Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21294 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Qajjenza — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proġett ta' l-embellishment tal-promenade tal-Qajjenza waqaf ħesrem meta ntefqu tant flus fl-embellishment tal-promenade f'Tas Sliema? Jista' l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol se jerġa' jibda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fix-xogħol ta' tisbiħ fin-Nofs in-Nhar ta' Malta saru diversi xogħlijiet fl-area tal-Qajjenza B'Bugia, l-aktar, xogħol ta' toroq u bankini. M'hemmx pjanati l-ebda xogħlijiet oħra fil-futur qarib għal din l-area.
Leg 9 PQ #21299 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Acquis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iridu jintnefqu flus biex isir it-tibdil biex Malta tkun konformi ma' l-acquis?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għalkemm hemm diġa' indikazzjonijiet dwar l-ispiża meħtieġa f'ċertu oqsma ambjentali biex dawn ikunu konformi ma' l-Acquis Communautaire l-ammont totali għad irid jinħadem.
Leg 9 PQ #21301 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Liġijiet tal-UE — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-tibdil li jrid isir rigward l-ambjent biex Malta tkun konformi mal-liġijiet ta' l-UE?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa fatt magħruf li jrid isir diversi tibdil fil-qasam ambjentali biex Malta tkun konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita' ta' l-arja, l-immaniġġar ta' l-iskart, ir-rimi tad-drenaġġ fil-baħar, il-konservazzjoni tan-natura u aspetti oħra. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taqbel illi irrispettivament mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huwa fl-interess tagħna lkoll illi ntejbu l-oqsma kollha ambjentali biex nassiguraw kwalita' ta' ħajja aħjar għall-poplu tagħna.
Leg 9 PQ #21302 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment fuq l-ambjent dan l-aħħar? Jekk iva, x'kienu r-riżultati fuq dan ir-riżultat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17246 li ngħatat fis-Seduta numru 324.
Leg 9 PQ #21304 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Qajjenza — Traffic Islands

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic islands u ġnub tat-toroq fil-Qajjenza, Birżebbuga, jimtlew bil-ħamrija sabiex d-dehra ta' telqa li hemm titneħħa u sabiex l-ambjent jissebbaħ b'siġar u pjanti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #21305 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq l-ambjent? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-plan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq lill-Onorevoli Interpellant tgħidli dwar liema aspett ta' l-ambjent qed tirreferi sabiex inkun nista' nagħtiha tweġiba xierqa. Per eżempju, nista' ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien ġie pubblikat Management Plan għall-Immaniġġar ta' l-Iskart għall-konsultazzjoni tal-pubbliku. Ġie pubblikat ukoll State of the Environment Report li kopja tiegħu kienet tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21318 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Bordijiet u l-membri tagħhom li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent huma dawn: Il-Bord ta' l-Inġinerija Dr. Thomas Abela Chairman Ing. Carmelo Bonello Membru Ing. Anthony Cachia Membru Ing. Paul Cardona Membru Ing. Alexander Galea Membru Dr. Paul Micallef Membru Ing. Norman Zammit Membru Il-Bord tal-Periti Dr. Ramon Rossignad Chairman Perit Joseph Falzon Membru Dr. Alexander Torpiano Membru Perit David Pace Membru Perit Carmel Cacopardo Membru Perit Paul Buhagiar Membru Il-Bord tal-Bennejja Perit Franco Montesin Chairman Perit Carmelo Barbara Membru Is-Sur Joseph Camilleri Membru Is-Sur Paul Cassar Membru Is-Sur Joseph Farrugia Membru Is-Sur Joseph Gatt Membru
Leg 9 PQ #20974 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtarfa — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani fejn huwa mqabbad id-drenaġġ ta' l-iskola Sir Temi Zammit fl-Imtarfa fejn qabel kien l-ex-sptar tas-servizzi Ingliżi? Jista' d-dipartiment jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni tas-sistema tad-drenaġġ f'din l-iskola?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ ta' l-iskola Sir Temi Zammit fl-Imtarfa taqleb kollha lejn in-niżla ta' l-Istazzjon. Din is-sistema għadha kif ħallewha s-Servizzi Ngliżi, imma xi għeruq tas-siġar ta' ħdejn il-main eżistenti kif ukoll xi ġebel, kultant jimblukkaw parti minn dan il-main. Minħabba f'hekk ta' spiss isir tindif mill-Maintenance Section.
Leg 9 PQ #21270 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Attard — Vjal de Paule - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-fanali fil-parti ta' fuq ta' Vjal de Paule, Ħ'Attard, issa li spiċċa x-xogħol tal-bankini?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dawn għandhom ikunu lesti sa l-aħħar ta' Mejju 2001.
Leg 9 PQ #20811 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 16810 ta' Ġunju ta' din is-sena dwar tħammil ta' Wied il-Għasel fil-parti ta' Burmarrad, jista' l-Ministru ġentilment jinfurmana bl-iżviluppi peress li l-Ministru kien infurmana li se jara x'passi jistgħu jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saru xogħlijiet f'Wied Babu, Wied il-Kbir u Wied Għomor. Xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel għadu ma nbediex pero' dan irid jiġi maħsub mas-sistema kollha tal-widien, li tibda minn Wied il-Liemu, tinkludi Wied il-Qlejgħa u tibqa' sejra sa Burmarrad, fejn tingħaqad ma' Wied Għajn Riħana. Barra minn hekk Wied il-Għasel għandu valur ekoloġiku partikolari u kwalunkwe xogħlijiet iridu jiġu ppjanati sew u b'dan il-mod sħiħ. Iridu wkoll jiġu stabbiliti l-prioritajiet fuq id-diversi widien skond iċ-ċirkostanzi li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.
Leg 9 PQ #21175 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Park Nazzjonali - Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li n-numru ta' l-identita tagħha qed jintbagħat separatament hijiex impjegata fil-park nazzjonali ta' Ta' Qali? Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-rwol ta' dan il-ħaddiem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha intbagħat separatament hija impjegata fin-National Country Park ta' Ta' Qali. Ir-rwol ta' dan il-ħaddiem hu ta' Warden.
Leg 9 PQ #21115 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Old Theatre Street - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Old Theatre Street, Il-Belt, ħdejn is-suq? Jafx il-Ministru li nqalgħet il-lava minn din it-triq u tpoġġiet Pjazza Regina u t-triq tħalliet kollha mħarbta? Hemm xi ċans li din it-triq kif ukoll Felix Street jingħataw it-tarmac?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta ħa ħsieb li jaqla' lava slabs minn parti minn Triq it-Teatru biex jiġi restawrat l-paviment ta' l-istess triq ħdejn il-Palazz. Il-VRP kellhom ftehim mal-Kunsill Lokali Valletta sabiex dawn min-naħa tagħhom jagħtu t-tarmac fejn inqala' s-slabs tal-lava. Għar-rigward ta' Felix Street trid issir l-istess ħaġa.
Leg 9 PQ #21125 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq it-Teatru l-Antik - Tarmac

Question

Peress li Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt (kantuniera bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl) hi parzjalment bla tarmac, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21115 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #21149 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Embellishment

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19536 mogħtija lil Onor. Charles Buhagiar dwar xogħol ta' upgrading li sar fl-embellishment f'Tas-Sliema, jista' l- Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż tal-bini ta' latrina li ġiet tiswa (s'issa) Lm 18,403, kif ukoll breakdown ta' l-ispejjeż minfuqa għall-bini tal-ġibjun li ġie jiswa Lm 21, 699?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-valur finali tal-kuntratti msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma: (i) Bini ta' latrina u rampa għall-aċċessibilta fi Triq it-Torri Slieama - Lm24,553.03ċ (ii) Bini ta' ġibjun għall-ilma tax-xita f'Fond Għadir Sliema - Lm27,614.26ċ Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' dawn l-ispejjeż.
Leg 9 PQ #21161 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Żwejt — Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex, minkejja xi passi li ttieħdu biex jgħaddi l-ilma tax-xita minn taħt is-central strip li hemm quddiem l-appartamenti ent. BUC, Binja Ġublew tal-Fidda, Ta' Żwejt, it-triq prinċipali għadha żżomm ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li meta din tgħereq bl-ilma qed jittajjar ħafna ilma lejn dawn l-appartamenti kull meta jgħaddi t-traffiku wara xi maltempata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #21170 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Number 1 Dock — Twaqqif ta' Ħajt

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20982, jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess ottenut mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-ħajt li jagħlaq number 1 Dock ġewwa Bormla jiġi mwaqqa' kompletament billi dak preżentat kien dak numru PA 3871/98 ottenut wara applikazzjoni li saret fit-18 ta' Ġunju 1998 u maħruġ fit-3 ta' Lulju 1998 li kien jindika biss tnaqqis fil-livelli tal-ħajt u mhux twaqqih komplet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-applikazzjoni PA 3871/98 saret mill-Malta Drydocks (ie. 'to lower the height of existing boundary wall'). Il-permess li għalih applikat it-Taqsima tax-Xogħlijiet dwar dan ix-xogħol hu PA 04475/99 li nħareġ fis-17 ta' Novembru 1999. Kopja ta' dan il-permess, inkluż il-pjanti approvati, jinsabu mehmuża ma' din ir-risposta.
Leg 9 PQ #21171 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat ingħataw diversi trasferimenti fid-Dipartiment tad-Drenaġġ, b'mod partikolari lill-ħaddiema fil-pumping station? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara talba li saret mid-Dipartiment tas-Saħħa ġew rilaxxati tmintax-il ħaddiem, dawn kważi kollha fil-grad ta' Health Attendant.
Leg 9 PQ #21173 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kirkop — Garage tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat sar bejgħ ta' inġenji mill-garage tal-gvern f'Ħal Kirkop lill-privat? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn l-inġenji u l-prezz li bih ġew mibjugħa? Minn min inxtraw dawn l-inġenji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sar bejgħ ta' l-Inġenji mill-Garage tal-Gvern permezz ta' tender. Il-kuntrattur li ħa l-offerta huwa Messrs Gasparell Bailing Company Limited. Il-prezz li ġew mibjugħa dawn l-Inġenji huwa kif ġej: Lot A - Equipment Tale Quale - Lm 3,100 Lot B - Serviceable Vehicle - Lm 500 Lot C - Unserviceable Light Vehicles - Lm 210 Lot D - Unserviceable Heavy Vehicles & Plant - Lm17,000 Total Price Paid - Lm20,810 Il-lista ta' l-inġenji hija kif tidher hawn taħt: SALE OF EQUIPMENT TALE QUALE TYPE MAKE WD NO. REG.NO. Concrete Pump Schwing ------- M-1546 Concrete Pump Schwing ------- M-1547 Concrete Pump Hydroseal CP31 ----- Concrete Pump (only) Hydroseal CP29 ----- SALE OF SERVICEABLE VEHICLE TYPE MAKE WD NO. REG. NO. Car Mercedes ------- M-0343 SALE OF UNSERVICEABLE LIGHT VEHICLES TYPE MAKE WD NO. REG. NO. Car Allegro ------- M-1500 Car Avenger ------- M-1650 Car BMW ------- GVN-176 Car Cortina 1600E ------- M-1010 Car Cortina Mk V ------- S-3932 Car Dacia ------- GVN-152 Car Dacia ------- GVN-155 Car Escort ------- GVN-175 Car Escort ------- GVN-400 Car Fiat ------- GVN-173 Car Fiat ------- GVN-165 Car Fiat 125 ------- M-1015 Car Fiat 131 ------- M-1210 Car Fiat 131 ------- GVN-158 Car Fiat 132 ------- M-1345 Car Fiat 850 ------- M-1454 Car Ford Taunus ------- M-1225 Car Ford Taunus ------- M-1502 Car Honda ------- GVN-164 Car Hyundai Pony ------- GVN-174 Car Mercedes ------- GVN-166 Car Mini Minor ------- M-0156 Car Mini Minor ------- M-0299 Car Morris Marina ------- M-1715 Car Morris Marina ------- M-1717 Car Morris Marina ------- M-1366 Car Peugeot ------- GVN-027 Car Rover ------- M-1078 Car VW Jetta ------- GVN-028 Car VW Jetta ------- GVN-153 Car VW Polo ------- GVN-154 Van Bedford CF ------- M-0885 Van Bedford CF ------- M-0897 Van Bedford CF ------- M-1162 Van Bedford CF ------- M-1378 Van Ford Transit ------- GVH-322 Van Ford Transit ------- M-1228 Van Land Rover ------- M-0584 Van Estate Escort ------- M-0301 Van Estate Escort ------- M-0330 Van Estate Morris Traveller ------- M-0309 Van Estate Opel Record ------- M-0317 SALE OF UNSERVICEABLE HEAVY VEHICLES & PLANT TYPE MAKE WD NO. REG. NO. 2-Wheel Trailor Ex-American WD07 ----- 4-Wheel Trailor Watchman Hut -------- ----- Bulldozer Allis Chalmers WD48 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD49 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD51 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD53 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD56 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD57 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD59 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD60 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD61 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD62 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD63 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD65 ----- Bulldozer Allis Chalmers WD67 ----- Bulldozer Caterpillar WD70 ----- Bulldozer Caterpillar WD71 ----- Bulldozer Caterpillar WD73 ----- Bulldozer Caterpillar WD74 ----- Bulldozer Caterpillar WD76 ----- Bulldozer Caterpillar WD77 ----- Compressor Holmann WD44 ----- Compressor Holmann WD45 ----- Compressor Petters WD73 ----- Compressor Petters WD75 ----- Compressor Atlas Copco WD83 ----- Compressor Atlas Copco WD84 ----- Compressor Atlas Copco WD85 ----- Compressor Atlas Copco WD91 ----- Compressor Air Pump WD103 ----- Compressor Ingersoll Rand WD113 ----- Compressor Ingersoll Rand WD114 ----- Compressor Ingersoll Rand WD117 ----- Compressor Ingersoll Rand WD118 ----- Concrete Mixer Lister WD108 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD55 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD64 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD66 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD67 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD68 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD72 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD73 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD74 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD75 ----- Concrete Mixer Maxi Mixam WD80 ----- Dumper Winget WD05 M-1185 Dumper Johnson WD06 M-0773 Dumper Johnson WD08 M-0774 Dumper Barford WD21 M-0783 Dumper Winget WD24 ----- Dumper Barford WD27 GVH-392 Dumper Barford WD28 ----- Fuel Bowder Mack -------- M-0073 Generator Leyland Ex-Drge. ----- Generator Fermont WD17 ----- Generator Fermont WD18 ----- Grader Deutz WD02 M-0999 Grader Huber Warco WD05 M-1496 H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD07 ----- H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD08 ----- H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD09 ----- H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD12 ----- H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD14 ----- Hoist Petter WD05 ----- Hoist Petter WD06 ----- Jeep Ex-American -------- M-1585 Jeep Ex-American -------- GVH-372 Low Loader -------- WD42 ----- Low Loader -------- WD43 ----- Mobile Crane American Hoist WD17 M-0804 Mobile Crane Quick Way WD18 M-0952 Mobile Crane Carwood WD21 M-0199 Mobile Crane American Hoist WD23 M-0954 Mobile Crane Coles WD36 M-1147 Road Roller Aveling WD01 M-0905 Road Roller Schreid WD04 M-0908 Road Roller Barford WD13 M-0912 Road Roller Marshal WD16 GVH-341 Road Roller Thomas Green WD20 M-0918 Road Roller Thomas Green WD23 M-0921 Road Roller Thomas Green WD24 M-0922 Road Roller Barford WD26 GVH-404 Road Roller Barford WD27 GVH-408 Road Roller Thomas Green WD28 M-0926 Road Roller Kemna WD35 M-0933 Road Roller Ursus Peroni WD39 M-0941 Road Roller Simesa WD47 M-0122 Road Roller Simesa WD48 M-1676 Road Roller Wallis & Stephens WD49 M-1912 Road Roller Barford WD51 M-1686 Road Roller Barford WD52 M-1783 Road Roller Huber WD54 GVH-356 Road Roller Huber WD55 M-1587 Road Roller Huber WD56 GVH-359 Road Roller Huber WD57 GVH-360 Steam Cleaner J.G.Sutter -------- ----- Track Shovel International WD04 ----- Track Shovel International WD14 ----- Track Shovel Fergusan WD18 ----- Trailor Flat Top Tompson WD62 ----- Truck Bedford -------- M-0307 Truck Bedford -------- M-0702 Truck Bedford -------- M-0713 Truck Bedford -------- M-0714 Truck Bedford -------- M-0706 Truck Fiat Romanazzi -------- M-1250 Truck GMC -------- M-1923 Truck Leyland -------- M-1459 Truck Leyland -------- M-1475 Truck Leyland -------- GVH-345 Truck Wrecker Mack -------- M-0957 Water Pump Coventry Climex WD61 ----- Water Pump ACME WD63 ----- Wheel Shovel Michigan WD12 M-0207 Wheel Shovel Bray WD23 M-0971 Wheel Shovel Michigan WD28 M-0213 Wheel Shovel Cantalore WD43 M-0960 Wheel Shovel Whitlock WD41 M-0210 Winch Petter WD08 ----- Winch JAP WD15 ----- Lathe Swift Ser. No. 106791381 Milling Machine Adcock & Shipley Ser. No. 522G/2AGU Shaping Machine F.J. Edwards Ser. No. BEG108940 Road Roller Marshal WD17 GVH-351 Van Bedford -------- GVH-321 Truck Bedford -------- GVH-342
Leg 9 PQ #21185 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21056?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma juri biċ-ċar, il-pjanti annessi mal-kuntratt tal-Proġett tal-Kottonera li ġew ippreżentati ġewwa dan l-istess Parlament, il-bini magħruf bħala d-Dockyard Terrace ma jifforma l-ebda parti minn dan il-Proġett.
Leg 9 PQ #21086 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għal Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'hemmx dubju li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ser tiftaħ opportunitajiet ġodda anke ta' mpiegi fil-qasam ta' l-ambjent u minħabba f'hekk żgur li se jkun hemm il-ħtieġa li jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda fosthom l-Aġenzija għall-Ambjent, l-Awtorita' ta' Malta tar-Riżorsi kif ukoll units ġodda fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Dettalji dwar l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi diġa' ngħataw f'din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar it-twaqqif ta' din l-awtorita'. Wieħed ikun jista' jitkellem aktar fid-dettal dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija jew Awtorita' għall-Ambjent meta titressaq il-liġi għat-twaqqif tagħha fil-Parlament. Dwar it-twaqqif ta' units ġodda dawn jiġu determinati wara li jkun intemm il-proċess ta' negozjati dwar il-kapitlu fuq l-ambjent.