Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-vettura uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin hija 'BMW Saloon 320D' bin-numru tar-reġistrazzjoni CBR565. Il-vettura ma nxtratx u lanqas inkriet minn dan il-Ministeru, iżda ġiet ittrasferita mill-Ministeru għal Għawdex, liema trasferiment ġie ffinalizzat fl-24 t'April 2013.
Il-vettura kienet inxtrat oriġinarjament mill-Ministeru għal Għawdex fit-8 t'April 2009 għall-valur ta' €30,974.00.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kienx hemm uffiċjali tal-Gvern Malti li attendew għall-ftuħ tal-Libya Build ġewwa l-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-ftuħ tal-Fiera
Libya Build
li seħħet fi Tripli bejn id-19 u 23 ta' Mejju, l-uffiċjali Maltin preżenti kienu l-Ambaxxatur ta' Malta għal-Libja, il-Konslu Ġenerali ta' Malta fi Tripli, kif ukoll uffiċjali mill-Malta Enterprise ibbażati fil-Libja.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri tal-bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Numru 1380.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 724, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni msemmija kienu ngaġġati f'dawn il-karigi :
Mid-data tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 724, ġiet impjegata Secretariat Officer fi skala 10. Qabel ingħaqdet mas-Segretarjat Privat, din is-Secretariat Officer kienet impjegata x'imkien ieħor fil-privat.
Lest nagħti lill-Onorevoli Interpellant b'mod privat l-ismijiet tal-uffiċċjali u fejn kienu impjegati qabel.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadux akkreditat bħala ambaxxatur? Jekk iva, x’inhu xogħlu u xi spejjeż hemm involuti f‘din il-kariga? Jista’ jikkonferma jekk igawdix minn immunità diplomatika?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, m'għadhiex akkreditata bħala Ambaxxatur.
Jista' l-Mininistru jgħid min kienu l-persuni li akkumpanjawh fid-delegazzjoni fi Franza mit-23 ta' April 'l quddiem? Kemm hija l-ispiża relatata ma' din is-safra?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul iż-żjara tiegħi f'Pariġi kelli jakkumpanjani ċ-'Chief of Staff' tiegħi. Dwar l-ispiża din kienet kif ġej:
€
Hotel għaċ-'Chief of Staff' 335
Transport bit-trejn: Brussels/Pariġi/Brussels 564
Total 899
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali hija €8,602.28 kif spjegat fit-tabella hawn taħt.
Nota: L-uffiċjali tas-Segretarjat huma ntitolati li jitħallsilhom l-ammont tal-kontijiet li jkopri x-xahar ta' Marzu kollu, hekk kif inhu mniżżel fil-kuntatt tagħhom. Għalhekk għal fini tal-Mistoqsija Parlamentari ngħata valur pro-rata sabiex ikopri sat-8 ta' Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għall-provvista ta' fuel tal-karozzi tal-Ministru u s-Segretarjat Privat għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet €8,438.43.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lil-Onor. Membru li fis-Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġew impjegati erba' persuni minn barra s-Servizz Pubbliku. Impjegata waħda mill-erbgħa ingaġġati ma kienetx taħdem, iżda lanqas kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-vakanzi li mtlew fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u 8 ta' Marzu 2013 huma s-segwenti:
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 324.