Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #10829 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Spiżerija

Question

Tista' il-Ministru tara li l-ispiżerija ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex tiġi fornuta bil-Plavix?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mediċina Plavix hija meqjusa bħala mediċina non formulary u għalhekk ma ssibiex fl-Ispiżeriji tal-Gvern. Tajjeb iżda li jingħad li fl-ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm mediċina Ticlopidine li hi alternattiva għal Plavix.
Leg 10 PQ #10830 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Sptar Ġenerali — Spiżerija

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10721, tista' il-Ministru tara li l-ispiżerija ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex tiġi fornuta bir-Resperdal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mediċina Risperdal tinsab fl-ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex bl-isem ta' Risdone.
Leg 10 PQ #10831 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Nadur Triq Gregoyo Karaffa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10679 u cioe': Peress illi r-residenti ta' Triq Gregoyo Karaffa fin-Nadur, Għawdex ilhom diversi snin jistennew sabiex issir it-triq u peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' il-Ministru tgħid meta hu maħsub li ssir din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 10679.
Leg 10 PQ #10845 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Port tad-Dwejra

Question

Peress li iktar ma jgħaddi ż-żmien fil-port tad-Dwejra iktar qed ikun hemm dgħajjes, huwa possibbli li jkun hemm slip way in-naħa l-oħra tad-Dwejra biex il-port ma jkunx daqshekk crowded?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-talba għal slipway oħra fid-Dwejra ser titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-iSteering Commitee tal-Pjan għall-Immaniġġjar tad-Dwejra.
Leg 10 PQ #10926 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin — Allowance

Question

Tista' il-Ministru tispjega għaliex l-assistenza f'allowance fi flus li l-istudenti Għawdxin kienu jieħdu talli jalloġjaw u joqogħdu Malta nqatgħet ħabta u sabta? Kemm kienet din l-allowance kull xahar u kemm-il persuna kienet tibbenefika minn din l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma' qata' l-ebda assistenza f'allowance fi flus li l-istudenti Għawdxin kienu jieħdu talli jalloġjaw u joqogħdu Malta.
Leg 10 PQ #10955 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Operazzjoni tal-kataretti

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li pazjenti li jkollhom bżonn jagħmlu operazzjoni tal-kataretta fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed jintbagħtu jagħmlu test privat fi spiżerija privata? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, tista' il-Ministru tagħti r-raġuni għaliex dan it-test mhuwiex isir fl-isptar stess? Kemm jiswa dan it-test? Huwa minnu li jeżisti dan l-apparat biex jagħmel dan it-test u li ilu bil-ħsara għal żmien twil?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-test li probabbli qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant huwa l-A Scan Biometry li jintuża f'ċertu każi sabiex jikkalkula l-power tal-implant li jintuża waqt l-operazzjoni tal-kataretti. Dan l-apparat sal-lum ma jeżistix ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Leg 10 PQ #10634 Sitting 238 2005-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vjaġġi

Question

Tista' il-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru totali ta' vjaġġi li saru minn kull vapur tal-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex fis-sena 2004? Kemm inġarru vetturi u passiġġieri fl-istess sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #10679 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Nadur — Triq Gregoyo Karaffa

Question

Peress illi r-residenti ta' Triq Gregoyo Karaffa fin-Nadur, Għawdex ilhom diversi snin jistennew sabiex issir it-triq u peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' il-Ministru tgħid meta se ssir din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Gregoyo Karaffa, Nadur sejrin isiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tal-Gżira kollha.
Leg 10 PQ #10408 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa. Sezzjoni Kemm hemm impjegati ma’ kumpaniji / entitajiet / awtoritajiet li għandhom iktar minn 61 sena. Minn Huma Grad Kemm hemm minnhom li qegħdin b’xi forma ta’ kuntratt Kemm hemm minnhom li huma konsulenti X’ remunerazzjoni għandhom? Lm fis-sena X’ Allowance għandhom Ammont ta’ Allowance Lm fis-sena Sptar Ġenerali ta’ Għawdex 1 Dr Andrzej Armatys Consultant Gynaecologist 1 1 10,370 Expatriate On Call Actual Attendance After Hours 1400 600 800 Sptar Ġenerali ta’ Għawdex 1 Dr Radovan Nemecek Consultant Pathologist 1 1 10,370 Expatriate On Call Actual Attendance After Hours 1400 600 800
Leg 10 PQ #10661 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq Sannat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10479 dwar Triq Sannat, fis-Sannat Għawdex, tista' il-Ministru tindika meta se jsiru x-xogħlijiet peress li din hija triq li minnha jgħaddu ħafna nies u l-inkonvenjent minħabba l-istat tat-triq huwa kbir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Sannat, fis-Sannat huma ppjanati li jsiru s-sena d-dieħla.
Leg 10 PQ #10441 Sitting 234 2005-02-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefaq il-ministeru tagħha fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija hawn taħt: Novembru 2004 Lm504.46 Diċembru 2004 Lm409.57
Leg 10 PQ #10330 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kontijiet tat-Telephone

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #10463 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ktejjeb dwar il-Karnival

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hijiex l-ewwel darba li l-ktejjeb bil-programm tal-karnival ta' Għawdex qed jitqassam fid-djar kollha ta' Għawdex? Dan il-ktejjeb kemm ġie jiswa lit-taqsima tal-kultura fi ħdan il-ministeru għal Għawdex? Inħarġet sejħa għall-offerti għall-istampar tal-ktejjeb? Kemm-il kopja ġiet stampata minnu u b'liema mod tqassmu bieb bieb ma' Għawdex kollu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li din hija l-ewwel darba li l-ktejjeb bil-Programm tal-Karnival t’Għawdex qiegħed jasal fid-djar kollha t’Għawdex. Għal dan il-għan inħarġet sejħa għall-offerti CUL 29/2004 li ġiet ippubblikata fil-ħarġa tal-Gazzeta tal-Gvern tat-Tlieta 17 ta’ Awissu 2004. Il-kundizzjonijiet ta’ l-offerta kienu li minn jirbaħ l-offerta għandu jipprovdi b’xejn lill-kumitat Organizattiv Kultura 13,000 il-elf kopja tal-ktejjeb tal-Programm tal-Karnival t’Għawdex 2005. Id-daqs tal-ktejjeb kellu jkun ta’ A5 size, art paper gloss u full colour. Filwaqt li l-Kumitat Organizzattiv Kultura kellu jingħata spazju ta’ għaxar paġni għal artikli, programmi u ritratti, in-numru totali tal-paġni tal-ktejjeb kellu jkun determinat minn min jirbaħ l-offerta, skond in-numru ta’ reklami li jkun ġabar. Il-kuntrattur rebbieħ kien responsabbli mill-issettjar u l-impaġnar tal-materjal, colour separations, photo setting u kull ħaġa oħra relatata mat-tkomplija tal-ktejjeb. L-offerta għalqet nhar il-Gimgħa 17 ta’ Settembru 2004, u l-unika kuntrattur li tefa’ l-offerta tiegħu kienu Business Marketing Services Limited ta’ l-Imsida, Malta li fil-fatt ingħataw l-offerta biex jippubblikaw il-ktejjeb. Il-ktejjeb bil-Programm tal-Karnival 2005 tqassam fid-djar kollha t’Għawdex permezz tas-servizz tal-Maltapost plc u ġie jiswa lit-Taqsima tal-kultura Lm 193.50c. Dan ifisser li għal 13,000 kopja tal-ktejjeb tal-Karnival 2005, it-Taqsima tal-Kultura ħallset biss Lm 193.50c fi spejjeż biex ikopru l-impustaġġ tiegħu m’Għawdex kollu (12,900 kopji X 1c5mils per kopja).
Leg 10 PQ #10479 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq Sannat

Question

Peress li Triq Sannat, Sannat, Għawdex tinsab fi stat delapidat ħafna u ilha hekk għal diversi snin, tista' il-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa mill-iktar fis?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Sannat, sejrin isiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tal-gżira kollha.
Leg 10 PQ #10308 Sitting 230 2005-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm persuna waħda impjegata tal-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta' Executive Officer jew fi grad inqas, li siefru fuq xogħol bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004. Dan l-impjegat mar il-Ġermanja fuq l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti.
Leg 10 PQ #9821 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Pagamenti

Question

Tista’ issa l-Ministru tagħti t-tagħrif mitlub f’mistoqsija parlamentari 9314?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'ghandi xejn x'inzid ma' l-informazzjoni li kont diga' pprovdejt ghall-mistoqsija numru 9314.
Leg 10 PQ #10170 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Wirja ta' Santa Marija — Premjijiet lir-rebbieħa

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jingħataw il-premjijiet lir-rebbieħa tal-wirja ta' Santa Marija 2004 peress li issa għaddew diversi xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-premijiet lir-rebbieha tal-wirja ta' Santa Marija 2004 ser jithallsu meta s-Socjeta' Agrarja, Kulturali u Industrijali Ghawdxija jkollha l-fondi mehtiega. Jiena ser nara li dawn jinghatawlha mill-iktar fis possibli.
Leg 10 PQ #10172 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - Tal-Qasam

Question

Peress li z-zona magħrufa bħala tal-Qasam f'San Lawrenz kif ukoll it-triq huma fi stat delapidat ħafna, tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex maħsub li jsiru xi xogħlijiet biex din iz-zona ma tibqax żdingata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress li z-zona msemmija taqa' taht ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #10121 Sitting 225 2005-01-26 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għal Għawdex

Green Leaders

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tagħha saret l-għażla ta' Green Leaders? Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati? Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol? Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-green leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbuy mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru M'hemm l-ebda ħlas jew allowancesmarbuta ma' dan l-inkarigu.
Leg 10 PQ #10074 Sitting 224 2005-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - għassa tal-pulizija

Question

Peress illi fl-għassa tal-pulizija tar-Rabat, Għawdex fix-xitwa jkun hemm ħafna ksieħ u fis-sajf ikun hemm ħafna sħana, tista' il-Ministru tara li jiġu stallati air conditioners?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tpoġġi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.