Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma tal-Gvern dwar l-inizjattiva Seed Capital li tħabbret fil-baġit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar flimkien mal-Università ta' Malta beħsiebhom jniedu t-TAKE OFF Seed Fund Award fl-aħħar t’April 2015 bid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet ippjanata li ser tkun l-aħħar ta‘ Mejju 2015 (biż-żewġ dati għandhom jiġu kkonfermati iktar 'il quddiem). Il-fondi li jammontaw għal €100,000 ġew assenjati speċifikament għal distribuzzjoni bejn negozji li għadhom jibdew (start-ups) u akkademiċi sabiex jagħtihom il-faċilità jmexxu ‘l quddiem l-ideat tagħhom lejn kummerċjalizzazzjoni u ħolqien ta’ negozji ‘high- growth’ f’Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal kumpaniji Maltin li għadhom qed joperaw fil-Libja preżentament? Jekk iva, jista' jagħti indikazzjoni dwar f'liema oqsma tal-ekonomija għadhom joperaw dawn l-istess kumpaniji? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm kumpaniji li talbu l-għajnuna tal-Gvern żida baqgħu ma ngħatawx din l-istess għajnuna? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas ta' għajnuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala premessa wieħed irid iżomm f’moħħu li s-sitwazzjoni għadha fluwida sal-lum, u sakemm dan it-tagħrif kien qed jinġabar, għand Malta Enterprise kienu għadhom deħlin talbiet ġodda ta’ assistenza u Malta Enterprise qed taħdem fuqhom.
Minn tagħrif li għandu l-Ministeru għad hemm kumpaniji Maltin li qed joperaw fil-Libja. Dan jinkludi kumpaniji li sempliċiment żammew xi forma ta’ preżenza fil-Libja bit-tama li jkunu jistgħu jerġgħu joperaw ladarba jkun hemm sitwazzjoni aktar favorevoli f’dak il-pajjiż. Kumpaniji li għad baqagħlhom xi preżenza fil-Libja ġejjin minn oqsma mediċi, avjazzjoni, assikurazzjoni u tagħmir elettriku fost oħrajn.
Fost l-inizjattivi meħuda minn Malta Enterprise fir-rigward ta’ kumpaniji li kienu jew għadhom joperaw fil-Libja hemm assistenza biex dawn isibu swieq ġodda fil-kontinent Afrikan. Hemm ukoll numru ta’ miżuri fiskali, li madankollu nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex għal tagħrif aktar dettaljat jistaqsi lill-ministeru konċernat. Il-kumpaniji li talbu l-assistenza ta’ Malta Enterprise kellhom kliem ta’ tifħir għall-għajnuna li rċivew fl-iqsar zmien possibbli.
Seta’ kien hemm xi talbiet li ma kienx loġistikament u materjalment possibbli għall-Gvern Malti li jagħti assistenza għalihom, bħal biex ħlasijiet li kumpaniji Maltin kienu dovuti minn kumpaniji privati Libjani u l-Gvern Libjan jitħallsu lura. Jien infurmat li dawn it-talbiet, iżda, kienu waħdiet.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapri¿i ¯għar – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tender mogħti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal maritime hub, jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-sit se tingħata lil preferred bidder u kemm mis-sit se jżomm il-Gvern?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi tim ta’ esperti ser ikun qed jiddiskuti mal-‘preferred bidder’ kemm mis-sit ser tkun qed tingħata lilu b’tali mod li l-proġett ikun viabbli u jista’ jsir.
Jista’ l-Ministru jispjega b’mod tanġibbli x’inhu l-pjan tal-preferred bidder għal maritime hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-pjan tal-‘preferred bidder’ għall-maritime hub huwa illi jopera fl-Industrija taż-Żejt u l-Gass li ser tkun tinkudi:
- Head Office għall-kumpanija;
-żewġ
rig stop facilities
li jinkludu
project offices,
-workshops
, postijiet
għall-ħażna u mud processing facilities
;
-
docking and berthing facilities
;
-
Petroleum, Marine & Subsea Industry Fabriaction, Inspection & Repair
;
- postijiet
għall-
ħażna li jistgħu jiġu uza
ti minn kumpaniji ta
ż
-
żejt,
-kumpaniji tat-tħaffir u
major Rig Solution Companies
; u
-Oil, Gas and Marine Engineering Hub li ser jinkludi wkoll numru ta’ uffiċċji u faċilitajiet ta' taħriġ li ser joffru korsijiet akkreditati internazzjonalment.
Studji dwar baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali u tekniċi saru fuq il-fattibilità tal-baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex? Minn min sar dan l-istudju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Integrated Maritime Policy – proposti tal-kumitat responsabbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proposti ħareġ sa issa l-kumitat responsabbli għall-Integrated Maritime Policy mit-twaqqif tiegħu f’Lulju 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-aħħar laqgħa tal-kumitat kienet fl-Lulju 2014. Wara din il-laqgħa, fuq informazzjoni li ġiet miġbura matul dawn il-laqgħat, tfassal dokument għall-konsultazzjoni dwar l-Intergrated Maritime Policy li ġie mnegħdi fl-Lulju 2014. Saru numru ta' laqgħat mis-Segratarjat tas- Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita' u Tkabbir Ekonomiku fejn ġew innutati diversi punti li fuqhom ġiet imsawra l-politka u li jwasslu għal pjan strateġiku ta' implimentazzjoni. Qed jitħejja dokument li għandu jiġi ippreżentat lill- kumitat f'dawn il-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola fl-2013 u fl-2014? Kemm minn dawn ġew ipproċessati u kemm għadhom fil-proċess li tingħata liċenzja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol offrut lil soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order u f’kull każ kemm kien il-valur tax-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma nagħtaw ebda xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħi lis-soċjeta' msemmija.