu ngħataw promozzjonijiet simili fil-gradi klerikali f'Diċembru 2000, u saru bħala parti minn eżerċizzju ta' ristrutturar li qed isir bl-iskop li jissaħħaħ il-qafas maniġerjali fil-Bank. Dan ir-ristrutturar, li hu l-ewwel wieħed li sar mill-1997 'l hawn, kellu jsir sabiex il-Bank ikun jista' jaqdi l-ħtiġijiet aktar esistenti tad-dinja tal-lum u ma għandu x'jaqsam xejn mat-taxxa tal-fringe benefits. Fil-Bank Ċentrali ma ngħata l-ebda kumpens lill-ebda mpjegat sabiex jagħmel tajjeb għal xi telf li jista' jsofri minħabba t-taxxa tal-fringe benefits. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 9 PQ #24510 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Electronic Transfer of Funds System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li tefgħu offerta għall-kuntratt ta' electronic transfer of funds system for the students maintenance grants? Min kienu? Min intagħżel? B'liema kriterji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi fil-public domain u tista' tinkiseb direttament mill-Interpellant.