Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #12694 Sitting 276 2005-06-06 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ġew riappuntati u min huma? Tista' tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema perjodu qed tirreferi.
Leg 10 PQ #12810 Sitting 276 2005-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Triq San Ġwann

Question

Peress li l-istat ta' Triq San Ġwann, fix-Xewkija Għawdex huwa ħażin ħafna, tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet f'din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #12811 Sitting 276 2005-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - Triq id-Duluri

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq id-Duluri, Marsalforn Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fi Triq id-Duluri Marsalforn, qiegħed issir mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ u li skond il-permess maħruġ għal dan ix-xogħol, dan għandu jitlesta sat-28 ta' Ġunju 2005.
Leg 10 PQ #12637 Sitting 274 2005-05-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tagħha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija hawn taħt: Okka ż joni Dol ċerija Ammont 2004 Tnedija tal-Federazzjoni ta’ l-Għaqdiet ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali f’Għawdex Raymond Vella 14.00 Serata ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’ Raymond Vella 22.00 Riċeviment fl-okkażżjoni ta’ Jum ir-Repubblika Raymond Vella 270.00 2005 Konferenza Stampa fl-okkażjoni ta’ l-iffirmar tal-kuntratt tal-Helicopter Raymond Vella 20.65
Leg 10 PQ #12681 Sitting 273 2005-05-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Chief executive officers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m'għandu l-ebda Chief Executive Officer ma' xi entita' li taqa' taħtu.
Leg 10 PQ #12356 Sitting 268 2005-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12082, tista' il-Ministru tinformani meta ssaqqaf il-bini in kwestjoni u meta bdew ix-xogħlijiet oriġinali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija ssaqqaf fil-21 ta' April 2005. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol fuq dan il-bini beda fit-8 ta' Novembru 2004.
Leg 10 PQ #12376 Sitting 267 2005-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Trasport lin-negozjanti — Sussidju

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti għal ħlasijiet ta' sussidju għat-trasport lin-negozjanti u tagħti breakdown, kull sena separatament, mill-2000 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu sbatax-il talba approvata u pendenti, għal ħlasijiet ta’ sussidju għat-trasport lin-negozjanti. Dawn it-talbiet huma maqsuma kif ġej: Talba waħda għas-snin 2001/2002; Erbatax-il talba għas sena 2002 li minnhom tħallsu 43% tal-ammonti approvati; Żewġ talbiet għas-sena 2002 u parti mis-sena 2003. Minn dawn tħallsu 43% tal-ammonti approvati għas-sena 2002.
Leg 10 PQ #12091 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' Għawdxin li għandhom il-card tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'? Kemm huma dawk li għandhom il-blue sticker?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għandha 502 persuni reġistrati magħha u li għandhom il-karta ta' l-Identita' Speċjali. Minn dawn 331 għandhom il-Blue Sticker.
Leg 10 PQ #12092 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilita'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #12264 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Permanent pitches

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir pitch permanenti tal-waterpolo f'xi bajja ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemmx ħsieb li jsir pitch permanenti tal-waterpolo f'xi bajja ta' Għawdex.
Leg 10 PQ #12266 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Attivitajiet sportivi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus mill-gvern għal trophies u/jew premjijiet oħra għall-attivitajiet sportivi organizzati f'Għawdex fis-snin 2002, 2003 u 2004 sal-lum, kull sena separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-flus li ntefqu mill-gvern għal trophies u/jew premjijiet oħra għall-attivitajiet sportivi organizzati f'Għawdex matul is-snin mitluba, kienu hekk kif imniżżla hawn taħt: 2002 Lm83.00 2003 Xejn 2004 Lm353.00
Leg 10 PQ #12267 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Xogħlijiet fl-iskola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 11732 u għar-risposta relattiva, peress illi jien informata li ntwera tħassib dwar ix-xogħlijiet tal-perit Huntingford fl-iskola tal-Qala, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u outline application sottomessa lill-MEPA?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kopja tal-pjanti mitluba diġa' poġġejthom fuq il-mejda tal-Kamra permezz tar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 11371. Ma saritx outline application lill-MEPA peress li saret full development application li tinsab pubblika fuq il-website tal-MEPA.
Leg 10 PQ #12081 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tinformana għaliex ma tlestewx ix-xogħlijiet fil-biċċerija ta' Għawdex kif dikjarat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal Mistoqsija Parlamentari 12024.
Leg 10 PQ #12082 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tinformana meta se jissaqqaf il-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija ssaqqaf.
Leg 10 PQ #12083 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt se jiswa l-proġett tal-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex? Kemm intnefqu diġa'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proġett ta' upgrading tal-Biċċerija f'Għawdex huwa stmat li ser jiswa Lm498,000. Jiena nfurmata wkoll li sa issa tħallsu Lm17,378.43 fuq dan il-proġett.
Leg 10 PQ #12084 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm se jkun in-numru ta' persuni li jaħdmu fil-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex? F'liema grad se jkunu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-biċċerija ta' Għawdex huwa ppjanat li jkun hemm jaħdmu sbatax-il persuna fil-gradi kif ġej: Tnejn fi gradi veterinarji Wieħed fi grad ta' Piżatur Tnax fi gradi ndustrijali Tnejn fi gradi tekniċi
Leg 10 PQ #12257 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet ta' patching

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' patching f'Għawdex kull xahar separatament mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum u tgħid in-nefqa kemm kienet kull xahar separatament u min esegwixxa dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol ta' patching li sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar 2004 sal-aħħar ta' April 2005 huwa kif jidher fl-iskeda annessa. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 10 PQ #12258 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Triq Ġuże Cremona

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir Triq Ġuże Cremona fir-Rabat Għawdex peress li r-residenti ilhom ibatu minn dan l-inkonvenjent għal snin twal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Guże Cremona fir-Rabat, isiru aktar 'il quddiem skond il-proċeduri normali f'dawn il-każijiet u skond il-prijoritajiet tal-gżira kollha.
Leg 10 PQ #12261 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Tennis courts

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex it-tennis courts li hemm fil-playing field tar-Rabat Għawdex ma ġewx irranġati b'mod li jkunu jistgħu jintużaw mingħajr periklu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-arranġamenti meħtieġa huma ppjanati biex ikunu parti mix-xogħlijiet maħsuba għal dik iż-żona aktar 'il quddiem.