Legislature:
Category:
Reset
Active:

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi, mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għall-pożizzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Turiżmu u Kultura — Gazzetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteri tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nies fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fid-dekasteri tiegħu li huma ntitolati għall-gazzetti kuljum. Din it-tabella turi kemm kienet in-nefqa fuq il-ġurnali xahar b'xahar matul is-snin 2004 u 2005. Il-gazzetti fil-biċċa l-kbira tagħhom jinxtraw bħala settijiet jiġifieri l-ġurnali kollha li joħorġu kuljum kif ukoll il-Ħdud.

Turiżmu u Kultura — Kumpanniji privati tat-tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u d-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Turiżmu u Kultura — Call for applications

Question

Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu ħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Niċħad.

Turiżmu u Kultura — Call for applications

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul l-2004 u l-2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment, f'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma ssirx sejħa għall-karigi ta' Segretarji Permanenti. Is-sejħiet għall-karigi ta' Direttur Ġenerali u Diretturi ma joħorġux mid-dipartiment konċernat iżda mill-MPO fl-uffiċju tal-Prim Ministru. Id-dipartiment ħareġ call for application għall-Assistent Direttur matul is-sena 2004. Nikkonferma li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment.
Leg 10 PQ #16365 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Malta Shipyards — Servizzi ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni - 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-MTA? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fuq l-istess suġġett fil-Mistoqsija Parlamentari 14904.
Leg 10 PQ #16367 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn lukandi llum f'Malta u Għawdex maqsuma skond il-kategorija li huma fiha? Kemm hawn sodod f'dawn il-lukandi maqsuma skond il-kategorija li huma fiha? Kemm għalqu lukandi matul is-sena 2005, f'liema kategorija kienu fiha u l-ismijiet tal-lukandi li għalqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Malta u f'Għawdex hawn 192 lukandi, aparthotels, guest houses u hostels b'total ta' 39,431 sodda fil-kategorji u bis-sodod kif jidhru fit-tabella 'A'. Matul l-2005 għalqu 8 lukandi u guest houses b'1624 sodda (tabella 'B'). Fl-istess sena fetħu 4 lukandi b'1330 sodda (tabella 'C'). B'hekk fl-2005 pratikament żammejna n-numru ta' sodod li kellna fl-2004 meta kellna 39,770 (tabella 'D'). Fl-2006 mistennija jiftħu wkoll 3 lukandi ġodda u extension b'total ta' 1770 sodda, kollha fil-kategorija 5 star. Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra tabelli li juru dettaljatament l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #16448 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi — Party

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm irriżulta li marru żgħażagħ li ħallsu biljetti tad-dħul għall-party ta' l-aħħar/bidu tas-sena 2005/2006 f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u jinvestiga jekk sarx xi tentattiv biex jiġu mbagħbsa dokumenti/tagħrif suppost miżmum għal skop ta' taxxi biex jitnaqqas l-għadd ta' żgħażagħ li fil-fatt marru għall-party?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward għadd ta' attendenza hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li kien hemm preżenti uffiċjali tal-VAT Department mal-bibien tad-dħul waqt l-attività.
Leg 10 PQ #16451 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi — Party

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm tbagħbis bix-xorb alkoħoliku li tqassam fil-party ta' l-aħħar/bidu tas-sena 2005/2006 li sar għaż-żgħażagħ f'Dar il-Mediterranan għall-Konferenzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi in vista tal-fatt li din l-attività ma kinitx organizzata minn Dar il-Mediterran għal Konferenzi iżda ġewwa Dar il-Mediterran, il-Bord tat-Tmexxija ma kienx responsabbli għax-xorb li tqassam. Nassumi li dan huwa punt, fost oħrajn, li daħlet fih l-inkjesta maġisterjali li għaddejja fuq dan il-każ.
Leg 10 PQ #16456 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi — Party

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu miċ-ċentru għall-Konferenzi fil-Mediterran biex jiżgura s-saħħa u s-sigurta' ta' dawk li attendew għall-party ta' l-aħħar/bidu tas-sena 2005/2006 li ġie organizzat fil-post għaż-żgħażagħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-passi li ttieħdu minn Dar il-Mediterran sabiex jisguraw is-saħħa u s-sigurta’ ta’ dawk li attendew għall-attivita’ kienu varji. Qed nelenka uħud minn dawn il-miżuri: 1. Ġie impost fuq l-organizzaturi li jkollhom numru ta’ uffiċjali tas-sigurta’ oltre il-pulizija. Fil-fatt kien hemm 47 uffiċjal tas-sigurta’ 2. Ġie impost fuq l-organizzaturi li jippreżentaw pjanta ta’ perit kif kienu ser jagħmlu użu mill-post 3. Ġie impost fuq l-organizzaturi li jħallu l-passaġġi liberi u l-bibien kollha miftuħin bl-għassa magħhom 4. Ġie impost fuq l-organizzaturi li jtellgħu sinjali direzzjonali fuq fejn kienu l-affarijiet 5. Ġew projbiti milli jużaw nar jew xemgħat 6. Ġew projbiti milli jagħmlu użu minn materjal li jieħu n-nar (waste combustible materials) 7. Ġew projbiti milli jqasmu affarijiet tal-hġieġ jew tal-ħadid 8. Tneħħew il-bibien kollha ta’ l-alcoves fil-post 9. Ġew obligati jilbsu identification tags 10. Ġew mitluba jippreżentaw rapport ta’ perit dwar l-istrutturi li ttellgħu 11. Ġew mitluba jippreżentaw rapport ta’ perit dwar d-dawl li ttella’ 12. Ġew mitluba jippreżentaw rapport ta’ health and safety procedures 13. Kellhom limitu ta’ nies li setgħu jdaħħlu fil-post 14. Ġew obligati li jkollhom persuni responsabbli ma’ kull cloakroom u toilets 15. Ġew obligati jattrezzaw kamra medika għal li seta’ jinqala’ 16. Ġew obligati li jkollhom persuni mharrġa għal din il-kamra – kellhom tnax-il persuna 17. Kellhom jinfurmaw lill-pulizija sabiex ikunu preżenti membri tad-drug squad
Leg 10 PQ #16059 Sitting 339 2006-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran — Trakkijiet tal-ħatt

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivita', għaliex qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; blukkar ta' l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi; u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjaħ ambulanza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li napprezza b’sodisfazzjon li l-Onor Interpellant innota anki d-dettalji ż-żgħar iżda importanti tar-restawr li qed isir fid-Dar il-Mediterran għal Konferenzi u l-madwar tiegħu, nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ġbidt l-attenzjoni tat-tmexxija ta’ Dar il-Mediterran dwar il-fatti li semma sabiex jiġi minimizzat sakemm possibbli l-inkonvenjent għar-residenti ta’ l-inħawi.

Turiżmu u Kultura — Petrol allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih: Is-segretarju permanenti; Id-direttur ġenerali; Id-diretturi; L-assistent personali tiegħu; u Is-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Segretarju Permanenti, id-Direttur kif ukoll is-Segretarju Privat huma ntitolati skond il-kuntratt għall-fully expensed car. Għaldaqstant f'dawn il-każi ma hemmx limitu stabbilit. Il-kariga ta' Direttur Ġenerali, ma teżistix fil-Ministeru filwaqt li l-kariga ta' Assistent Personali hi vakanti. Qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq il-petrol xahar b'xahar tal-karigi msemmija.

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qed jintużaw, min awtorizza t-tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm tmien mobile phones użati mill-membri ta’ l-istaff tas-Segretarjat tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Erbgħa minn dawn huma skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt kif jidher fid-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats”. Hemm tlett uffiċjali oħra li, minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, għandhom mobile phone b’ ceiling ta’ Lm 350 fis-sena. Skond il-proċedura f’każi bħal dawn, l-awtorizzazzjoni ngħatat mis-Segretarju Permanenti. Il- mobile phone l-ieħor jagħmlu użu minnu ż-żewġ xufiera tiegħi. Ta’ min iżid li dan it- telephone hu limitat fin-numri li jista’ jaqbad u għandu ceiling ta’ Lm 350 fis-sena.

Turiżmu u Kultura — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteri tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' renumerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor .interpellant.

Turiżmu u Kultura — Impjegati li qed jiġu sponsored

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni? Xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm żewġ persuni li huma impjegati ma' Heritage Malta li qed jiġu sponsorjati fl-istudji tagħhom. Heritage Malta onorat commitment li kien hemm miċ-Ċentru Malti għar-Restawr li jisponsorja l-MBA mill-Universita ta’ Leicester tal-Manager Programme Administration li dak iż-żmien kien Deputat Direttur taċ-Ċentru. L-ispiża hija ta’ madwar 6000 lira sterlina mifruxa fuq sentejn. L-ispiża llum tiġi awtorizzata minn Heritage Malta. It-Training Coordinator fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani qed jiġi sponsorjat għad-Diploma fir-Riżorsi Umani mill-Universita ta’ Leicester. L-ispiża titla għal madwar 700 lira sterlina.

Turiżmu u Kultura — Uniformijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda membru mill-istaff privat tiegħi li ngħata xi uniformi jew ħlas għal xi uniformi għall-perjodu msemmi.

Turiżmu u Kultura — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u fid-dekasteru li jaqgħu taħtu, li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor .interpellant.
Leg 10 PQ #16175 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkalkolata l-ħsara li saret minn Where's Everybody lill-floor panelling tal-Mediterranean Conference centre theatre mill-ilma li ntuża waqt ix-show tal-ftuh taċ-CHOGM? Jekk iva, x'kien l-ammont tal-ħsara? Min ser iħallas għad-danni li sofriet il-Mediterranean conference centre?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sabiex ġiet rimedjata temporanjament il-floor panelling tħallsu Lm150 plus VAT. Dwar ħsarat aktar dettaljati, għadu qed isir rapport. Kull min jaħdem ġewwa l-MCC irid ikun kopert b’polza ta’ assikurazzjoni u dan skond ir-regoli tal-MCC stess.

Turiżmu u Kultura — Użu tal-Melita Cable

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mpjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Fil-każ li fl-affermattiv, min huma u kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati fid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura li jagħmlu użu mis-servizz tal-Melita Cable huma kif ġej: Entita’ Min qed jagħmel użu mis-servizz Nefqa 2004 (Lm) Nefqa 2005 (Lm) MTA Executive Chairman Director – Marketing & Sales Senior Manager – Corporate Communications & Business Development 167 133.60 (sa Sett. 05) Mediterranean Conference Centre Security Staff 85.56 85.56

Turiżmu u Kultura — Private staff

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u identity cards tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-istaff complement tas-Segretarjat Privat tiegħi u l-kundizzjoniet tax-xogħol tagħhom huwa skond id-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” li kopja tiegħu kienet tqiegħdet fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra. Ma nħossx li f’dan l-istadju għandi nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant.