Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27279 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena 1) jgħid kemm il-każ kien hemm ta' overdose? 2) x'tip ta' droga użata kawżat l-overdose (kull każ) 3) kemm il-każ irriżulta f'mewt 4) Kemm kienu nisa? 5) X'kienet l-age bracket?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tielet parti ta` din il-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25214. Rigward it-tagħrif l-ieħor ninsab infurmat illi dan hekk kif mitlub mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #27089 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Imtarfa - Siringi tad-Droga

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm irċevew telefonati l-għassa tar-Rabat dwar rapporti li qed ikun hemm siringi tad-droga fl-inħawi tal-gym u tal-knisja ta' l-Imtarfa matul dawn l-ewwel xhur tas-sena? X'passi ttieħdu u x'irriżulta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords fl-Għassa tar-Rabat ma jirriżultax li saru telefonati dwar dak li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Madanakollu l-Pulizija tar-Rabat ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex l-inħawi ndikati jiġu mgħassa kemm jista` jkun ta` spiss dwar dan l-allegat abbuż.
Leg 9 PQ #27226 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Temporary Provisions Scheme

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25570: Jista' l-Ministru jelabora billi jagħmel referenza għal xi Att fil-Liġi għaliex bdil fit-Temporary Provisions Scheme li jirrigwarda buildings heights għandu bżonn jiġi approvat mill-Gvern iżda bdil fit-Temporary Provision Scheme li jirrigwarda green area pubblika tiġi mibdula f'zona ta' iżvilupp u l-Bord ta' l-Awtorita'? L-approvazzjoni tal-bidliet fit-Temporary Provisions Schemes a bażi tal-pjanijiet lokali u l-approvazzjoni tal-pjanijiet lokali nfushom għandhom bżonn biss l-approvazzjoni tal-Gvern jew għandhom bżonn ukoll l-approvazzjoni tal-Parlament kif sar fil-każ tat-Temporary Provisions Schemes? Fl-isfond tar-risposta rigward il-Building Heights fit-Temporary Provisions Scheme jistgħu biss jiġu mibdula wara approvazzjoni tal-Gvern, jista' l-Ministru jelabora? Fuq liema bażi ġew approvati il-building heights tal-binijiet tal-applikazzjonijiet PA 2029/96 u PA 1675/98? Jista' l-Ministru jirreferi għad-dokument jew jiġi li fuqha se jibbaża r-risposta tiegħu? Hemm diskrezzjoni ta' l-Awtorita' tal-Ippjanar jew ta' l-Uffiċjali tagħha li l-provediment ta' l-Att ta' l-Ippjanar ta' artiklu 32 sub-artiklu (3) (a) u (b) jiġux segwiti jew le? Jekk teżistix din id-diskrezzjoni min għandu d-dritt li jeżerċita u jiddeċiedi jew le fuq liema proġetti għandux jew m'għandux jiġi segwit?

Response (BORG, TONIO)

Tibdil fil-building heights għandu bżonn jiġi approvat mill-Gvern fil-kuntest ta` pjani lokali. Fuq green areas il-pjani lokali jistgħu jissuġġerixxu tibdil fl-użu li eventwalment jistgħu jiġu approvati mill-Gvern. Dan joħroġ mill-pjan ta` struttura u l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp. Rigward il-building heights fit-Temporary Provision Schemes ir-risposta relevanti tal-Mistoqsija Nru. 25570 hija waħda komprensiva u m`hemmx iktar x`telabora. Il-building height fl-applikazzjoni PA 2029/96 ġiet maħduma fuq il-prinċipju tal-Floor Area Ratio kif spjegat fir-risposta 25570. Il-building height fl-applikazzjoni PA 1675/98 ġie maħdum fuq prinċipju ta` kumpens fejn parti mill-kantuniera tal-lukanda ma nbnietx u allura ġie kumpensat bl-għoli f`parti oħra tal-proġett. Jidher li r-riferenza għall-provvediment ta` l-Att ta` l-Ippjanar ta` artiklu 32 sub-artiklu 3(a) u (b) ma għandhiex x`taqsam mas-suġġett ta` din il-mistoqsija. Tista` l-Onorevoli Interpellanti tispeċifika l-provvediment eżatt.
Leg 9 PQ #26823 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (BORG, TONIO)

Jien m`iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Nru. 26823 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #27021 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mosta - Taz-Zokkrija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi neċessarji sabiex fl-inħawi ta' Triq Ta' Bistra, fiz-Zokkrija, Mosta, ma jibqax jintefa' skart fi plots vojta, bir-riskju ta' danni għar-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #27153 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' nisa fil-pulizija? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-gradi li dawn il-pulizija nisa qegħdin fihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persentaġġ ta` membri nisa fil-Korp tal-Pulizija hu ta` 13%. Infurmat ukoll illi 1% huma Surġenti filwaqt li 12% huma Kuntistabbli.
Leg 9 PQ #27154 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' vjolenza domestika rrapportati din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta` Ġunju 2001, kien hemm 259 rapport lill-Pulizija dwar każi li b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi fl-istess perijodu, dwar dawn il-każi, tressqu l-Qorti 194 persuna.
Leg 9 PQ #27157 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' Strupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru fuq nisa (rape) rrapportati din is-sena u s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Dwar in-numru ta` każi ta` stupru li ġew irrapurtati lill-Pulizija matul is-sena 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 20076 u Nru. 23047, filwaqt li matul is-sena 2001, sat-30 ta` Ġunju ġew irrappurtati 3 każi. Dwar il-każi li ġew irrappurtati li seħħew bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta` Ġunju 2001 ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni mtella` l-Qorti kien ta` 5.
Leg 9 PQ #27164 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid min tefa offerti għac-chalet u ż-żewġ car parks f'tas-Sliema separatament? X'kienet kull offerta rispettiva li intefgħet? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-aggudikazzjoni tat-tender u meta hu maħsub li se jitlesta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nħarġu tlett sejħiet għall-offerti kif ġej:- Avviż Nru. 202 - Chalet u sit għall- car park f`Għar id-Dud Avviż Nru. 203 - Sit għall- car park f`Qui-Si-Sana Avviż Nru. 204 - Sit għall- car park f`Għar id-Dud (offerti mitfugħin taħt Avviż Nru. 202 kellhom preferenza fuq offerti mitfugħa taħt dan l-Avviż). Avviż Nru. 202 Intefgħu erba` offerti taħt dan l-Avviż: A) C&F Building Contractors Ltd Lm152,000 fis-sena B) Polidano Brothers Ltd Lm 55,000 fis-sena C) Preluna (Chalet) Ltd Lm 23,000 fis-sena D) Blokrete Ltd, Francesco Fenech Ltd, Falzon Trading, A. M. Mangion Ltd li offrew żewġ options: i) Moratorium ta` sentejn u wara Lm10,000 fis-sena; jew ii) Moratorium ta` sentejn u wara Lm 20,000 fis-sena bejn it-3 u l-5 sena; Lm20,000 fis-sena u 20% tal-profitti wara l-5 sena. Avviż Nru. 203 Intefgħu żewġ offerti taħt dan l-Avviż: A) W&M Zammit Tabone Ltd Lm15,500 fis-sena u b`valur ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi B) W&M Zammit Tabone Ltd Lm10,500 fis-sena u b`valur ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi Avviż Nru. 204 Intefgħet offerta waħda taħt dan l-Avviż: A) Preluna (Chalet) Ltd Lm17,000 fis-sena Fil-każ ta` Avviż Nru. 202 għall-għotja ta` Chalet u sit għall-Car Park f`Għar id-Dud, it-technical offer ta` l-ogħla offerent C&F Building Contractors Ltd għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Fil-każ ta` Avviż Nru. 203 għall-għoti ta` sit f`Qui-Si-Sana, iż-żewġ technical offers taż-żewġ offerti, magħmula mill-istess kumpanija, ma ġewx aċċettati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #27174 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Media

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kummissarju tal-pulizija taleb videos u ritratti mingħand il-media biex jgħinu l-investigazzjoni dwar l-inċidenti bejn is-sajjieda Maltin u Taljani fl-ewwel fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju dwar il-kwistjoni tat-tonn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din hija proċedura normali segwita f`inċidenti simili.
Leg 9 PQ #27176 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiema tat-Tarzna

Question

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-proċeduri fil-qorti kontra tliet ħaddiema tat-tarzna li kienu akkużati li attakkaw tliet ġurnalisti waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dimostrazzjoni li saret mill-ħaddiema tat-tarzna fil-Belt f'Lulju tas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid jekk hix għaddejja investigazzjoni fil-pulizija sabiex jiġi stabilit jekk l-uffiċjali prosekuturi mexxewx skond dmirijiethom il-proċeduri min-naħa tagħhom? Jikkonferma l-Ministru li l-vittmi ta' dan ir-reat qatt ma ttellgħu l-qorti mill-prosekuzzjoni biex jixhdu? Jikkonferma li l-uffiċjali prosekuturi lanqas biss ressqu bħala provi dikjarazzjonijiet ġuramentati min-naħa ta' dawk akkużati li fihom jammettu l-involviment tagħhom f'dawn l-inċidenti? Jikkonferma li minkejja li kellha l-filmat ta' l-inċidenti, il-pulizija lanqas dawn ma ressqet bħala provi? Qed jiġi stabilit jekk kienx hemm nuqqasijiet min-naħa ta' l-uffiċjali tal-pulizija li mexxew il-prosekuzzjoni? Jek jirriżultaw nuqqasijiet, se jittieħdu passi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali msemmija għadhom fi stadju ta` appell. Għaldaqstant ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jikkummenta f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #27227 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Outside Development Zone

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet għal bini tad-djar outside development zone approvati mill-Awtorita' tal-Ippjanar f'dawn l-aħħar tlett (3) snin?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27010 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani fejn wasal l-ilment bl-affidavit li għamel il-bidwi konċernat lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u lill-Avukat tar-Repubblika dwar il-permess tal-PA 02893/01 fl-inħawi ta' Daħlet ix-Xmajjar l-Aħrax tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-25 ta' Gunju, 2001, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar irceviet oggezzjoni kontra l-applikazzjoni PA2893/01, liema applikazzjoni tirreferi ghall-'access improvement to diving site'. L-oggezzjoni tinghata l-kunsiderazzjoni xierqa matul il-process ta' l-applikazzjoni skond il-procedura stabbilita. Infurmat ukoll illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma rcieva ebda ilment b'affidavit dwar l-imsemmija applikazzjoni.
Leg 9 PQ #27096 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Kalkara - Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Villa Portelli fil-Kalkara tingħata, jew ingħatatx diġa', b'kera jew b'ċens jew b'xiri? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħatat u b'liema kundizzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Hemm decizjoni sabiex Villa Portelli fil-Kalkara tinghata lill-Kunsill Malti ghall-Arti, Xjenza u Teknologija (MCAST) b'titolu minn sena ghal sena.
Leg 9 PQ #27112 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qed isir tkabbir ta' ton fl-ibħra territorjali Malti mingħajr il-permess meħtieġ ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Hemm sit wiehed permess ghat-tkabbir ta' tonn, li jinsab 'il barra minn San Pawl il-Bahar. Hemm ukoll fl'ibhra territorjali tragitt ta' gagga li tintuza fl-akwakultura li jehtigielha xi tiswija ta' hsarat ikkagunati mill-maltemp. Saret talba ghal post temporanju sabiex tissewwa l-gagga, liema talba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar accettat sakemm ix-xoghol fuqha isir kif specifikat mill-Awtorita` Marittima.
Leg 9 PQ #27117 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Petrol Stations

Question

Jista' l-Ministru jgħidli jekk petrol stations li ma jgħatux servizz awtomatiku wara l-ħin, imma jingħata servizz permess ta' attendant fil-petrol station wara l-ħin ikunu qed jiksru il-liġi jew xi regolamenti? Jista' jgħidli jekk petrol station li tagħti servizz awtomatiku wara l-ħin permess ta' ħlas awtomatiku tkunx qed tikser xi liġi jew xi regolament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-hinijiet tal-ftuh tal-petrol stations huwa regolat b'Kapitolu 155 tal-Ligijiet ta' Malta.
Leg 9 PQ #27120 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ kien hemm quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u wara li intalbet reconsideration inħareġ il-permess minn kemm ila mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sal-lum? Jista' l-Ministru jgħati wkoll in-numru tal-file u min kien l-applikant?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta giet imwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien hemm 11,272 applikazzjoni li gew rifjutati. Minn dawn l-applikazzjonijiet 1,586 applikazzjoni kellhom rikonsiderazzjoni li giet approvata. It-tabella annessa turi n-numru ta' l-applikazzjoni kif kien mitlub. Ma jidhirlix illi ghandi naghti ukoll l-isem ta' l-applikant.
Leg 9 PQ #27122 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-permess ħareġ deemed approved mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn kemm ila mwaqqfa sal-lum? Jista' l-Ministru jgħati l-file number u flimkien mal-lokalita? Meta ġew approvati?

Response (BORG, TONIO)

Kull applikazzjoni li jinhareg permess ghaliha tigi ppublikata fuq agenda u diskussa waqt il-Bord tal-Kontroll ta' l-izvilupp skond il-policies tal-Pjan ta' Struttura avolja ikun hemm kaz ta' deemed approved minhabba li jkun ghadda z-zmien stipulat. Ma tinzammx statistika tal-kazi fejn l-applikant jippretendi li l-applikazzjoni tieghu tkun deemed approved.
Leg 9 PQ #27131 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Grand Harbour Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal it-tfassil tal-local plan tal-grand harbour area? Meta nbeda dan il-proċess u meta huwa maħsub li jiġi konkluzi?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir qieghed ghand il-Gvern ghal l-approvazzjoni. Fl-1994 inbeda l-ewwel xoghol fuq il-Pjan. Fl-1997 hareg ghall-konsultazzjoni pubblika u fl-1998 kien approvat mill-Awtorita` u kien mghoddi lill-Gvern f'Novembru 1998. F'Ottubru ta' l-1999 il-Gvern ta ir-risposta tieghu ghall-Pjan u f'April ta' l-2000 l-Awtorita` tat ir-risposta taghha. Wara dan saru diversi laqghat biex ikun inkorporat it-tibdil mitlub mill-Gvern. Dan ix-xoghol kien konkluz f'April ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #27134 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-local plan hemm maħsub li jiġi konkluż mill-Awtorita' tal-Ippjanar? Dwar liema nħawi u meta huwa t-target dates biex dawn jiġu konklużi?

Response (BORG, TONIO)

Hemm mahsuba sebgha pjani lokali li jkopru it-territorju Malti u Ghawdxi. Dawn huma: Il-Pjan tal-Bajja ta' Marsaxlokk Dan ilu approvat minn Mejju ta' l-1995 Il-Pjan tal-Port il-Kbir Dan qieghed ghand il-Gvern ghall-approvazzjoni Il-Pjan ghal Portijiet tat-Tramuntana Dan qed isir it-tibdil mehtieg wara l-konsultazzjoni pubblika Il-Pjan ghal Majjistral ta' Malta Dan wasal biex johrog ghall-konsultazzjoni pubblika f'Lulju Il-Pjan Lokali ghal Ghawdex Dan huwa fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jkun ipprezentat lil Bord ta' l-Awtorita' lejn tmiem Ottubru ta' din is-sena biex immedjatament wara tkun tista' issir l-konsultazzjoni pubblika. Il-Pjan Lokali ghac-Centru ta' Malta Huwa mahsub li dan ikun ipprezentat lill-Bord ta' l-Awtorita' lejn tmiem Novembru ta' din is-sena biex immedjatament wara tkun tista' issir il-konsultazzjoni pubblika. Il-Pjan Lokali ghan-Nofsinhar ta' Malta Ix-xoghol fuq dan il-Pjan inbeda. Ingabret hafna informazzjoni mehtiega ghal Pjan u huwa mahsub li l-Pjan ikun ipprezentat lill-Bord ta' l-Awtorita` qabel tmiem is-sena.