Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent m'hemm l-ebda talba li tresqet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li għadha pendenti.
Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport dettaljat ta' l-inkjesta dwar il-mesh ta' kwalita' inferjuri li ntuża fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, liema rapport għandu jinkludi l-mod ta' kif saret din l-inkjesta, min għamilha, x'irriżulta u x'passi ttieħdu u fil-konfront ta' min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma saret l-ebda inkjesta dwar meshta' kwalita' inferjuri fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni mhux qed jingħata time-off lill-ħaddiema tal-gvern stazzjonati l-Kajselli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-direttur konċernat qiegħed jara li kull min huwa ntitulat għal time-off in lieu jieħu dawk is-siegħat ta' time-off li jkun ħadem għalihom.
Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma' hemm l-ebda diretturi u chairpersons ta' kumpaniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' ħaddiema u uffiċjali li weġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel xhur tas-sena jammonta għal tnax. Ħdax minnhom jaħdmu mad-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li l-ieħor jaħdem mad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13273, tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-iskola Ninu Cremona Rabat, Għawdex qed isiru l-eżamijiet fl-entratura ta' l-istess skola u l-istudenti anke jidhru mit-triq bil-konsegwenza li l-istess studenti qed ibatu minn inkonvenjent ta' storbju li jkun ġej mit-triq u jtellifhom waqt l-eżami?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-eżamijiet saru fil-Foyer għax il-klassijiet ta’ Corridor 1 li huma fis-sular ta’ fuq nett ma setgħux jiġu utilizzati għall-eżamijiet ta’ l-aħħar tas-sena biss minħabba s-sħana kbira. Peress li l-klassijiet l-oħra kollha kienu qegħdin jintużaw għal-eżamijiet kellu jintuża l-Foyer. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-istudenti saret partition biex tifred il-parti fejn kienu qed isiru l-eżamijiet mid-daħla ta’ l-iskola.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13276, peress li diversi studenti u għalliema qed jilmentaw minn nuqqas ta' indafa fl-iskola Ninu Cremona, Rabat, Għawdex, tista' il-Ministru tara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-problema ta' ndafa fl-iskola Ninu Cremona fir-Rabat, Għawdex ġiet indirizzata. Fil-preżent hemm tmien General Hands li qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif.
Tista' il-Ministru tagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 sal-lum minn persuni fis-settur pubbliku kollu, cioe' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fis-settur pubbliku kollu, li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta' erba' snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin ta' l-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista' jintuża aħjar.
Matul l-ewwel xhur tas-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif mogħtija hawn taħt:-
Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li tkeċċew
Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li ġew sospiżi mix-xogħol
Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li ġew immultati xi penali
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
0
1
1
Dipartiment tal-
Customer Services
0
3
66
Dipartiment għal-Proġetti Żvilupp
0
2
101
Dipartiment ta’
l-EU Affairs, Pol. Dev. & Prog. Implementation
0
0
0
Total
0
6
168
Ministeru għal Għawdex — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mhux se jimpjegaw studenti għas-sajf.
Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' persuni li fl-ewwel erba' xhur tas-sena marru għall-kura fiċ-ċentru Detox f'Għawdex? Tista' tagħti l-figuri għax-xhur minn Jannar sa Mejju separatament? Kemm kienet l-akbar persuna fl-eta' u kemm l-iżgħar waħda li marru għall-kura mill-abbuż tad-droga?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni li attendew d-Detox f'Għawdex bejn Jannar u Mejju 2005 kien kif muri hawn taħt:
Xahar Numru ta' persuni li attendew d-Detox
Jannar 178
Frar 155
Marzu 147
April 162
Mejju 170
L-akbar persuna kienet ta' tmienja u erbgħin sena fil-waqt li l-iżgħar persuna kienet dik ta' għoxrin sena.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' tindif ta' qiegħ il-baħar fl-Imġarr Għawdex u għaliex qed isir f'dawn il-ġranet meta qed joqrob l-istaġun turistiku u joħloq inkonvenjenti ta' irwejjaħ u ngombru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol ta' tindif ta' qiegħ il-baħar fl-Imġarr qiegħed isir mill-Awtorita' Marittima ta' Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ħaddiema u studenti Għawdxin — Allowances/sussidji
Question
Tista' il-Ministru tgħid u telenka kemm hemm skemi ta' allowances u /jew sussidji għall-ħaddiema u studenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw Malta?
Tista' tgħid kemm applikaw għal kull skema kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar?
Tista' tgħid kemm kien l-ammont li ngħata lill-istudenti/ħaddiema f'dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar u tgħid kemm għad baqa' x'jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex għandu tliet skemi ta' allowances u/jew sussidji għall-ħaddiema u studenti Għawdxin l jaħdmu u jistudjaw f'Malta. Dawn huma:
i) sussidju ta' Lm15 fix-xahar flimkien ma' 20c għal kull darba li jaqsmu bejn il-gżejjer biex jattendu l-Universita' għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu kors fuq bażi full-time l-Universita' ta' Malta;
ii) sussidju ta' 54c għal kull jum li jattendu għax-xogħol jew l-iskola lil dawk il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta f'xi istituzzjoni li tkun tal-Gvern jew funded mill-Gvern, kif ukoll għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi kulleġġi f'Malta;
iii) sussidju ta' Lm70 kull tliet xhur ta' studju lil dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi kors f'Malta li ma jkunx qed isir f'Għawdex.
L-informazzjoni li qiegħda titlob l-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ma hemm l-ebda ammont li għad irid jitħallas fir-rigward ta' dawn is-sussidji.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12653 u 12791 u tgħid fis-snin 1999-2004 xi proġetti ta' tisbiħ saru f'Għawdex u tgħid f'kull każ fiex kien jikkonsisti kull proġett u kemm intnefaq fuqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proġetti u xogħlijiet oħra ta’ tisbiħ li saru f’Għawdex fis-snin 1999–2004 huma kif murija fuq l-iskeda ta’ hawn taħt. L-ispejjeż imsemmija fuq din l-iskeda jinkludu il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu fuq dawn ix-xoghlijiet.
Proġetti/xogħlijiet
Spiza
Lm
Bini ta' Belvederes u xogħlijiet oħra konnessi magħhom
54,758
Manifattura u stallazzjoni ta' dwal dekorattivi u railings
5,772
Bini ta' bankini f'diversi lokalitajiet
276,537
Bini ta' ħitan tas-sejjieħ f'diversi lokalitajiet
299,299
Xogħlijiet oħra ta' tisbiħ
7,137
Tkabbir u xiri ta' siġar u pjanti għall-użu f'postijiet pubbliċi
252,566
Xogholijiet ta' afforestazzjoni u manutenzjoni ta' ġonna pubbliċi, msaġar, flowerbeds, roundabouts u traffic islands, f'żoni pubbliċi f'Għawdex inklużi żoni f'lokalitjiet tal-Kunsilli Lokali.
1,309,756
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12694, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, tista' issa l-Ministru tirrispondi din id-domanda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena sallum ma kien hemm l-ebda direttur fil-Ministeru għal Għawdex li skadilu l-kuntratt.
Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-involviment tal-Ministeru fil-konvenzjoni tal-karnival, telenka l-attivitajiet kollha li kien involut fihom il-ministeru, kemm direttament kif ukoll permezz tal-kumitat tal-kultura, u tgħid kemm kienet l-ispiża item by item?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-Kumitat Organizzattiv Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex organizza ‘Welcome Soiree’ għad-delegati kollha tal-XXV Konvenzjoni ta’ l-FECC u għall-pubbliku in ġenerali fi Pjazza Indipendenza, Victoria nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2005. L-ispiża totali ta’ din is-serata kienet ta’ Lm 1,731.
Barra minn hekk dan l-istess kumitat ta għajnuna lill-Kunsill Lokali tan-Nadur permezz ta’ l-armar ta’ seating area fi Pjazza San Pietru u San Pawl, Nadur u s-self tal-hydraulic stage għal xi attivitajiet.
Saret ukoll reception fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex in konnessjoni ma’ esebizzjoni dwar il-Karnival. L-ispiża ta’ din ir-reception kienet ta’ Lm740.
Tista' il-Ministru tgħid jekk wasalx iż-żmien li kull speċjalista, konsulent jew surgeon li japplika biex jaħdem fl-isptar ġenerali ta' Għawdex jiddikjara l-interessi li kull wieħed minnhom għandu fil-qasam privat?
Peress li xi drabi speċjalist jew surgeon ikollu konflitt dirett bejn ix-xogħol tiegħu fil-privat u dak fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, tista' il-Ministru tinnota li dan l-istat ta' fatt qiegħed jieħu ħafna lura lill-isptar ġenerali ta' Għawdex b'nies li jiġu mħajjra mill-istess konsulenti u speċjalisti biex imorru fi sptarijiet jew kliniċi privati u dawn fil-maġġorparti joffru servizz u makkinarju li ma jkunx hemm fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, għax forsi jkun hemm min ikollu interess li dan il-makkinarju ma jinxtarax jew addirittura jitħalla għal żmien bil-ħsara bir-riżultat li jbati l-poplu Għawdxi li jkollu jħallas il-belli liri biex imur fil-privat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li din hija materja ta' natura nazzjonali, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jireferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ilu sospiż is-servizz ta' l-ENT f'Għawdex? X'inhi r-raġuni għal dan? Meta se jitkompla dan is-servizz? X'inhuma jagħmlu dawk il-persuni li jridu jinqdew b'dan is-servizz u ma jistgħux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz ta’ l-ENT clinic fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li normalment isir darba f'gimgha l-ahhar li sar kien il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2005. Kif ġie spjegat drabi oħra is-servizz ta’ ENT f’dan l-Isptar kellu jiġi sospiż mid-Dipartiment tas-Saħħa minħabba r-riżenja ta’ speċjalisti. Dan is-servizz għandu jerġa’ jitkompla wara r-reklutaġġ mill-ġdid ta’ dawn l-ispeċjalisti mill-Ministeru tas-Saħħa f’Malta.
Bħalissa dawk il-persuni li jridu jinqdew b’dan is-servizz qed jiġu riferuti lejn l-Isptar ta’ San Luqa.
Tista' il-Ministru tgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tagħha, sija pre-accession u accession funds?
Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tagħha qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Apparti l-lista annessa, Għawdex qed jibbenefika minn 3.7 miljun euro mill-fond ta' pre-adiżjoni għal-proġett infrastrutturali għat-trattament tad-drenaġġ. Dan huwa l-uniku proġett infrastrutturali li qed jibbenefika minn dan il-fond ta' pre-adiżjoni li kien allokat għal gżejjer Maltin. Għawdex se jibbenefika wkoll minn 3.3 miljun euro ta' fondi ta' koeżjoni għat-triq li tieħu mill-Imġarr għar-Rabat kif ukoll minn 199,000 euro mill-ewwel priorita' tas-Single Programming Document għall-ewwel proġett ta' tisbiħ ta' Wied il-Mielaħ.