Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015? Jista’ jindika n-numru ta' ulied u l-ammonti li ġew imħallsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015 u l-ammonti mħallas, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Single Mothers
Numru ta' Tfal
Nefqa
Total
b'aktar minn wild wieħed
Għajnuna Soċjali
(SA/SUP/UA)
Allowance tat-Tfal
(CA)
Assistenza Medika (SKA)
Għotja tal-Ħalib (MG)
Benefiċċju tal-Enerġija (EB)
2014
3,421
8,376
€ 17,334,337.95
€ 6,471,273.37
€ 415,251.22
€ 23,631.44
€ 411,079.27
€ 24,655,573.25
2015
3,439
8,138
€ 15,803,416.42
€ 6,174,270.52
€ 391,441.03
€ 20,921.67
€ 359,751.14
€ 22,749,800.78
Peress li l-bar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jikkawża ħafna skumdità lir-residenti, anzjani, morda, ħaddiema bis-shift u tfal, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan għandux lok f’housing estate? X’passi lesti li jittieħdu biex ir-residenti jirritornaw jgħixu fil-kwiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħanut li qed issir referenza għalih, mhuwiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.
Pensjoni tal-Wens u Għajnuna Soċjali għall-Carers – tibdil fl-iskemi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inbidlu dawn iż-żewġ skemi, jiġifieri l-Pensjoni tal-Wens (Carers Pension) u l-Għajnuna Soċjali għall-Carers (Social Assistance for Carers) skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista’ jgħid min hu eleġibbli biex japplika u kemm persuni qed jibbenefikaw aktar minn din ir-reviżjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskusjonijiet twal u eżawrijenti mal-istakeholders u professjonisti fil-kamp tal-anzjani tkomplew u waslu fil-fażi konklussiva. Għalhekk, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu f’pożizzjoni li nħabbru r-riforma.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din hija riforma kbira li minnha se jgawdu aktar nies li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom ġewwa djarhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana qed jibbenefikaw, sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari, mill-iskema ta’ live-in carer skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista' jgħid ukoll x'kienet l-ispiża sal-istess data?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema li qed issir referenza għaliha, kif kien ġie mħabbar fil-Baġit, hija skema meqjusa bħala proġett pilota.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlux il-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jibbenefikaw mill-iskema ta’ live-in carer? Jekk iva, jista' jgħid meta nbidlu dawn il-kriterji u x'inhuma l-kriterji li nbidlu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema li għadha meqjusa bħala proġett pilota, sarilha xi tibdiliet fix-xhur li għaddew. Dawn it-tibdiliet li qed issir referenza għalihom huma:
Mill-1 t’Awwissu, 2016:
· Bidla fl-isem minn “
Live-in Carer
” għal “
Carer at Home
”
Mit-3 t’Ottubru, 2016:
· Twessgħu il-kriterji tal-kwalifiċi tal-
Carers
, fejn issa qed tiġi aċċettata kull kwalifika rikonoxxuta, kif ukoll ċertifikati ta’
Trade Testing
maħruġ mill-
Jobsplus
li juri kompetenza f’dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' social housing fuq l-art denominata bħala Tas-Sisla, fis-Swatar, fil-limiti ta' Birkirkara biswit il-Parroċċa tas-Swatar? Jista' jgħid kienx hemm bdil fil-pjanti oriġinali, u jekk kien hemm, x'inhuma t-tibdiliet li saru u jekk dawn it-tibdiliet ġewx approvati diġà? Jista' jgħid meta se tkun lesta din il-binja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa, għaddejjin taħdidiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra, sabiex il-proġett ta’ social housing fuq l-art imsemmija, jkun jaqbel mal-linji gwida DC15. Il-pjanti tal-proġett imsemmi, jinsabu fi stadju avvanzat. Minħabba li t-taħditiet għadhom għaddejjin mhux possibli li jingħad meta ser titlesta l-binja.
Għawdex — Ir-Rabat – Taċ-Ċawla – xiri ta’ blokk bini
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma x-xiri ta' blokk bini f'Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex biex jintuża minn xi Dipartiment fil-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kien il-prezz li bih inxtara dan il-bini u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u pjanta tal-istess bini? Jista' jgħid jekk din il-blokka nxtratx f'shell form jew finished? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li hu maħsub li hemm bżonn, biex isiru spejjeż aktar biex din il-binja tkun tista’ tintuża jekk din il-binja nxtrat f'shell form? Jista' jgħid għal liema skop se jintuża dan il-bini u meta hu mistenni li jibda jintuża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-blokk ta’ bini f’Taċ-Ċawla, li qed issir referenza għalih, sewa €540,000.00; liema prezz jinkludi xogħlijiet ta’ finishing, installazzjoni ta’ lift u sistema ta’ arja kkundizzjonata kif ukoll il-kmamar tal-banju. Aktar dettalji jistgħu jinqraw fil-kuntratt li wieħed jista’ jagħmel referenza għalih faċilment hekk kif kopja tiegħu tista’ tinkiseb mill-arkivji notarili.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġa’ kien ġie mħabbar, it- tliet appartamenti tal-blokka, ser ikunu qegħdin jintużaw bħala residenza għall-persuni b’ diżabilita, minn fejn ħa jkun qiegħed jingħata s-sapport meħtieġ biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jgħixu ħajja mill-aktar indipendenti, fil-komunita’. Fix-xhur li ġejjin, ħa jkunu qegħdin jidħlu l-ewwel klijenti ġewwa din id-dar. Huwa maħsub li sal-aħħar ta’ din is sena, ikun hemm l-ewwel klijenti residenti ġewwa din id-dar, hekk kif kollox huwa lest biex jospita l-ewwel residenti.
Fil-preżent, madanakollu, id-Dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed jirranġa warehouse li ġiet pprovduta skont kif miftiehem fuq il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm pensjonanti li għażlu li jibqgħu jaħdmu u ma japplikawx għall-pensjoni, skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena laħqu l-età ta’ 61 jew 62 sena u li jirriżulta li mhumiex jieħdu pensjoni, huwa ta’ 791.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward somma li għadu ma ħax?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata permezz tat-telefon dwar il-każ li rriżulta li m'għandux x'jaqsam mad-dekasteru tiegħi.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26543, jista’ l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tieħu ħsieb dan il-komun u jista’ jgħid min fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż għall-manutenzjoni li hemm bżonn fix-shaft fejn minn dan ix-shaft qed joħorġu anke ġrieden u li hu ta’ perikolu għall-inkwilini?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,
a) Spejjeż gћal manutenzjoni tal-lift huma parti mil-obbligi ta’ min hu parteċipu fl-iskema voluntarja tal-lift u b’hekk qed jagћmel/tagћmel użu mil-lift.
b) Il-manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-blokka formanti parti mil-obligi ta’ kull min jgћix fil-blokka u b’hekk dawn l-ispejjeż jinqasmu bejn ir-residenti kollha. Dawn jaqaw fir-responsabilita’ tal-amministratur tal-blokka maћtur mil-Assoċjazzjoni tar-Residenti.
c) Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiggwida lir-residenti msemmija sabiex jagħmlu kuntatt mal-Awotira’ tad-Djar biex ikunu ggwidati aħjar.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jerġa' jibda jingħata servizz ta' podologist fid-Day Centre ta' San Pawl il-Baħar, u dan biex ikun jista' jagħti s-servizz tiegħu b'mod regolari lil bosta anzjani li jattendu dan iċ-ċentru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li kien hemm azzjonijiet industrijali, id-Dipartiment kellu jirrevedi l-għoti ta' dan is-servizz peress li dan huwa servizz li jingħata mill-Ministeru tas-Saħħa. L-anzjani jistgħu jieħdu dan is-servizz fl-entitajiet indikati mid-Dipartiment tas-Sahha u skont l-istandards u regolamenti applikabbli għal dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jara li jekk hemm bżonn tiswijiet fuq l-apparat li jipprovdi l-arja kkundizzjonata fl-Isptar Boffa u x'manutenzjoni oħra li qed tikkawża inkonvenjent għall-anzjani fl-imsemmi sptar isiru mill-aktar fis possibbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li daħallu l-ilma tax-xita fil-proprjetà tiegħu minħabba ħsara fix-xibka?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-każ ta’ dak l-ikel li jiġi mill-Ewropa (u li għadu jiġi), dak li kien jibqa’ wara li jitqassam kien fil-fatt jingħata lil xi stituti, u issa dan m'għadux jingħatalhom? Jekk dan hu l-każ, jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan l-istess ikel li jibqa’ żejjed hux qed jintrema? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont kif hemm stabbilit fil-Progranmm Operattiv tal-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn għall-2014-2020 (FEAD) maqbul bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea, dawk il-pakketti tal-ikel li ma jinġabrux minn familji eliġibbli waqt it-tqssim li jsir, jiġu merfugħa u mqassma mill-ġdid fid-distribuzzjoni ta’ wara. B’hekk qed jiġi żgurat li l-ebda ikel ma jintrema. L-ikel li qed jitqassam taħt dan il-programm, li hu ko-finanzjat kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn Malta, mhux qed jiġi mill-Unjoni Ewropea iżda qed jinxtara minn Malta.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, meta kienu qed isiru l-preparamenti neċessarji biex jinxtara u jibda jitqassam dan l-ikel f’Malta u Għawdex, qagħdna ħafna attenti li l-ikel li jitqassam ikollu
long shelf life
biex b’hekk ma jkunx hemm bżonn li dan jiġi kkunsmat f’perijodu relattivament qasir.
Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jara li l-Awtorità tad-Djar tibgħat għall-familja applikata peress li ilhom żmien twil ħafna ma jkellimhom xi ħadd mill-Awtorità tad-Djar dwar dan il-każ pjetuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-każ imsemmi minnu huwa magħluq.