Tista' il-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fil-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex ma tlestiex? Meta huwa previst li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħlijiet ta’ upgrading fil-biċċerija ta’ Għawdex għadhom ma tlestewx minħabba diffikultajiet tekniċi li nqalgħu waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni kif ukoll minħabba li riedu jsiru diversi konsultazzjonijiet qabel il-ħruġ ta’ l-offerta għad-“Disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta’ tagħmir għas-slaughtering line u servizzi anċillari fil-Biċċerija Ċivili, ix-Xewkija” u proċeduri oħra relatati mal-ħruġ ta’ din l-offerta.
Jiena nfurmata li x-xogħol huwa mistenni li jitlesta għall-aħħar ta’ din is-sena.
Tista' il-Ministru tinformana f'liema livell hija l-produzzjoni tat-tjur tas-simna fil-gżira ta' Għawdex fil-mument? Kemm kienet il-produzzjoni fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena u kemm kienet f l-ewwel tliet xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa t-trobbija tat-tjur tas-simna f'Għawdex hija ta' madwar 79,000 fellus.
Jiena nfurmata wkoll li skond l-uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-qatla ta' tjur f'Għawdex fl-ewwel tlett xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004 kienet ta' 268,098, 231,500 u 341,041 ras rispettivament. L-informazzjoni għas-sena 2005 għada ma ġietx ippubblikata.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu finalizzati x-xogħlijiet fi Triq Birbuba, l-Għarb, peress li r-residenti qegħdin ibatu inkonvenjenti kbar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Birbuba l-Għarb qiegħdin isiru mill-Kunsill Lokali ta' l-Għarb. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema tal-gvern li jaħdmu fiċ-Cittadella jeħdux height allowance minħabba n-natura tax-xogħlijiet li jiġu eżegwiti fuq is-sur? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hu fix-xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-direttur konċernat approva li l-impjegati li jaħdmu fiċ-Ċittadella jingħataw kumpens ta' Height Allowance meta jkun il-każ.
Jiena nfurmata wkoll li d-direttur ser jara li kulħadd jingħata l-kumpens kif dovut lilu skond l-approvazzjoni tiegħu.
Tista' il-Ministru tgħid minn meta reġa' beda jopera sal-lum, kemm ġarr passiġġieri l-helicopter bejn Malta u Għawdex u viċi versa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li s-servizz tal-helicopter bejn il-gżejjer Maltin qiegħed jopera fuq bażi kummerċjali ma nħossx li huwa xieraq li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet fil-korsa taż-żwiemel f' Ta' Xħajma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li huwa propost li jsir żvilupp fil-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma li ser ikun ukoll ta' benefiċċju għad-dilettanti taż-żwiemel. Il-Ministeru għal Għawdex beħsiebu jikkonsulta mar-rappreżentanti tad-dilettanti taż-żwiemel fil-waqt opportun.
Qorti ta' Għawdex — Apparat għal video conferencing
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta l-qorti ta' Ghawdex se jiġi armat b'apparat għall video conferencing kif ukoll bi screens/monitors u video recorders biex il-qorti jkunu jistgħu jintwerew filmati li jiġu prodotti bħala prova mill-partijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ġa qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex fil-Qorti ta' Għawdex ikun hemm il-faċilitajiet ta' monitors, video recorder u video camera.
B'rifernza għal mistoqsija parlamentari 11529, tista' il-Ministru tispjega u tgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li taw lok għal dawn ir-riżenji u meta ngħataw? Inoltre, tista' tgħid x'passi qed jittieħdu u jekk ħarġux calls for application? Jekk ħarġu calls for application tista' tgħid meta? Ma taħsibx il-Ministru li sakemm tiġi rimedjata s-sitwazzjoni għandu jkun hemm rimedju temporanju u cioe' jiġi ENT minn Malta biex jara l-pazjenti Għawdex u mhux l-Għawdxin imorru Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar is-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant biex jiġu speċjalisti ta' l-ENT minn Malta biex jaraw il-pazjenti f'Għawdex, dan kien diga' qed isir. Infatti s-servizz f'Għawdex minn dejjem kien offrut bi speċjalisti li jiġu minn Malta. Is-servizz ta' dawn waqaf għaliex bir-riżenji li kien hemm f'Malta, id-Dipartiment tas-Saħħa ra li ma setgħax jibqa' joffri dan is-servizz f'Għawdex.
Il-proċess ta' reklutaġġ ta' dawn l-Ispeċjalisti qiegħed isir mill-Ministeru tas-Saħħa f'Malta.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm teaching staff fl-iskola tal-mużika ta' Sannat u tgħid kemm jgħallem sigħat fil-ġimgħa u kemm għandu studenti kull għalliem f'din l-iskola?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Peress li l-iskola tal-mużika f'Ta' Sannat għandha bżonn il-manutenzjoni, tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-offerta għax-xogħlijiet meħtieġa tinsab fil-fażi ta' l-adjudication. Ix-xogħlijiet huma ppjanati li jibdew hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.
B'riferenza għall-iżvilupp li se jsir fl-iskola tal-Qala, tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jintmess il-bini kif proġettat mill-Perit Huntingford u li għandu valur arkitettoniku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-iżvilupp maħsub għall-iskola tal-Qala ser isir biss wara li jkun hemm il-permessi kollha meħtieġa mill-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-aħħar żviluppi dwar meta għandha ssir Trejqa wara l-Ibjar fil-Fontana u dan meta hemm residenti li ilhom li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha meħtieġa għal dawn l-aħħar seba' snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-offerta għax-xogħol ta' asfaltar fi Trejqa ta' wara l-Ibjar fil-Fontana qiegħda tiġi aġġudikata.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza, Victoria matul il-jiem tal-Karnival ta' din is-sena? Lil min ġiet awarded l-offerta? X'kienet ir-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ispiża globali għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza matul il-jiem tal-Karnival 2005 kienet ta' Lm480. Is-sejħa għall-offerta ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Awissu 2004 u kien hemm 3 offerti b'kollox. L-orħos offerta kienet ta' Lm480 mitufgħa minn Joseph Azzopardi li fil-fatt dan ingħata x-xogħol.