Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Triq in-Naggar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Triq in-Naġġar fil-Mosta tinkesa bit-tarmak?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-Direttorat ipprepara program ta’ toroq li jridu jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw. It-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhux inkluża f’dan il-programm.

Mellieħa — Crash barrier

Question

B'riferenza għal tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24093, jista' l-Ministru jgħid għaliex se titħalla fetħa fil-crash barrier meta x-xagħri msemmi huwa proprjeta' privata tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u meta jitqies li mill-fetħa jidħlu persuni fil-proprjeta' privata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 24093. Minħabba l-fatt illi din hija propjeta privata irid jitħalla aċċess għal ġo din il-propjeta.

Birkirkara — Triq Giovanni Mamo

Question

Jista' l-Ministru jgħid, billi jagħti data konkreta, meta ser tingħata tarmac Triq Giovanni Mamo f'Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-triq imsemmija hija waħda mit-toroq fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li ħarġet l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta. Għaldaqstant din it-triq ser tkun lesta sa l-aħħar tas-sena 2008.

Mtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24671 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mtarfa bypass — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24665 u jara li tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa issa li fl-aħħar jidher li x-xogħol fuq din it-triq se jitlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qegħda f’taħdidiet ma' l-Enemalta biex tiddawwal din it-triq peress li x-xogħlijiet ta' pajpijiet biex ikun hemm is-supply sar mal-proġett tal-bini tat-triq.

San Pawl il-Baħar — Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l-permess tal-MEPA? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r-rotta ta' dan il-culvert?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet huma ppjanati li se jiġu pprovduti sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu b'mod safeil-bypassta' San Pawl il-Baħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Hal Qormi — Taraġ f'Cannon Road

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24378 u 24653 dwar talba biex jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road għal St Venera minn fuq il-bypass, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar sal-lum? Jista' jgħid meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol se jkun qed isir fi żmien qasir.

Siggiewi — Triq Ġdida fi Triq it-Tank - Culvert

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19810, 20708, 23713, 23576 u 24654 jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bini ta' culvert fi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih? Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jerġa' jibda? Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-imsemmi culvert filfatt qed jitkompla. Il-kuntrattur kien waqaf minħabba li ma kellux il-pajpijiet li kellu bżonn. Ix-xogħol mistenni li jitlesta fil-ġranet li ġejjin.

Taxi driver — Liċenzja sospiża

Question

Jista' l-Ministru jara kif taxi driver liċenzjat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu bil-liċenzja sospiża għal iktar minn sitt xhur u dan wara li l-proċeduri ma ntemmewx fil-konfront tiegħu mhux minħabba nuqqas fil-konfront tiegħu? Jista' jara li dan huwa dewmien irraġonevoli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tag ta’ dan it-taxi driver ġiet sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali mill-Qorti fejn qed jinstema l-każ abażi tar-Regolament 131(6) ta’ l-MVR Liġi Sussidjarja 65.11. Fir-rigward tad-dewmien sabiex jinstama l-każ, jien infurmat li dan ma jaqax taħt il-kompetenza ta’ l-Awtorita' tat-Trasport ta’ Malta.

Ghaxar — Triq Hal Millieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Hal Millieri, Għaxaq ser tkun lesta peress li x-xogħol fuq din it-triq waqaf kompletament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol fuq din it-triq kellu jieqaf sakemm entitajiet diversi iċaqalqu arbli u cables li kienu jinsabu fin-nofs tat-triq. Ix-xogħol mistenni jitkompla mill-aktar fis.

Sliema — Triq Dun Gennaro Camilleri

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-bollards li hemm fi Triq Dun Gennaro Camilleri, f'Tas-Sliema, humiex koperti minn permess mill-ADT? Jekk fin-negattiv, jistgħux jitneħħew minnufih?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fil-bypass ta' Wied il-Għajn biex it-triq tiġi rranġata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hu maħsub li t-tender għax-xogħol fil-bypass ta' Wied il-Għajn tkun pubblikata fil-ġimgħat li ġejin.

Msida — Triq il-Ġostra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla t-tarmac fi Triq il-Ġostra, Swatar, Msida? Jaf li sal-lum it-tarmac ingħata biss sa nofs it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid — Tiswija ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq li hemm fejn il-ground tal-football tal-Hibs u li tibqa' sejra fejn il-hockey groundtingħata ftit tal-manutenzjoni peress li hija fi stat ħażin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Karozzi Skrapjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrapjati karozzi matul l-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta 27,898 vettura skrappjata f'dawn l-aħħar ħames snin. It-total huwa maqsum hekk : 2002 2,621 2003 2,798 2004 5,529 2005 13,983 2006 2,967

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' mobile phones fil-Ministeru/Dipartiment huwa ta' sitta (6) filwaqt li l-Awtorita' dwar it-Trasport tagħmel użu minn 38 (tmienja u tletin) mobile phone. F'dawn l-aħħar ħames snin, ma ntilef jew insteraq l-ebda mobile phone.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT tagħmel użu ta’ vann mikri mingħand Sterling Car Rentals li jintuża mill-EOs għall-emmission testing. Dan il-vann qed jiswa' l-ADT Lm11.80 kuljum, jiġifieri l-ispiża xhar b’xhar għall-2006 kienet tammonta kif muri hawn taħt: Lm Jannar 365.80 Frar 330.40 Marzu 365.80 April 354.00 Mejju 365.80 Gunju 354.00 Lulju 365.80 Awissu 365.80 Settembru 354.00 Ottubru 365.80 Novembru 354.00 Dicembru 365.80 4,307.00 Mill-2006, l-ADT bdiet tagħmel użu minn vannijiet bid- drivers magħhom mingħand Coop Services, għall-proġett tal- Park & Ride , liema spiża ammontat għal Lm7,258 f’Novembru u Lm13,862 għal Diċembru. Barra minn hekk kien hemm ukoll spiża ta' Lm10,900 mħallsa lil Denfar Concrete Supplies fuq cleaning of site at Park & Ride . Din l-ispiża kienet fir-rigward ta' ġarr ta' l-iskart minn fuq is-sit. Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment l-ispiża għas-sena 2006 kienet ta' Lm 200.60 li tinkludi kirja ta' truck bid-driver mingħand Borg Bros fix-xhar ta' Marzu (Lm 106.20) u Settermbru (Lm94 .40).

San Gwann — Roundabout

Question

Minħabba l-periklu kbir li jkun hemm, kemm għas-sewwieqa kif ukoll għar-residenti minħabba t-traffiku li jkun tielgħa minn Triq l-Arżnu għal Triq is-Sebuqa, San Gwann, jista' l-Ministru jara li tiġi kkonsidrata xi roundabout bejn dawn iż-żewġ toroq u t-triq li tiżbokka għal Ta' Giorni biex jiġu evitati inċidenti serji?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li l-proposta għal mini roundabout bejn Triq Arznu u Triq Sebuqa mhux rakommandabbli minħabba li: · Il-veloċita’ tas-sewqan ta’ vetturi fi Triq Sebuqa w Triq Arznu hija aktar minn 50km/h · Il- gradient tal-fetħa bejn Triq Sebuqa u Triq Arznu huma ta’ aktar minn 2% · Id-diametru għal mini roundabout f’din il-fetħa hu stmat ta’ madwar tlettax-il metru u għalhekk mhux biżżejjed għax id-diametru ma jridx ikun inqas minn ħmistax-il metru. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kkomunika mall-Kunsill Lokali sabiex tiġi ndirizzata din it-talba billi jkunu analizzati alternattivi differenti għal upgrading ta’ din il- junction.