Jista’ il-Ministru jgħid mid-Lm29 miljun li matul din is-sena se tagħti Malta lill-Unjoni Ewropea, kemm minnhom se jmorru ghall-aġenziji ta’ l-abort jew li jiffavorixxi l-abort f’pajjizi li għadhom mhux żviluppati, jigifieri developing countries?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern Malti m'għandu l-ebda informazzjoni li fondi ta' l-Unjoni Ewropea jingħataw lill-aġenziji ta' l-abort jew li jiffavorixxu l-abort. B'mod ġenerali, il-kontribuzzjonijiet ta' kull pajjiż membru jintużaw biex jiffinanzjaw il-budget ta' l-Unjoni globalment u mhux għal xi għan partikolari.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (BORG, JOE)
Ma hemm ebda awtoritajiet regolaturi jew entitajiet pubbliċi oħra li tirreferi għalihom il-Mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi.
European arrest warrant — Kopja uffiċjali tat-test
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tat-test tal-European arrest warrant? Jidhirlu li għandu jaġġunġi ċerti riservi fuq l-istess?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentai Numru 3920, fejn tlabtu jindirizza l-mistoqsija tiegħu dwar il-European warrant of arrest lill-Ministru konċernat.
Malta ingħaqdet mal-EU BAN fuq l-importazzjoni ta' poultry products mis-South Korea, il-Ġappun, il-Vietnam u t-Tajlandja minħabba li ġew skoperti każi ta' bird flu fin-nies ġewwa t-Tajlandja?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-ambaxxata Maltija f'Pariġi sselfet mera antika ta' stil barocco mill-Mużew Nazzjonali ta' Malta? Jista' jgħid jekk din il-mera hix imniżżla fl-inventarju tal-ambaxxata? Din il-mera għadha fil-bini tal-ambaxxata Maltija f'Pariġi?
Response (BORG, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fis-Seduta numru 94 mill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3949 magħmula mill-Onorevoli Leo Brincat, nixtieq nżid li l-mera antika ta' stil Rococo ġiet mislufa lill-Ambaxxata Maltija f'Pariġi fid-29 ta' Marzu 1989.
Il-mera in kwistjoni ġiet trasferita mill-Ambaxxata għar-residenza uffiċċjali ta' l-Ambaxxatur ta' Malta f'Pariġi fis-sena 2000 ġaladarba nħass li tkun iżjed tixraq u f'lokha fir-residenza uffiċċjali milli fl-ambaxxata. Għaldaqstant din il-mera illum tinsab fir-residenza uffiċċjali ta' l-Ambaxxatur ta' Malta f'Pariġi u tidher fuq l-inventarju ta' l-istess residenza.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern ippreżentax in-nomina tiegħu għal dak li kien jissejjaħ il-Qorti tal-Awdituri ġewwa Brussel? Jista' il-Ministru jgħid min hi l-persuna indikata?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jiddeċiedi fuq din in-nomina u jippreżentaha meta jkun il-waqt.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3874 u cioe' jgħid x'passi ħa l-gvern s'issa biex l-aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri u li se tibda taħdem sena oħra tiġi stabbilita f'Malta peress li pajjiżi oħra, fosthom il-Polonja, diġa' bdew il-pressjoni tagħhom mal-Presidenza Irlandiża biex jieħdu huma din l-aġenzija?
Response (BORG, JOE)
M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onorevoli Membru għall-Mistoqsija Parlamentari 3874 fis-seduta tas-26 ta' Jannar 2004, ġaladarba il-Mistoqsija tirrigwarda materja li hija tal-Ministeru ta' l-Intern.
Jista' il-Ministru jgħid meta ġie ffirmat l-ewwel darba t-trattat ma' l-Italja li jikkonċerna d-difiża Maltija u l-għajnuna finanzjarja?
Jista' jesibixxi kopja tat-trattat fuq il-mejda tal-Kamra jew jagħti spjega qasira ta' kif Malta kellha tuża l-finanzi mgħoddija?
Jistaż jgħid kemm irċeviet flus Malta mill-Italja fl-aħħar ħames snin?
Response (BORG, JOE)
L-ewwel trattat ma' l-Italja li jikkonċerna d-difiża u l-għajnuna finanzjarja kien ġie ffirmat fil-15 ta' Settembru tal-1980 taħt forma ta' Dikjarazzjoni mill-Italja u oħra minn Malta flimkien ma protokoll rigwardanti assistenza finanzjarja, ekonomika u teknika bejn iż-żewġ pajjiżi li kienu ġew skambjati permezz ta' Noti diplomatiċi li bis-saħħa tagħhom id-dikjarazzjonijiet u l-protokoll ġew fis-seħħ fit-8 ta' Mejju tal-1981.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn id-dokumenti, liema dokumenti huma fil-fatt pubbliċi.
Matul l-1999 u 2000 kien għadu qed jiddekorri r-Raba Protokoll Finanzjarju, u Malta bbenefikat b'kemm jiswew LM9.5 miljun fis-sena 1999 u LM9.12 miljun fis-sena 2000. Kif l-Onorevoli Interpellant jaf, il-Protokoll finanzjarju attwali (cioe' il-Ħames Protokoll) daħal fis-seħħ fil-5 ta' Jannar ta' din is-sena u jipprovdi b'kemm tiswa 75 miljun Ewro f'għajnuna għas-snin 2003 sa 2005.
Jista' il-Ministru jgħid il-protokoll Taljan li għadu kif ġie fis-seħħ, fiex se jgħin lis-settur tas-saħħa f'Malta?
Response (BORG, JOE)
Kif diġa' kelli okkażżjoni ninforma lil din il-Kamra, il-Ħames Protokoll dwar l-Assistenza Finanzjarja, Ekonomika u Teknika bejn Malta u l-Italja jelenka lista ta' 13-il proġett li għandhom jitwettqu f'Malta bl-għajnuna tal-Gvern Taljan.
Tlieta minn dawn il-proġetti jikkonċernaw il-qasam tas-saħħa u cioe', l-istallazzjoni ta' tagħmir mediku u servizzi oħra fl-isptar Mater Dei, l-akkwist ta' sistema informatika għall-istess sptar u proġett ta' riċerka fil-qasam tas-saħħa u inkapaċita' mentali.
Billi l-Ministru ċaħad li l-ambaxxatur ta' Tuneż jista' ikun responsabbli għall-organizzazzjoni tas-summit tal-commonwealth, iċ-CHOGM, jista' jikkonferma jekk din l-istess persuna għamlitx talba simili f'dan ir-rigward lill-ministeru tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru informani illi huwa ma rċieva ebda talba mingħand l-Ambaxxatur Malti f'Tuneż sabiex ikun involut fl-organiżżazzjoni tal-Konferenza tal-Commonwealth, iċ-CHOGM, is-sena d-dieħla f'Malta.
Ma neskludix pero' il-possibilita' li l-istesss Ambaxxatur seta esprima x-xewqa li jkun involut fl-organiżżazzjoni ta' din il-Konferenza.
Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata ta' ambaxxaturi akkreditati għal Malta u jindika liema huma dawk residenti f'Malta u ambaxxaturi Maltin għal pajjiżi esteri u min minnhom jirrisjedi barra minn Malta?
Response (BORG, JOE)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jisa' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni ta' l-awtoritajiet Maltin għas-suġġeriment tal-president Taljan li għandna nikkonsidraw biex naddottaw il-lingwa Taljana bħala t-tielet lingwa nazzjonali u uffiċjali ta' pajjiżna?
Response (BORG, JOE)
Nifhem li l-President Taljan għamel ir-rimarki tiegħu biex jenfasiżża hu wkoll il-viċinanza kulturali taż-żewġ popli u għalhekk ħadd m'għandu ħsieb li Malta jkollha xi lingwa uffiċċjali oħra.
Żjarat f'Malta — Personalitajiet u Politiċi Barranin
Question
Xi żjarat minn personalitajiet u politiċi barranin hemm ikkonfermati s'issa għas-sena 2004? X'inhuma id-dati?
Response (BORG, JOE)
Attwalment hemm numru sostanzjali ta' viżiti importanti li huma pendenti, pero' dawk li ġew ikkonfermati sa llum huma kif ġej:
FRAR
16 - 18 Żjara Statali mill-President tal-Latvja;
19 - 20 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Neil Kinnock;
23 - 24 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Frits Bolkenstein;
24 Żjara mill-Kanċillier Tedesk Gerhard Schroeder;
MARZU
08 - 10 Żjara Statali mill-President tal-Polonja;
APRIL
01 - 02 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Anna Diamantopoulos;
MEJJU
13 Żjara Uffiċċjali mill-Prim Ministru Irlandiż.
Voice of the Mediterranean — Medjazzjoni tal-E.T. il-President ta' Malta
Question
X'kien l-eżitu tal-medjazzjoni tal-E.T. il-President ta' Malta fil-każ tal- Voice of the Mediterranean li għaliha saret referenza fil-media lokali il ġimagħa li għaddiet?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat illi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-Voice of the Mediterranean sa issa għadha ma nbidlitx minn dik li hi magħrufa pubblikament.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern s'issa biex l-aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri u li se tibda taħdem sena oħra tiġi stabbilita f'Malta peress li pajjiżi oħra, fosthom il-Polonja, diġa' bdew il-pressjoni tagħhom mal-Presidenza Irlandiża biex jieħdu huma din l-aġenzija?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fir-rigward ta' l-inċident tal-bastiment Erica, jista' il-Ministru jgħid, fiċ-ċirkostanzi, l-attitudni tal-maġistratura Franċiża u l-ordnijiet konsegwenzjali li jikkonċernaw l-istat Malti humiex ultra vires għax jattraċċaw fuq is-sovranita' ta' l-istat Malti?
X'passi diplomatiċi qed jieħu l-gvern f'dan is-sens?
Response (BORG, JOE)
Il-pożizzjoni legali tal-Gvern Malti fil-konfront tal-proċeduri ġudizzjarji Franċiżi konnessi ma' dan il-każ hija li l-Awtorita' Marittima Maltija, bħala organu ta' l-Istat Malti u l-Uffiċċjali tagħha bħala uffiċċjali ta' l-Istat Malti, igawdu mill-immunita' sovrana ta' l-Istat Malti u allura ma' jistgħux jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qrati Franċiżi.
Din il-pożizzjoni twasslet lill-Awtoritajiet Franċiżi ukoll permezz ta' meżżi diplomatiċi.
Jidhirlu l-Ministru li l-European warrant of arrest jista', f'ċerti ċirkostanzi, jinterferixxi fuq is-sovranita' ta' l-istat Malti?
Jidhirlu konsegwenzjalment li qabel ma jirratifika tali trattat għandu jaġġunġi ċerti riservi?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-ambaxxatur preżenti ta' Tuneż wara li jispiċċa minn ambaxxatur se jinħatar chief organiser tal-commonwealth heads of government meeting li se ssir f'pajjiżna?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni li qed jagħti l-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu hija ġdida għalija, u għaldaqstant nitolbu jikkjarifika l-informazzjoni li għandu u jistaqsi lis-sors tiegħu minn fejn ġab din l-informazzjoni, għax jidher li dan is-sors jaf ċertu affarijiet li lanqas il-Ministeru tiegħi ma jaf bihom.
Il-gvern kemm għandu talbiet pendenti għal żjarat ġodda minn vapuri tal-gwerra matul din is-sena? Meta mistennija jseħħu?
Response (BORG, JOE)
Il-Ministeru tiegħi sa llum ħareġ l-awtoriżżazzjonijiet meħtieġa minnu għal żjarat ta' ħames vapuri navali li mistennija jiġu Malta min issa sa l-aħħar ta' Frar 2004.