Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #11803 Sitting 255 2005-04-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - dawl

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika, Victoria Għawdex fil-jiem tal-festi tal-Milied 2004? Lil min ġiet awarded l-offerta? X'kienet ir-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #11471 Sitting 252 2005-04-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċittadella

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-sentinella fiċ-Ċittadella kienet qed tkun magħluqa meta kien hemm wirja ta' artist internazzjonali l-ġimgħa li għaddiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Wirja ta' l-Artisti Internazzjonali Ċiniżi li saret fis-Sentinella ġiet inawgurata fl-20 ta' Frar 2005 u baqgħet għaddejja sal-11 ta' Marzu 2005. Il-wirja infetħet kuljum (bis-Sibtijiet u l-Ħdud inklużi) għajr għal xi ġranet meta l-impjegati tat-Taqsima tal-Kultura li jaħdmu fis-Sentinella kienu mpenjati f'ħidma oħra li l-istess Taqsima kienet kommessa bih sa minn qabel ma ġiet ibbukjata din il-wirja prestiġuża. L-organiżatturi tal-wirja kienu nfurmati minn qabel, li peress li arranġamenti biex tittella' l-wirja saru fi żmien relattiv qasir, seta' jkun hemm xi ġranet meta din ma tkunx tista' tinfetaħ minħabba impenji li l-Uffiċju tal-Kultura kien diġa' kommess fuqhom minn qabel..
Leg 10 PQ #10771 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ilha magħluqa l-biċċerija f'Għawdex, kemm kien in-numru ta' bhejjem li nqatlu Malta? X'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar il-biċċerija f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn kemm ilha wieqfa l-biċċerija f'Għawdex inqatlu 4,399 majjal u 1,141 ċanga. Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħmel upgrading tal-biċċerija f'Għawdex biex din tkun tista' terġa tibda titħaddem.
Leg 10 PQ #10773 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Live stock

Question

Tista' il-Ministru tinformani x'wassal biex il-produzzjoni tal-live stock f'Għawdex niżlet minn Lm455,000 għal Lm155,000 matul ix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004? X'miżuri qed jieħu l-ministeru għal Għawdex sabiex jipproteġi r-raħħala Għawdxin li sofrew dan it-telf ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm tnaqqis fil-qatla f'Għawdex ta' majjal u ċanga fil-perjodu Lulju, Awissu u Settembru 2004 imqabbla ma' l-istess perjodu fis-sena 2003, minħabba li l-qatla ta' dawn il-bhejjem kienet qiegħda ssir fil-biċċerija ta' Malta. Dwar it-tnaqqis fil-qatla ta' broilers f'Għawdex, skond il-figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika din tvarja minn żmien għall-ieħor u ma jidhirx li l-problema hija limitata għal Għawdex. Il-Gvern qiegħed jindirizza l-problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.
Leg 10 PQ #10775 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produzzjoni tat-tjur u l-bhejjem

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni tat-tjur u l-bhejjem fil-gżira ta' Għawdex qed dejjem tonqos sostanzjalment, tista' il-Ministru tinformani x'inhi l-istrateġija attwali tal-ministeru għal Għawdex sabiex tingħeleb din il-kriżi serja fil-gżira ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-qatla tal-Majjal u Ċanga mrobbija f'Għawdex baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess. Kien hemm tnaqqis fil-qatla ta' broilers mkabbra f'Għawdex. Skond figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma' jidhirx li hija problema limitata għall-gżira ta' Għawdex. Il-Gvern qiegħed jindirizza l-problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.
Leg 10 PQ #11471 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċittadella

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-sentinella fiċ-Ċittadella kienet qed tkun magħluqa meta kien hemm wirja ta' artist internazzjonali l-ġimgħa li għaddiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #11472 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Xewkija — Triq Rotunda

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata t-tarmak Triq Rotunda, Xewkija, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li parti minn Triq ir-Rotunda fix-Xewkija diġa' miksija bit-tarmak. Il-parti l-oħra tat-triq tkun tista' ssir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet għal Għawdex kollu.
Leg 10 PQ #11473 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Rabat — Foreman Street

Question

Tista' il-Ministru tara li l-ħajt tas-sur tan-naħa ta' Foreman Street, Rabat, Għawdex issirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li qed jinqala' ġebel imdaqqas li jista' ikun ta' periklu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed azzjoni biex isiru tiswijiet fil-ħajt tas-sur tan-naħa ta' Foreman Street, ir-Rabat Għawdex.
Leg 10 PQ #11474 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Breakwater

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi żvilupp qed isir in-naħa tal-breakwater f'Marsalforn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li saret applkazzjoni lill-MEPA għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' taraġ eżistenti fl-inħawi tal-breakwater f'Marsalforn bil-ħsieb li jigu wkoll pprovduti faċilitajiet sportivi.
Leg 10 PQ #11529 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - ENT

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-appuntamenti tal-pazjenti ma' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex ġew ikkanċellati u bagħtuhom Malta? Tista' tgħid jekk dan l-inkonvenjent huwiex temporanju jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-appuntamenti ta' l-ENT ġew ikkanċellati għaliex telqu bla ma kien mistenni żewġ speċjalisti ta' l-ENT, it-tnejn Senior Registrars. B'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' speċjalisti kellhom jitnaqqsu s-servizzi ta' l-ENT. Is-sitwazzjoni għandha tiġi għan-normal meta jiġi konkluż il-proċess li hu għaddej għar-reklutaġġ ta' speċjalisti ta' l-ENT.
Leg 10 PQ #11368 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnsielem - ċentru ta' l-artiġġjanat

Question

B'referenza għal dak li ġie mxandar fil-media dwar l-estensjoni u l-bini taċ-ċentru ta' l-artiġġjanat f'Għajnsielem Għawdex, tista' il-Ministru tagħti d-dettalji dwar jekk saritx applikazzjoni mal-MEPA? Jekk saret, tista' il-Ministru tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess approvat mill-MEPA u tal-pjanti relattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena mgħarrfa li l-applikazzjoni għall-estensjoni u l-bini taċ-Ċentru ta' l-Artiġġjanat f'Għajnsielem diġa' saret mal-MEPA. In-numru ta' l-applikazzjoni hu PA 01141/04 u l-permess tal-MEPA għadu ma ngħatax. Kopja tal-pjanta qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #11371 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - ITS

Question

Tista' il-Ministru tispjega jekk għar-rigward tal-propost xogħol ta' demolizzjoni u bini mill-ġdid ta' l-iskola ta' l-ITS fil-Qala, Għawdex il-footprint hijiex se tikber, tiċkien jew tibqa' l-istess? Tista' il-Ministru tagħti d-dettalji dwar in-numru ta' l-applikazzjoni tal-MEPA biex isir dan ix-xogħol u meta nħareġ dan il-permess mill-MEPA? Tista' il-Ministru tpoġġi kopja ta' dan il-permess u l-pjanti relattivi tal-MEPA fuq il-mejda tal-Kamra? Tista' tikkonferma li dan ix-xogħol diġa' beda? Sar xi studju dwar l-istil arkitettoniku mill-istess skola? Taf li din l-iskola li qegħda tiġi demolata hija parti mill-wirt storiku ta' Għawdex peress li hi l-unika waħda li nbniet tassew bħala skola u b'ħafna mill-klassijiet għandhom anke toilet fihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-footprint ser tibqa' l-istess. In-numru ta' l-applikazzjoni tal-MEPA hu PA 07195/03 u l-permess għadu ma ngħatax iżda qiegħed fl-aħħar fażi tal-proċess. Kopja tal-pjanta qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li dan ix-xogħol għadu ma bediex u li ma sar l-ebda studju fuq l-istil arkitettoniku mill-istess skola. Tajjeb jingħad li l-faċilitajiet ta' din l-iskola kienu addattati għall-bżonnijiet taż-żmien ta' meta nbniet liema bżonnijiet illum inbidlu.
Leg 10 PQ #11303 Sitting 246 2005-03-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin

Question

Taħseb il-Ministru li studenti Għawdxin li jattendu korsijiet Malta u li ma jkollhomx stipendju għax ikunu rripetew is-sena għandu jkollhom allowance speċjali għalihom biex ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dawk l-istudenti Ghawdxin li ma jkollhomx stipendji ghax ikunu rrepetew is-sena huma ntitolati ghal sussidju ta' Lm70 kull tliet xhur. Dan is-sussidju jinghata lil dawk l-istudenti Ghawdxin li ma jkollhom l-ebda stipendju u jkunu qeghdin jattendu korsijiet f'Malta li ma jsirux f'Ghawdex.
Leg 10 PQ #11167 Sitting 245 2005-03-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Triq Kraba

Question

Tista' il-Ministru tara li Triq Kraba fix-Xewkija, Għawdex issirilha manutenzjoni peress li f'din it-triq hemm ħafna ħofor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq msemmija taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli interperlant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #10571 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taħt:
Leg 10 PQ #11068 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Rabat — Triq Mons Pietru Pace

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Mons Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li manutenzjoni fi Triq Mons Pietru Pace fir-Rabat Għawdex isir kull meta tinħass il-ħtieġa.
Leg 10 PQ #11069 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Rabat — Triq Mons Wiġi Vella

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Mons Wiġi Vella fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li ż-żona msemmija taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #10847 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għasri - fanal

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fanal ta' l-Għasri huwiex jitħaddem u jekk hemmx ħaddiema tal-gvern hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-fanal ta' Għasri, magħruf aħjar bħala 'l-fanal tal-Ġurdan', qiegħed jaħdem b'mod normali u li ma hemm l-ebda ħaddiema tal-gvern jaħdmu fih.
Leg 10 PQ #10550 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taħt: L-Ispiża totali għall-mobile phones matul l-2004 L-Ispiża totali għall-kirjiet ta’ mobile phones matul l-2004 L-Ispiża totali għall-xiri ta’ mobile phones matul l-2004 Iċ-ċifra ta’ flus li diġa tħallset mill-ispiża totali għall-mobile phone calls. In-numru ta’ mobile phones li fil-preżent is-sezzjoni tiegħek hi responsabbli għall- pagamenti tagħhom. In-numru ta’ mobile phones li fis-sena 2004 is-sezzjoni tiegħek kienet responsabbli għall-pagamenti tagħhom. Lm Lm Lm Lm 4388.81 Xejn Xejn 4062.67 10 11
Leg 10 PQ #10594 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.