Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34641 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk St. Joseph garages f'St. Anthony Str, San Gwann humiex joperaw mingħajr il-permessi meħtieġa? Dan fid-dawl ta' ilmenti tar-residenti li qed jkun hemm inkonvenjent kbir bl-ispray painting minħabba x-xogħol ta' carpentry li qed isir fl-abitat? Nifhem li l-pulizija mill-għassa ta' San Ġiljan żaru dawn il-premises.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi l-Pulizija tad-Distrett ta` San Ġiljan kellha xi lmenti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Minn spezzjoni li saret mill-Pulizija f`dawn il-garages, li skond ma jien infurmat huma channel drive, instab li hemm garage wieħed li għandu għodda ta` mastrudaxxa. Meta mistoqsi mill-Pulizija, is-sid ta` dan il-garage stqarr li f`dan il-garage huwa jaħdem biss xi għamara għalih stess. Dan jagħmlu bejn il-5.00pm u s-7.00pm u mhux kuljum. Madankollu l-Pulizija ser tkompli ssegwi l-ilment magħmul mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #34658 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sidien tal-kiosks kollha li hemm f'Ta' Sliema u f'San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sakemm dawn il-liċenzji kienu għadhom jinħarġu mill-Pulizija, mir-records disponibbli jidher li kien hemm dawn il-persuni li kellhom liċenzja ta` fixed kiosks fil-lokalitajiet imsemmija fil-Mistoqsija:- Tanti Edward; Tanti Martin; Camilleri Anthony; Gauci Josephine; Catania Anthony; Cutajar Emanuel; Zammit Josephine; Cuschieri; Cachia Anna. Peress li l-permessi għal attivita` kummerċjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34669 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fl-isptarijiet, swali tat-tejatri u f'karozzi tal-linja fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Liema huma l-postijiet l-oħra fejn il-liġi kif inhi illum ma tippermettix tipjip? Saru xi ċitazzjonijiet f'dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 4 persuni li nqabdu jpejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Dawn kienu fl-isptar San Luqa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi postijiet oħra barra minn fl-isptarijiet, swali tat-teatri, u karozzi tal-linja fejn il-liġi tipprojbixxi t-tipjip.
Leg 9 PQ #34670 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż meta ser jiġu ntrodotti fuq bażi permanenti l-ispeed cameras? Dawn se jkunu fuq bażi permanenti jew ser ikunu jistgħu jittieħdu minn post għall-ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-provvediment legali meħtieġ, kien ġie ppublikat fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena u għalhekk il-Pulizija qed tagħmel użu mill-ispeed cameras regolarment. Infurmat ukoll illi dawn l-ispeed cameras mhuwiex static.
Leg 9 PQ #34671 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overtime

Question

Peress li nhar il-Ħadd 29 ta' Ġunju fil-programm Joe Grima Live fuq Net TV, il-Ministru qal li kien hemm membri tal-korp tal-pulizija li kienu qed jabbużaw mill-overtime, jista' jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi pulizija li allegatament intqal li kien qed jabbuża? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas ta' overtime matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa ma kienx hemm każi fejn ittieħdu passi kontra xi membri tal-Korp tal-Pulizija dwar abbuż mill-overtime. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, il-ħlas tal-overtime kien jammonta għal Lm185,408, filwaqt li l-ammont għall-istess perijodu ta` din is-sena huwa ta` Lm217,570.
Leg 9 PQ #34673 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm il-pulizija sabu każi ta' żgħażagħ taħt l-eta' legali li kienu qed jixorbu f'barijiet f'inħawi differenti f'Malta u Għawdex u speċifikament f'Paceville, Buġibba/Qawra, Wied il-Għajn? Jista' jagħti il-figuri għal kull post separatament kif ukoll għal Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ma kienx hemm sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ ta` inbejjed, birra jew likuri li ittellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena.
Leg 9 PQ #34676 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Shifts

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-posizzjoni tal-pulizija fir-rigward ix-shift tax-xogħol, peress li f'dan ix-shift wara lejl xogħol jerġgħu jidħlu għal second shift fis-11.00 u dan mingħajr ċans ta' mistrieħ? Ma jidhirlux li anke l-pulizija għandhom bżonn il-mistrieħ tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom mill-aħjar li jistgħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija ma hemmx shift li jibda fil-11.00am.
Leg 9 PQ #34679 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi tal-pulizija sabiex il-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, jintuża għal skop kummerċjali ta' bejgħ ta' frott u ħaxix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'seħħ mit-2 ta' Mejju ta' din is-sena il-permessi għal attivita kummerċjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija. Infurmat ukoll illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi kienu nħarġu xi permessi tan-negozju mill-Pulizija fuq il-fond imsemmi.
Leg 9 PQ #34680 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-indirizz mogħti separatament hemmx permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar bini ta' cold room fil-garage kif ukoll permess għal change of use sabiex il-garage jintuża bħala post minn fejn isir negozju ta' frott u ħaxix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li ġie spezzjonat il-post li saret referenza għalih, seta` jiġi ikkonfermat illi qed isir bdil fl-użu materjali tal-post minn garaxx għal ipparkjar ta` karozzi privati għal wieħed fejn qed jinżamm materjal konness man-negozju tas-sid (fruit & vegetable hawker) inkluż it-tħaddim ta` 'cold room' u dan mingħajr il-permessi meħtieġa. Għaldaqstant qed jinħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 554/02. Il-MEPA ser tibqa` ssegwi l-każ sa ma` proċeduri kollha t`infurzar jiġu eżawriti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #34688 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Street Naming

Question

Jista' l-Ministru jindikali meta dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar (l-lista tagħhom qegħda tintbagħat separatament) sejrin jingħatalhom in-numru fir-residenzi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34700 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Billi dan l-aħħar ġew irranġati u rinovati l-għases ta' Haż-Żebbuġ, Paola, Żabbar, Bormla, Ċirkewwa, Mellieħa, B'Buġia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Żejtun, B'Kara, Rabat u Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-għasses tal-pulizija saru aċċessibli skond il-ligi dwar l-Opportunitajiet Indaqs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fix-xogħol li qiegħed isir fl-Għases hemm maħsub ukoll illi jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex ikun hemm aċċess għalihom minn kulħadd.
Leg 9 PQ #34770 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-korp tal-pulizija li qegħdin sponsored biex imorru l-universita' u fl-istess ġranet li suppost qegħdin l-universita' jkunu qegħdin jagħmlu l-extra u allura qegħdin jonqsu mill-obbligazzjoni tagħhom dik li jattendu kuljum l-universita'? Min huma dawn in-nies, kemm daħlu ammonti f'extra, xahar b'xahar u x'passi ser jittieħdu f'kull każ relattiv?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-fond bl-indirizz ta' 39, Triq Marsamxett Valletta huwiex proprejta' tal-gvern? Jekk le, huwiex rekwiżizzjonat u jekk huwiex reġistrat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond Numru 39, Triq Marsamxett Valletta fil-fatt huwa proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #34049 Sitting 773 2002-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mellieħa — Spejjer ta' l-Ilma

Question

Jista' d-dipartiment ta' l-ambjent jinvestiga x'ikkawża n-nixfa fl-ispejjer ta' l-ilma fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Mellieħa peress li dan mhux soltu li jiġri?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġett tal-Mistoqsija jaqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Awtorita` ta` Malta dwar ir-Riżorsi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34577 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Xogħol Extra

Question

B’riferenza għall-mistoqsija dwar l-għaqdiet/individwi/dipartimenti eċċ li għandhom jagħtu flus lill-pulizija ta’ xogħol extra li għamlu f’dawn l-aħħar erba’ snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra dawk li ma ħallsux dawk li hu dovut minnhom? Għaliex għandhom ibatu l-membri tal-korp meta xi ħadd ma jħallasx? F'ċerti każi jista’ jiġi rifjutat li jibqgħu jingħataw pulizija fuq xogħol extra sakemm iħallsu dak li hu dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex il-ħlas dovut minn terzi għal xogħol maħdum fuq talba tagħhom minn membri tal-Korp tal-Pulizija bħala extra duty on payment jinġabar. Infurmat ukoll illi kien hemm okkażżjonijiet fejn dan is-servizz ġie rifjutat sakemm sar il-ħlas li kien għadu pendenti.

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' ta' l-ippjanar tinkludi l-Belt u l-Furjana mal-Kottonera bħalma ġara fl-avviż ta' qabel ta' l-aħħar dwar l-iskema għal tibdil ta' gallariji tal-injam?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar evantwalment tikkonsidra li terġa` toħroġ skema għal finanzjament ta` manutenzjoni u bdil ta` gallariji ta` l-injam fil-Belt u l-Furjana. Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem ukoll li l-Awtorita` għandha pressjoni minn residenti f'żoni oħra ta' konservazzjoni urbani li jixtiequ jibbenifikaw minn skemi bħal dawn. Għaldaqstant kull deċiżjoni ssir fid-dawl ta' dan kif ukoll fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji li jkollha l-Awtorita`.
Leg 9 PQ #34608 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ il-permessi meħtieġa għax-xogħlijiet proposti fl-inħawi magħrufa bħala ix-Xagħra ta' Selmun fil-Mellieħa b'applikazzjoni PA 06528/01?

Response (BORG, TONIO)

Din l-applikazzjoni ġiet deċiża u fid-19 ta' Ġinju, 2002, l-applikant ġie notifikat bid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #34609 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

DNO

Question

Jista' l-Ministru jgħid mnejn jirriżulta li skond regolamenti tad-DNO ma jistax isir reservoir fuq blat għeri?

Response (BORG, TONIO)

Il-Klassi 11 ta` l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp tkopri biss ġwiebi agrikoli li jkunu fuq art kurrentement użata għall-kultivazzjoni. Dan ma jfissirx li ma tistax issir applikazzjoni għal żvilupp fl-imsemmi sit.
Leg 9 PQ #34516 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Triq San Filippu

Question

Jista' l-Ministru jara jekk sarx progress sabiex planters bla permess li saru ħdejn 56 Triq San Filippu Birgu jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba li l-Awtorita` għandha numru konsiderevoli ta` files riferuti għal azzjoni diretta, l-Awtorita` tieħu azzjoni meta jkun possibli.
Leg 9 PQ #34518 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi mina minn dawk li hemm Xatt ir-Risq Birgu il għadha ma ġietx allokata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern hemm mina waħda li għad ma ġietx allokata. Qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabbilit jekk il-mina in kwistjoni għandhiex tinħareġ għall-kiri bl-offerti.