Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema li għandhom l-ID card tagħhom tispiċċa bil-G huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fuq bazi full time u part time only u li għandhom l-indirizz ta’ residenza f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 1,815 nisa u 1,927 irġiel. Minn dawn kien hemm 1,306 mara u 1,330 raġel li għandhom l-ID card tispiċċa bil-G u l-employer hu Malti.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Learning Support Assistants Għawdxin li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Learning Support Assistants Għawdxin jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ LSAs Għawdxin (skont l-indirizz irreġistrat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta huwa ta’ 269. Minn dawn 221 huma nisa u 48 huma irġiel.
Infurmat ukoll mid-Direttorat għal Kwalità u Standards
fl-Edukazzjoni li n-numru ta’ LSAs Għawdxin, kemm nisa u kemm irġiel, li jaħdmu Malta fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu kif ġej:
LSAsSkejjel tal-KnisjaSkejjel Indipendenti
Nisa70
Irġiel11
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom jgħallmu fil-primarja u kemm fis-sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Għalliema Għawdxin (skont l-indirizz irreġistrat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta huwa ta’ 173. Minn dawn 42 huma nisa u 131 huma irġiel. Minnhom 82 jgħallmu fil-primarja u 91 jgħallmu fis-sekondarja.
Infurmat ukoll mid-Direttorat għal Kwalità u Standards
fl-Edukazzjoni li n-numru ta’ Għalliema Għawdxin, kemm nisa u kemm irġiel, li jaħdmu Malta fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu kif ġej:
Skejjel tal-KnisjaSkejjel Indipendenti
Għalliema GħawdxinPrimarjaSekondarjaPrimarjaSekondarja
Nisa51578
Irġiel2501
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki fid-dettall li qed jintalbu biex jissottomettu l-persuni li japplikaw għal-Learning Support Assistant (LSA)? X’inhu t-taħriġ li jingħataw l-LSAs li jintgħażlu u kif dan it-taħriġ qed jiġi sostnut matul iż-żmien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki biex wieħed japplika għal Supply Learning Support Assistant (SLSA), liema kwalifiki ġew ippubblikati fl-aħħar sejħa, huma kif ġej:
(a) ikollhom Diploma rikonoxxuta, f’MQF Livell 4, f’Early Childhood Education and Care li tinkludi komponent ta’ Taħriġ Prattiku (inkluż il-Programm ta’ Taħriġ Estiż organizzat mid-Direttorati tal-Edukazzjoni flimkien mal-MCAST), jew kwalifika kumparabbli rikonoxxuta f’preschool education jew pre-school childcare 0-5 years f’MQF Livell 4; jew
(b) ikollhom First Degree (MQF Livell 6), jew kwalifika kumparabbli rikonoxxuta; jew
(c) ikollhom kwalifikati f’mhux inqas minn suġġett wieħed f’Livell ta’ Matrikola Avvanzata (grad minimu E) f’MQF Livell 4, jew kwalifika kumparabbli rikonoxxuta, u erba’ (4) passes f’Ordinary Level Secondary Education Certificate (SEC) (Grad 1-5) f’MQF Livell 3, jew kwalifika kumparabbli rikonoxxuta. Dawn jinkludu l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u suġġett ieħor, ukoll f’MQF Livell 3.
It-taħriġ li jingħata lill-SLSAs li jintgħażlu huwa l-kors obbligatorju, Supporting Students with Individual Educational Needs, magħruf aħjar bħala t-10 week course. Dan il-kors huwa akkreditat mill-NCFHE u huwa ta’ MQF Livell 4. It-tagħlim ta’ dan il-kors jiġi sostnut mill-iskejjel permezz tal-SMT u l-INCOs.
Dawk is-
Supply
LSAs li jkunu jixtiequ japplikaw għal LSA 1 permezz ta’ sejħa apposta, iridu jkomplu jitħarrġu. Persuna li tapplika għal LSA 1 trid tkun kisbet kwalifika rikonoxxuta f’Livell tal-MQF 5, b’minimu ta’ 30 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti fl-Edukazzjoni Inklużiva.
Persuna li tkun tixtieq tapplika għal LSA 2 permezz ta’ sejħa separata trid tagħmel
top-up course
ieħor, organizzat mill-MCAST (
Higher Certificate in Inclusive
Education
).
Dan huwa wkoll akkreditat mill-NCFHE u huwa ta’ MQF Livell 5. Persuna tista’ wkoll tapplika għal LSA 2 jekk ikollha d-Diploma mill-Università ta’ Malta,
Diploma in Facilitating Education
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-miżata għall-eżamijiet tal-ECDL fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Eżamijiet li, għal dak li għandu x'jaqsam ma' eżamijiet tal-ECDL, il-miżata li studenti tal-iskejjel sekondarji tal-Istat ħallsu għall-eżamijiet tal-ECDL fis-snin 2012 sal-2016 kienet u baqgħet ta' €6.80 għal kull moduleflimkien ma' €1.40 Administration Fee mal-applikazzjoni.
Infurmat ukoll li d-Dipartiment tal-eLearning (DeL) fid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jieħu ħsieb l-eżamijiet għall-Għalliema, studenti tal-Higher Secondary u GEM16+. It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tariffi tal-eżamijiet tal-ECDL għall-għalliema u studenti tal-Higher Secondary/GEM16+ għall-perjodu 2012–2016.
Ħlas għall-eżamijiet 2012
Ħlas għall-eżamijiet 2013
Ħlas għall-eżamijiet 2014
Ħlas għall-eżamijiet 2015
Ħlas għall-eżamijiet 2016
Skills Card
€32.00
€32.00
€32.00
€33.00
€33.00
ECDL Core/Standard Licence (kull eżami)
€8.15
€8.15
€8.15
€8.15
€8.15
Ħlas totali għal seba' modules u Reġistrazzjoni
€89.05
€89.05
€89.05
€90.05
€90.05
It-tariffi jvarjaw skont il-livell tal-eżami.
Advanced Test Licence (kull eżami)
€40.00
€35.00
€35.00
€35.00
€35.00
Advanced Resit
€26.00
€35.00
€35.00
€35.00
€35.00
ECDL CADTest Licence
€30.00
€25.00
€25.00
€25.00
€25.00
ECDL CAD Resit
€20.00
€25.00
€25.00
€25.00
€25.00
Ċertifikat apparti
----
€10.00
€10.00
€10.00
€10.00
Ta' min jinnota li student ma jerġax iħallas għall-iSkills Card/Registration Number meta jagħmel l-ECDL Advanced jew ECDL CAD dment li jkun diġà ħallas ir-registration fee fl-ECDL Core/Standard.
Jista’ l-Ministru jgħid liema setturi ħolqu opportunitajiet ta’ xogħol ġdid matul is-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’risposta għal din il-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi ż-żidiet jew tnaqqis fl-impjiegi matul is-sena 2014. Madankollu, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ mhijiex f’pożizzjoni li tgħid kemm inħolqu impjiegi matul is-sena 2014.
It-tnaqqis ta’ impjegati reġistrat fl-2014 fl-attività ekonomika li tidher f’Nace Code 35 hija riżultat ta’ bidla (shift) għal Nace Code 78.
Attachments:PQ 19516 - Opportunitajiet ta' xogħol.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-Arkivju Nazzjonali? F’liema skali ta’ ħlas qegħdin dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Malta hu ta’ 25 persuna, imqassma fuq tlett siti. Minn dawn, imqabblin mal-iskali ta’ salarju tas-Servizz Pubbliku, hemm waħda fi skala 3, tlieta fi skala 4 u waħda fi skala 5. Hemm ukoll persuna waħda fi skala 10, tnejn fi skala 11 u waħda fi skala 14 tas-Servizz Pubbliku. Skont il-gradi tal-Ftehim Kollettiv hemm tlett persuni fi Grad A, erbgħa fi Grad B, erbgħa fi Grad C, waħda fi Grad D u waħda fi Grad G. Minbarra dawn mal-istess entità hemm tlett impjegati tal-kumpanija RSS (Resource Support and Services Ltd).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejjiegħa tal-ħaxix u frott reġistrati mal-ETC, sena b’sena u Maltin separatament mill-Għawdxin, mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' sidien li kienu jaħdmu bħala bejjiegħa tal-ħaxix u frott, kien kif ġej:-
Sal-aħħar ta’
Maltin
Għawdxin
Total
Diċembru 2012
263
24
287
Diċembru 2013
275
24
299
Diċembru 2014
276
23
299
Novembru 2015*
259
21
280
* (l-aħħar ċifri ppublikati).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejjiegħa tal-ħut reġistrati mal-ETC, sena b’sena, u Maltin separatament mill-Għawdxin, mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' sidien li kienu jaħdmu bħala bejjiegħa tal-ħut, kien kif ġej:-
Sal-aħħar ta’
Maltin
Għawdxin
Total
Diċembru 2012
55
7
62
Diċembru 2013
61
9
70
Diċembru 2014
64
10
74
Novembru 2015*
67
10
77
* (l-aħħar ċifri ppublikati).
Għotja ta’ tablet lill-istudenti tal-iskejjel tal-istat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota li jingħata tablet lill-istudenti tal-years 3 u 4 fl-iskejjel tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota tat-tablets intemm f’Marzu tal-2015. Preżentement għaddejjin tenders, li fihom hu mitlub ix-xiri tat-tablets u softwer, li sejrin jingħataw lill-għalliema, l-LSAs u lill-istudenti kollha tar-Raba’ sena hekk kif kien propost u pjanat, fl-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fis-sena skolastika 2016/2017. Mal-għeluq tal-proċess tat-tendering jibda l-aġġudikar. Sadanittant sar l-ewwel taħriġ lill-għalliema, tqassmu kotba dwar kif tgħallem bit-tablet, tlestew ideat għal lezzjonijiet bit-tablet u se jitkompla t-taħriġ malli jinxtraw it-tablets.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda fis-snin 2013/2014/2015, f’liema setturi nħolqu u kemm minn dawn l-impjiegi mtlew minn persuni Maltin u kemm minn persuni mhux ta’ nazzjonalità Maltija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandhiex informazzjoni dwar kemm inħolqu impjiegi ġodda minħabba li fil-formula ta’ ingaġġ ma jkunx hemm informazzjoni li turi jekk impjieg huwiex ġdid jew ġiex sostitwit.
Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-istess Korporazzjoni, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ż-żieda jew tnaqqis fl-impjiegi full-time u part-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2013, Diċembru 2014 u Novembru 2015 li huma l-aħħar ċifri ppubblikati. It-tabella turi ċ-ċifri tal-persuni li kienu qegħdin jaħdmu settur b’settur skont in-nazzjonalità (Maltin jew Nazzjonalità mhux Maltija). It-tnaqqis ta’ impjegati Maltin reġistrat fl-2014 fl-attività ekonomika li tidher f’Nace Code 35 hija riżultat ta’ bidla (shift) għal Nace Code 78.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' skejjel li għandhom multisensory room għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, u jekk hemmx xi pjan ta' investiment biex dawn jiżdiedu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet multi-sensory rooms, waħda f’kull wieħed miċ-Ċentri ta’ Riżorsa li ġejjin: Helen Keller, Guardian Angel u San Miguel. Bl-estensjoni taċ-Ċentru ta’ Riżorsa Dun Manwel Attard, se jkun hemm multi-sensory room ġdida li se tkun attrezzata kif suppost.
Dawn il-multi-sensory rooms huma attrezzati ħafna u qegħdin jintużaw b'mod regolari. Dawn il-kmamar jintużaw kemm mill-istudenti full-time u part-time ta’ dawn iċ-ċentri, kif ukoll mill-istudenti tal-iskejjel mainstream li jattendu hemm għas-servizzi.
Għas-sena skolastika l-ġdida (2016-17) hemm ippjanat li jinfetħu żewġ kmamar speċjalizzati (Primarja Lija u Primarja Fgura A), li se jkunu attrezzati b’riżorsi apposta għal tfal bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu. Kamra simili hija ppjanata li tinfetaħ aktar tard fil-Primarja ta’ Pembroke.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li se ssir l-estensjoni ta’ San Miguel Resource Centre, skedata li tibda fl-2017, u għaldaqstant se jsir upgrading ukoll tal-faċilitajiet ta’ dan iċ-ċentru, inkluż il-multi-sensory room.
Rigward l-iskejjel non-statali, ninsab infurmat li tliet skejjel tal-Knisja u erba' skejjel Indipendenti għandhom multi-sensory room. Infurmat ukoll li hemm il-pjan li jsiru multi-sensory rooms fi tliet skejjel oħra tal-Knisja u f'erba' skejjel oħra Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal li matul is-sena skolastika 2015 bdew jattendu l-breakfast club?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont statistika miġbura mill-iskejjel, in-numru ta’ studenti li bdew jattendu għall-Breakfast Club matul is-sena skolastika 2015, minn Settembru sa Diċembru kien ta' 1,567 kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li bdew jattendu ċ-Childcare Centres li ġew provduti mill-Istat b’xejn matul l-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2015, sal-21 ta’ Diċembru 2015 in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda biex tfal jibdew jattendu ċ-Childcare Centres bl-iskema tal-Free Childcare kien ta’ 2,763.
Skejjel primarji, sekondarji, sixth forms u Università — attendenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti bdew jattendu fi skejjel primarji, sekondarji, sixth forms u Università fis-sena skolasitka li bdiet fl-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ studenti ġodda li bdew jattendu l-iskejjel fil-livelli indikati fil-mistoqsija fis-sena skolastika/akkademika li bdiet fl-2015, hu kif se nsemmi:
Skejjel tal-Istat
LivellStudenti
L-ewwel Sena Primarja2465
L-ewwel Sena Sekondarja2142
L-ewwel Sena Post-Sekondarja*1545
*Jinkludu l-Giovanni Curmi Higher Sec., Sir Michelangelo Refalo Sixth Form u GEM 16+ Education Programme Centre, Gżira.
Skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti
LivellStudenti - Skejjel tal-KnisjaStudenti - Skejjel Indipendenti
L-ewwel Sena Primarja1270686
L-ewwel Sena Sekondarja1402503
L-ewwel Sena Post-Sekondarja417155
MCAST
In-numru ta’ studenti ġodda li bdew is-sena akkademika fl-MCAST f’Ottubru 2015 kien ta’ 2694.
L-Università ta’ Malta
In-numru ta’ studenti li bdew jattendu l-Università ta’ Malta f’din is-sena akkademika huwa ta’ 4091 student. Dan it-total jinkludi dawk l-istudenti li bdew l-ewwel sena tal-kors għall-ewwel darba.
In-numru ta’ studenti ġodda li bdew is-sena akkademika fil-Junior College, skont l-istatistika tal-1 ta’ Ottubru 2015, kien ta’ 1224.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżura fejn familji li d-dħul tal-ġenituri jkun inqas minn €11,000 jingħataw €400 lit-tfal, kellux l-effett mixtieq u aktar tfal attendew l-iskola matul is-sena 2014? Jista’ jgħid jekk din l-inizjattiva hijiex se titwaqqaf jew titkompla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm numru ta' inizjattivi edukattivi barra din il-miżura li kkontribwew biex togħla r-rata tal-attendenza. L-attendenza ġenerali tal-istudenti żdiedet b'madwar 3% matul is-sena skolastika 2014-15 meta mqabbla mas-sena skolastika 2013-14.
Fi tmiem is-sena skolastika 2015/16 terga' ssir evalwazzjoni dwar l-effetti ta' din il-miżura.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tiegħu hux se jkun qed joffri xi scholarships f’suġġetti partikolari, matul is-sena skolastika li jmiss għal dak li jirrigwarda Masters jew PhDs? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-Università hiex se toffri xi scholarships f’suġġetti partikolari fl-istess livell?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tieni sejħa taħt l-iskema ENDEAVOUR mistennija titħabbar fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 2016. L-iskema se tkun miftuħa wkoll għal programmi ta’ studju jew riċerka anke fil-livell ta’ Master u PhD.
L-iskema
ENDEAVOUR
tikkonsisti f’żewġ kategoriji, imsejħa Grupp A u Grupp B. L-applikanti se jkunu jistgħu japplikaw għal programmi fil-livell
postgraduate
f'dawn l-oqsma:
Group A – Priority Areas
Group B – Priority Areas
Advanced Manufacturing
Management and
Administration
Creative Industries
Education
Financial Services
Green Economy
International Educational Services
Health
Life Sciences
High Value Added Manufacturing
Tourism
ICT
Transport & Advanced Logistics
Veterinary Services
Science, Technology, Engineering/
Environment and Mathematics (STEM)
(Any other Programme Titles)
Għaldaqstant, applikanti prospettivi huma mħeġġa jaqraw ir-regolamenti relatati ma’ din l-iskema li se jkunu mtella’ fuq is-sit elettroniku www.myscholarship.gov.mt
Infurmat ukoll li l-Università ta' Malta għandha fond intern ta' Scholarships & Bursaries. L-għan tal-fond huwa li jipprovdi l-impjegati tagħha b’opportunitajiet biex itejjbu l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma rispettivi tagħhom. Tingħata prijorità lill-Assistant Lecturers li jkunu marbuta b'kuntratt biex jiksbu l-PhD.
Setturi tal-Edukazzjoni terzjarja — persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-progress li sar fis-setturi tal-edukazzjoni terzjarja fejn jidħlu persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) persuni li jinħtieġu xi forma ta’ għajnuna minħabba kundizzjonijiet mediċi, fiziċi u/jew bżonnijiet fit-tagħlim jiġu rreġistrati mal-‘Inclusive Education Unit’.
Fil-Kulleġġ Universitarju li jkopri programmi ta’ studju fil-livelli 5 u 6, din is-sena akkademika 2015-2016, 102 studenti kienu rreġistrati ma’ din it-Taqsima. Fost dawn l-istudenti tmienja huma bi bżonnijiet speċjali.
Fil-Kulleġġ Teknoloġiku li jkopri l-programmi ta’ studju fil-livell 4, din is-sena akkademika 2015-2016, 295 student kienu rreġistrati ma’ din it-Taqsima. Fost dawn l-istudenti 43 huma bi bżonnijiet speċjali.
Fil-Kulleġġ ta’ Fondazzjoni li jkopri l-programmi tal-‘Pathway’ u dawk ta’ livelli 1, 2 u 3, din is-sena akkademika 2015-2016, 422 student kienu rreġistrati ma’ din it-Taqsima. Fost dawn l-istudenti 82 huma bi bżonnijiet speċjali.
L-MCAST, f’ Novembru 2015, nieda l-binja l-ġdida: Dar l-Istudenti fejn it-tieni sular ta’ din il-binja huwa ddedikat għall-programm ta’
Pathway for Independent Living
u huwa mgħammar b’
workshops
ta’
Hospitality, Retail
u
Office,
kif ukoll klassijiet ġodda u laboratorji tal-kompjuters ġodda.
Fis-sena 2015,
Pathway to Independent Living
beda joffri kors ta’
traineeship,
fejn studenti jagħmlu sena programm li jikkombina lezzjonijiet fil-klassi u esperjenza fl-industrija biex b’hekk l-istudenti jkunu aktar preparati għad-dinja tax-xogħol.
Il-Kulleġġ joffri għajnuna permezz ta’ diversi servizzi fil-livelli kollha tal-programmi ta’ tagħlim. Din l-għajnuna tinkludi s-servizzi ta’ LSAs, assistenti personali, trasport, arranġamenti għall-aċċess tal-eżamijiet u sapport ieħor neċessarju. Għajnuna addizzjonali ser tiġi pprovduta permezz ta’ riżorsi teknoloġiċi fosthom
reading pens
u
software
għal qari ta’ materjal elettroniku li nkisbu permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument numru 7292 li tpoġġiet f'Seduta 399, nhar it-Tnejn 6 ta' Ġunju 2016)