Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-warrant tal-periti? X'inhi l-policy tal-bord tal-warrant tal-periti dwar periti li qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-membri tal-Bord huma s-segwenti:
Dr Ramon Rossignaud Chairman
Perit David P Pace Membru
Perit Joseph P Falzon Membru
Perit Anthony Muscat Membru
Perit Paul Camilleri Membru
Perit Lawrence Mintoff Membru
Perit Anton Valentino Membru
Jien infurmat li l-policy tal-Bord hi li r-responsabilta’ professjonali ta’ Perit hi waħda personali, u għalhekk s-servizz ta’ Perit ma jistax jingħata minn Limited Liability Company. Billi din għandha personalita’ ġuridika distinta’ mill-azzjonisti, u hi Limited Liability, r-responsabilta’ personali ta’ Perit fl-e¿erċizzju tal-professjoni tiegħu ma tistax tkun Limited.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Med Design Consultants Ltd. hijiex reġistrata mal-bord tal-warrant tal-periti? Minn min hi ffurmata Med Design Consultants? Jista' jgħid jekk din hijiex reġistrata bħala kumpannija jew bħala professional partnership jew it-tnejn? Jista' jgħid meta sar dan ir-reġistrar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ebda Limited Liability Company ma tista’ tiġi reġistrata fl-imsemmi reġistru.
Ma jirrizultax li l-Med Design Consultants Ltd. hi reġistrata bħala Partnership ta’ Periti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq ix-xogħol fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Meta se jinbeda x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta' tibdil ta' balavostri fi Pjazza Santa Margerita. Dan ix-xogħol mistenni jiddaħħal fil-programm tax-xoghol tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jinformani bil-konklużjonijiet tal-MRA għall-preżentazzjoni tas-CD tal-Malta Labour Party dwar "Rural water policy for the future" li ġiet preżentata u komunikata f'seminar li riċentement organizzat l-MRA fil-Qawra, San Pawl il-Baħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi ħadet nota tal-kontenut tas-CD ikkomunikat mill-Malta Labour Party fil-Workshop "A Water Policy for the Future" li l-Awtorita' dwar ir-Riżorsi organiżżat fil-Qawra f'Marzu li għadda.
L-Awtorita' minn dejjem tirrakkomanda l-manteniment tal-widien fi stat nadif, sabiex tiżdied il-possibbilta' ta' infiltrazzjoni ta' l-ilma tax-xita fil-pjan u jonqos it-tniġġis fl-acquifer.
L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi inkludiet il-kummenti ta' l-istakeholders kollha f'dokument
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar fil-wied ta' Ħal Qormi u l-Marsa biex tingħeleb il-problema ta' l-għargħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol li sar sabiex tittaffa l-problema ta' l-għargħar fil-Marsa u Ħal Qormi kien ikkonċentrat minn Triq Manuel Dimech sa Triq Aldo Moro. Dan kien jikkonsisti fi:-
twessiegħ tal-kanal eżistenti bejn in-Nylon Knitting u l-Lowenbrau (Qormi) u bini ta' ħitan ġodda bi blokki tal-franka;
twessiegħ tal-kanal eżistenti u bini ta' ċint ta' retenzjoni b'talut minn Triq l-Iljun sa Triq Aldo Moro (Marsa), b'kollox tul ta' 1.4km;
invellar tal-qiegħ tal-kanal u formazzjoni bil-konkos bil-qlib;
twaqqiegħ ta' żewġ pontijiet u bini mill-ġdid bi strutturi ta' tnax il-metru u nofs dawl sabiex jaqblu mal-wisa' l-ġdida tal-kanal;
tindif tad-
ditch
mal-Marsa Sports Club, mill-Golf Club sa quddiem il-fabrika tas-sulfarini;
kif ukoll katusi sabiex joħroġ l-ilma li jinżel minn Ħal Luqa għal fejn iċ-ċimiterju tat-Torok.
Apparti x-xogħol f'dawn l-inħawi, sar ukoll xogħol ta' tindif f'Wied is-Sewda kollu nklużi żewġ retenzjonijiet u tindif tal-parti l-kbira minn Wied il-Kbir, kif ukoll tindif estensiv f'Wied iċ-Ċawsli.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar u x'xogħol hemm ippjanat fil-Wied ta' Ħ'Attard?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ippjanat fil-Wied ta' Ħ'Attard huwa dak it-tul bejn Ta' Qali u Wied Inċita. Dan ix-xogħol jikkonsisti fi:-
tindif tal-mina taħt Mdina Road fejn il-Wied Irmiedi jferra' għal ġewwa Wied Inċita. Dan isir permezz ta' qtugħ ta' blat;
twaqqiegh tal-pont fi Triq il-Linja u bini mill-ġdid ta' pont ieħor bi tmien metri wisa';
tħammil tal-wied minn irdim illegali u depożiti oħra li akkumulaw matul iż-żmien f'diversi postijiet sabiex dan jinfetaħ mill-ġdid;
bini ta' retenzjoni fejn hemm bżonn.
Dan ix-xogħol sejjer jinbeda wara li jiġi komplut ix-xogħol tal-Marsa u ser jifforma parti mill-programm ta' xogħol tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-ħajt tas-sejjieħ fi Triq il-Mitħna, fil-parti li tagħti għal Triq Durumblatt, Mosta, hux fil-ħsieb li jiġi rranġat peress li huwa ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali konċernat u mhux taħt dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf jew jingħalaq il-bini li hemm maġemb il-bus terminus tas-71 f'Birkirkara għaliex hemm ħafna żibel fih u jagħmel ikrah minbarra li jista' jikkaġuna problemi ta' saħħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li l-bini msemmi hu dar privata mitluqa. Madanakollu, is-Sezzjoni tad-Tindif ser tindaga dwar is-sidien ħalli jsir ix-xogħol neċessarju.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority għandhiex strateġija nazzjonali dwar l-użu ta' l-enerġija sabiex ikun hemm approach ħolistiku u integrat fl-użu ta' l-enerġija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li jeżisti abbozz avvanzat ta' l-Energy Policy. Dan huwa bbażat fuq l-obbligi ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.
Malta Resources Authority — Produzzjoni ta' bio-gas
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority qattx ikkonsidrat il-produzzjoni ta' bio-gas mill-manure li jiġi prodott mill-irziezet, speċjalment dawk tat-tiġieġ u tal-baqar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda fil-proċess li tikkunsidra l-produzzjoni u l-użu tal-biogas f'kuntest tad-Direttiva 2003/30/EC ta' l-Unjoni Ewropea. Hu maħsub li sa l-aħħar ta' din is-sena, il-provedimenti ta' din id-Direttiva jkunu parti mill-liġi Maltija.
Enerġija elettrika għal produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb
Question
Jista' il-Ministru jew il-Malta Resources Authority jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika li pajjiżna juża sabiex jipproduċu l-ilma tax-xorb (f'termini ta' ratio jew proporzjon)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li skond ir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma 2003, l-ammont ta' enerġija elettrika wżata fis-sena 2002 - 2003 għall-produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma hija kif ġej:-
ilma minn impjanti tar-reverse osmosis - 106,412 MWh
ilma tal-pjan (ground water) - 13,219 MWh
Total - 119,631 MWh
Dan it-total jammonta għal madwar 5.9% ta' l-ammont ta' enerġija elettrika distribwita mill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' il-Ministru jew il-Malta Resources Authority jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika użata sabiex jissaħħan l-ilma fir-residenzi, hotels, eċċ f'Malta u Għawdex (f'termini ta' proporzjon jew ratio)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Malta Resources Authority — Wind energy/solar energy
Question
Jogħġbu l-Ministru jispjega x'inhi l-politika tal-Malta Resources Authority dwar l-użu ta' renewable energy, speċjalment fir-rigward ta' wind energy u solar energy?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa favur l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu (renewable energy). Il-Gvern waqqaf l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi bl-Att XXV ta' 2000 u f'Artiklu 4 ta' dan il-Att, l-Awtorita' għandha l-funzjoni li tinkoraġġixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija. Il-Gvern daħħal ukoll fis-seħħ Regolamenti dwar il-Promozzjoni ta' Elettriku ġenerat minn Għejun ta' Enerġija li jiġġeddu (A.L. 186 ta' 2004) u li jaddottaw id-direttiva 2001/77/EC ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority qatt ikkonsidratx is-suġġett ta' land reclamation?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li għalkemm l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi tiġi kkonsultata fuq is-suġġett ta' land reclamation, partikolarment fuq l-użu ta' skart ta' ġebel, l-Awtorita' mhix responsabbli għal din l-attivita'.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinqala' u jibda x-xogħol fuq il-bridge l-antik li hemm faċċata tax-showroom ta' l-Orbit Network skond kif approvat f'Permess ta' Żvilupp PA 458/04 u PA 3677/98 sabiex tiżdied arkata oħra għall-ilma ta' l-għargħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li ngħatat għad-domnda parlamentari Nru. 6277.
F'dik ir-risposta kien intqal ċar li l-arkata, skew arch, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru mhix ser tintmess minħabba l-valur stroriku tagħha.
Ix-xogħol f'dawn l-inħawi ta' Ħal Qormi jifformaw parti minn pjan komprensiv ta' titjib f'miżuri ta' kontroll kontra l-għargħar għall-inħawi, iżda x-xogħol li sar u qed isir bħalissa tqies li hu ta' prijorita' akbar.
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li kull proġett ta' tisbiħ jew titjib sewa lill-gvern din is-sena lokalita' b'lokalita'? Liema huma dawk il-lokalitajiet li bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? F'kull każ, minn liema dipartiment jew entita' huma l-ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-nefqa ta' flus fuq proġetti ta' tisbiħ jew titjib matul din is-sena huma stmati li swew kif jidher fil-lista ta' hawn taħt:-
Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, Valletta Lm250,000
Dawret il-Gżejjer, Buġibba Lm275,000
Bajja ta' San Tumas, Marsascala Lm 45,000
Paceville Lm800,000
Proġett tax-Xarolla, Żurrieq Lm 90,000
Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, overtime, xogħol tal-MSD u pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti.
Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti:-
Ċentru tar-Raħal, Ħal Safi
Xogħol ta' pavimentar fl-Imdina
It-tieni fażi tal-proġett tal-pjazza tal-Mellieħa
Xogħol ta' tisbiħ f'Misraħ Paolino Vassallo, Bormla
Il-ħaddiema li qed jaħdmu f'dawn il-proġetti huma mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Fil-każ tal-proġett ta' l-Imdina hemm ukoll ħaddiema tal-kuntrattur privat involuti fit-tqegħid tal-pavimentar.
Jista' il-Ministru jinformani fiex waslet is-slipway immarkata biex issir f'Pembroke? Jekk hemm diffikultajiet f'dan is-sit magħżul, hemm sit alternattiv? Meta hemm il-ħsieb li ssir din is-slipway? Jekk issir, huwa l-gvern li se joħroġ il-flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li x-xogħol/proġett indikat jeħtieġ permess mill-MEPA, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitnaddaf il-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa (faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau)? Jista' jgħid jekk dan it-tindif huwiex isir regolarment mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi fi ħdan il-ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau, jaqa' fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Marsa. Nixtieq inżid li ħafna drabi d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa jkollu jagħmel tindif ta' dan il-post peress li jirċievi diversi lmenti dwar rimi ta' skart illegali.