Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' Marittima ta' Malta — Irmiġġi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm kien l-introjtu tal-Malta Maritime Authority mill-irmiġġi fis-sena 2003 u din is-sena (s'issa)? Kemm għandha arretrati ta' ħlas ta' irmiġġi din l-awtorita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-introjtu mill-irmiġġi u arretrati għal ħlas ta' rmiġġi huwa dan: Dħul Sena 2003 Dħul Sena 2004 Arretrati (Jannar - Settembru) Marina Berths Lm504,472 Lm435,223 Lm119,742 Organised Mooring Plans Lm18,155 Lm16,614 Lm4,795

Kumitat interministerjali

Question

Fid-dawl tal-fatt li qed naqgħu lura fil-kompetittivita', jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li hemm bżonn kumitat interministerjali sabiex jirrevedi l-istrateġiji tagħna dwar riċerka u żvilupp?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li hemm kumitat tal-kabinett dwar il-kompetittivita' li hu presedut mill-Prim Ministru.

Liċenzja tas-Satellita

Question

Ġaladarba l-ħlas tal-liċenzja tas-satellita ġiet abolita, jista' il-Ministru jgħid kemm-il dar ibbenefikaw minn refunds? Kemm-il dar kienet tħallas għal-liċenzja tas-satellita sa l-1 ta' Mejju? Kieku bqajna barra mill-Unjoni Ewropea, dawn il-liċenzji kellhom jibqgħu jitħallsu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawk kollha (madwar 15,000 house hold) li kienu jħallsu l-liċenzja tas-satellita ser jibbenefikaw mill-għoti lura tal-ħlas, jew kollu, inkella parzjali, skond jekk il-liċenzja kienetx tagħlaq qabel jew wara l- 1 ta' Mejju. Huwa stmat li l-ħlas lura ser ilaħħaq madwar Lm300,000.

Vapuri tal-Passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8186 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata kunsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux adattati u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorita` Marittima kif ukoll l-operatur tat-terminal tal-passiġġieri, VISET, dejjem ikkordinaw l-operat tagħhom sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza li tista' tinħoloq meta mall-mollijiet tal-passiġġieri ma jkunx hemm spazju biżżejjed sabiex joqgħodu kemm vapuri tal-passiġġieri kif ukoll dawk tal-gwerra. Meta vapur tal-passiġġieri jkollu jsorġi ma' moll li normalment jintuża għall-vapuri tal-merkanzija dejjem saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-moll jitnaddaf, tiżdied is-sigurta u jsiru arranġamenti għat-trasport tal-passiġġieri. Dan dejjem kien għas-sodisfazzjon ta' l-operaturi tal-vapuri tal-passiġġieri.

Vapuri tal-passiġġieri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li għas-sena d-dieħla hemm prospetti tajbin għal żjajjar fil-Port il-Kbir ta' vapuri tal-passiġġieri, tant li f'ċerti jiem se jkun diffiċli jinstab post fejn jitrakkaw, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex f'dawk il-jiem il-problema ma ssirx iżjed akuta b'xi żjajjar fostna ta' vapuri tal-gwerra li mhijiex l-ewwel darba li ngħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-passiġġieri fl-użu tal-faċilitajiet tal-Port il-Kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8358.

Ministeru għall-Kompetittivita' — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Qormi — Post Kummerċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterju post mikri bħala residenza - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - qed jintuża bħala post kummerċjali u saħansitra tpoġġiet lapida tal-funerali - dettalji dwar l-isem qed jintbagħtu separatament - meta jidher li hemm ukoll applikazzjoni pproċessata quddiem il-MEPA - dettalji dwarha qed jintbagħatu wkoll separatament?.

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-dipartiment ikkonċernat jinvestiga l-ilment ta' l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Kompetittivita' — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7573, jista' il-Ministru jgħid kemm mill-Export Refund li qed iħallas il-Gvern Malti qed tħallas il-UE? Jikkonferma l-Ministru li fil-preżent l-Export Refund huwa madwar Euro 460 kull tunnellata metrika?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sussidju fuq iz-zokkor huwa kollu mħallas mill-Gvern Malti. Ir-rata ta' l-Export Refund fil-preżent hija madwar 422 Euros kull tunellata metrika fuq iz-zokkor abjad raffinat.

Satellite dishes — Impożizzjoni ta' taxxa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern vis-a-vis l-impożizzjoni ta' taxxa fuq is-satellite dishes? X'se tkun il-pożizzjoni ta' min laħaq ħallasha sal-lum wara l-1 ta' Mejju 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bżonn ta' liċenzja fuq riċevituri tas-satellita ġie revokat b'effett mill- 1 ta' Mejju 2004. Dawk li ħallsu l-liċenzja b'effett minn din id-data ser jitħallsu l-flus lura.

Awtorita' Marittima — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hi l-persuna li ġiet promossa għal principal security officer mill-awtorta' marittima fid-19 ta' Settembru 2004? Jista' jgħid xi kwalifiki kellha din il-persuna u jagħti wkoll il-kwalifiki li għandha l-persuna li qed tiġi indikata separatament, li applikat ukoll għal dan il-post? Jista' il-Ministru jgħid min ġie appuntat temporary acting security officer? Jista' jgħid jekk kienx hemm call for applications u xi kwalifiki għandha din il-persuna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kandidati kollha ġew evalwati fuq dawn il-ħames kriterji: 1) Self-presentation 2) Aptitude 3) Education and training 4) Work experience 5) Skills Il-kandidat li ġab l-ogħla grad fuq dawn il-kriterji kollha, mogħtija mill-Board tal-Interview, ġie magħżul. Impjegat ieħor ġie appuntat Temporary Acting Security Officer. Ma kien hemm l-ebda call for applications għal din il-pożizzjoni temporanja. Ta' min isemmi li m'hemm l-ebda provediment fil-ftehim kollettiv rigward pożizzjonijiet ta' natura temporanja.

Pleasure boats — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats fis-sena 2004 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' pleasure boats reġistrati mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu 2004 huma dawn: Small Ships' Register Kategorija Taħt 1-4m 4m sa 6m 6m sa 8m Motor 128 170 8 Sailing 2 1 1 W/O Engine 79 42 1 Total 206 213 10 Valletta Registered Kategorija 6m sa 24m 'il fuq minn 24m Dumb 22 Nil Motor Ship 151 14 Sail & Motor 91 9 Sailing Ship 1 Nil Total 265 23

Dgħajjes/jottijiet — Applikazzjonijiet għal irmiġġi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-irmiġġ għas-snin 2002, 2003 u 2004 u kemm hemm applikazzjonijiet fuq il-waiting list?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent hemm 395 applikazzjoni fuq il-waiting list, għall-berth.

Bastimenti — Skart tossiku

Question

Peress illi l-Greenpeace qed issostni li Malta hija t-tieni pajjiż li qed tikkontribwixxi għal skart tossiku fid-dinja bħala riżultat ta' żmantellar u bastimenti, jista' il-Ministru jgħid jekk għamilx verifiki sabiex jinvestiga jekk dan huwiex minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega jekk dan huwiex inkwetanti għalih u x'miżuri beħsiebu jieħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ġimgħa l-oħra fil-laqgħa tal-Marine Environment Protection Committee, ta' l-organizazzjoni Marittima Internazzjonali d-delegati, li fosthom kien hemm Malta, qablu li jiġi żviluppat taħt l-awtorita' ta' l-istess organizazzjoni, strument applikablli mad-dinja kollha li permezz tiegħu jkunu jistgħu jittieħdu miżuri effettivi u legali biex jiġi kkontollat ir-riċiklaġġ tal-bastimenti. Fil-fatt fl-istess laqgħa sar working group, li fiħ Malta wkoll kienet rappreżentata, li minnu ħarġu rakkomandazzjonijiet li fl-istrument legali, probabilment Konvenzjoni Internazzjonali, iridu jiġu kkunsidrati oqsma differenti li jinkludu fosthom l-kontroll fuq ħruġ ta' liċenzji għall-faċilitajiet ta' riċiklaġġ u obbligu fuq is-sidien tal-bastimenti li jużaw biss faċilitajiet liċenzjati, sistema ta' informazzjoni fuq bastimenti destinati għat-tqattiegħ u sistema ta' kuntratti għal dan it-tip ta' xogħol biex jiġi kkontrollat l-element ta' skart tossiku u materjal perikoluż ieħor. Aħna beħsiebna naħdmu fuq din l-inizjattiva Marittima Internazzjonali, li għandha l-appoġġ ta' l-industrija u ta' movimenti ambjentali, għax nemmnu kif naħseb li jemmen l-Onor. Interpellant, li l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi kkontrollat xogħol konness mal-bastimenti li jispiċċaw għat-tqattieħ iridu jittieħdu fuq bażi ta' kooprazzjoni internazzjonali jekk irridu naslu x'imkien.

UE — Regolamenti 259/93

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed jimplimenta r-regolamenti 259/93 ta' l-Unjoni Ewropea u jagħti d-dettalji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-regolament 259/93 ta' l-Unjoni Ewropeja jirreferi għas-superviżjoni u kontroll ta' ġarr ta' skart fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll barra minnha. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bastimenti — Postijiet ta' destinazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jispjega u jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati jinsistux li jkunu nformati u notifikati bil-post ta' destinazzjoni tal-bastimenti u dan sabiex isir kontroll aktar effettiv fuq fejn u kif qed jiġu żmantellati l-bastimenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7899.

Liċenzji tas-Satellita — Ħlas Lura

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir, u jekk iva meta, il-ħlas lura lil dawk li laħqu ħallsu l-liċenzja tas-satellita? Jista' jgħid jekk biex isir dan il-ħlas hemmx ħtieġa li ssir talba jew applikazzjoni minn min laħaq ħallas din il-liċenzja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proċess tal-ħlas ta' liċenzji li laħqu tħallsu għandu jibda fi żmien qasir ħafna. M'hemm l-ebda ħtieġa li ssir xi talba jew applikazzjoni minn min laħaq għamel xi pagament u għandu dritt għal ħlas lura.

Belt Valletta — Permessi għal fixed hawkers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm permessi għal fixed hawkers fil-Belt u s-sena meta nħarġitilhom il-liċenzja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond records ta' persuni liċenzjati biex joperaw minn posta fis-suq tal-Belt Valletta jirriżulta illi hemm 97 posta liċenzjata. Id-data ta' meta ġew liċenzjati mhux possibli li tingħata għaliex ħafna minnhom kienu liċenzjati qabel l-2002.

MMA — Membri tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda li jiffurmaw il-bord ta' l-Awtorita' Marittima u jindika l-karigi rispettivi tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta ġie ffurmat dan il-bord u min hu s-segretarju ta' l-istess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord ta' l-Awtorita' Marittima huwa kompost minn dawn il-membri: Dr Marc Bonello Chairman Mr Edgar Gatt Vice-Chairman Mr Ray Demicoli Member Mr Frank Galea Member Dr Vincent Moran Member Mr Oscar Borg Ex-officio Mr Charles V. Schembri Ex-officio Mr Lino C. Vassallo Ex-officio Is-segretarju tal-bord huwa Dr Jeremy DeBono LL.D.

MMA — Professional indemnity fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema skop ġie kkreat professional indemnity fund fi ħdan l-Awtorita' Marittima sabiex jitħallsu xi insurances, liema fond ġie maħtur għall-ħabta tat-28 ta' Ġunju, 2004? Jista' jgħid kemm tħallsu flus mill-istess fond u min qiegħed jamministrah?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar l-imsemmi Professional Indemnity Fund sabiex tkun tista' tingħata r-risposta mitluba.