Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar , l-informazzjoni tingħata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq qtil u attentati ta' qtil? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija akkużati f'dawn il-ġurijiet? Kemm minn dawn ġew appuntati? F'kull każ, kemm ilu l-aktar ġuri jistenna biex isir?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta futura.Dwar ġurijiet pendenti fuq qtil hemm ħdax (11), li sitta (6) minnhom huma appuntati.Dwar attentati ta qtil hemm għaxar (10) kawżi, li ħamsa (5) minnhom huma appuntati.Dwar ġurijiet fuq qtil, hemm żewġ (2) persuni ta` nazzjonalita barranija, b` persuni għal kull każ.Ma hemmx persuni ta` nazzjonalita` barranija akkużati b`attentat ta` qtil.Il-ġuri fuq qtil l-aktar li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l-akkuża daħal fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali fl-1992.IL-ġuri fuq attentat ta` qtil l-aktar li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l-akkuża daħal fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali fl-1996.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li tressqu quddiem il-qorti tal-minorenni fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'kienu l-akkużi prinċipali? X'kienu l-etajiet tat-tfal li tressqu quddiem din il-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Wara d-deċiżjoni tal-Gvern li membri tal-ġudikatura m'għandhomx jkunu membri ta' bordijiet tal-gvern, sportivi eċċ, jista' jgħid liema imħallfin/maġistrati: (a) irriżenzjaw minn xi kariga li kienu qed jokkupaw; u (b) għadhomx qed jokkupaw xi kariga kif imsemmiaj aktar 'il fuq? X'inhi din il-kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-domanda tal-Onorevoli Interpellant mhix preċiża għaliex il-gvern jista jiddeċiedi biss dwar Bordijiet Governattivi. Rigward assoċċjazzjonijiet volontartji bħal dawk sportivi l-Gvern jagħmel biss suġġeriment li jidirlhu li hemm inkompatilibita bejn l-indipendenza tal-ġudikaturi u s-sehem attiv f`assoċċjazzjoni volontarja.
Jekk dan is-suġġeriment jintlaqax jew le hu f`idejn kull membru tal-ġudikatura .
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid kull entita' meta ġiet iwaqqfa?
Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?
Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
1. (a) Law Commission
Imwaqqfa fl-1980 skond l-att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji.
(b) Law Commissioner (Prof G. Mifsud Bonnici) - ex Prim Imħallef
Honorarium ta` Lm3600 fis-sena.
2. (a) Ċentru ta` l-Arbitraġġ ta` Malta
Bord maħtur fi Frar tal-1998 skond l-Att II tal-1996.
(b) Chairman u membri tal-Bord
Dr. Max Ganado Lm5414 p.a.
Dr. Godwin Muscat Azzopardi Lm4088 p.a.
Joseph George Vassallo Lm3660 p.a.
Helga Ellul Lm3660 p.a.
Carlo Cini Lm3660 p.a.
Edward Woods Lm1500 p.a.
Mario Grech Lm1500 p.a.
Dr. A. Borg Barthet (ex officio) Lm1500 p.a.
George Fenech Lm1500 p.a.
(c) Hadd minn dawn il-membri (oltre il-membru ex-officio) ma hu
mpjegat fiċ-ċivil.
3. (a) Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni - Att XXII tal-1988
Imħallef Dr. Albert Manche`(irtirat) Chairman - Lm5414 p.a.
Avukat Dr. Raymond Zammit - membru - Lm3660 p.a.
Lt. Col. John Harrison (irtirat) - membru - Lm3660 p.a.
Jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' ħanut li ma jkollux numru ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja u lanqas numru ta' riferenza hux validu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ma joħroġx liċenzji tal-ħwienet. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja minħabba multi li weħħlu wara li dawn ġew imwaħħla mill-gwardjani lokali sal-lum? Kemm ġew illiberati minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-12 ta` Lulju 2000 kien hemm ħamest`elef, sitt mija u tnejn u sittin (5,662) persuni li ttellgħu quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja fuq ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali. Minn dawn tmien mija u tmienja u ħamsin (858) ġew illiberati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17874?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn informazzjoni mgħotija lili mid-Direttur Ġenrali tal-Qorti jirriżulta illi:
1. il-ġeneratur kien ġie `serviced` f`nofs April mid-ditta li mingħandha kien inxtara fl-1997 u li magħha sar `maintenance agreement`;
2. meta nqata d-dawl fit-23 ta` Ġunju u l-ġeneratur ma ħadimx, id-Direttur Ġenerali talbet lill-istess ditta teżamina x`ġara;
3. skond rapport preliminari magħmul minn din id-ditta l-ġeneratur ma ħadimx għaliex `the sumpof the Generator was filled to the top with grey thick liquid` li ried jiġi analiżżat f`laboratorju;
4. mill-analiżi li saret fil-11 ta` Lulju instab li l-`water content` fil-`lubricating oil` kien ta` 47% `by volume` meta normalment ikun ta anqas minn 0.1%;
5. minħabba li hu ovvju li jeżisti suspett qawwi ta` abbuż gravi, jekk mhux sabutaġġ intenzjonali, tajt struzzjonijiet biex il-każ jgħaddi f`idejn il-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar r-risposta tingħata f`seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji barranin ta' l-IT huma interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E-government?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li saru diskussjonijiet informali ma xi kumpaniji għadu kmieni wisq biex tingħata indikazzjoni konkreta ta` dak li qed titlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il-qorti? Jista' jgħid: (1) kemm minn dawn ilhom aktar minn erba' snin; (2) quddiem liema maġistrat qegħdin; (3) kemm minn dawn ilhom jiġu diferiti f'dawn l-aħħar sentejn sempliċement għas-sentenza; u (4) x'inhu jikkawża d-dewmien għas-sentenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, l-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17626, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ min kienu u min ser ikunu l-persuni u kunsilliera li siefru jew se jsiefru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lil-Onor. Interpellant ghar-risposta li inghatat ghall-mistoqsija Nru. 17626.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16695?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għall-Mistoqsija Nru. 16695.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16846.
Mill-ammont dovut ta` Lm 185,646 sat-13 ta` Ġunju 2000, ġew imħallsa Lm58,596 (31.6%).
Mhux il-każ li din l-informazzjoni tiġi maqsuma ġurnata b`ġurnata.