Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #14497 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

UE — Fondi għal Għawdex

Question

Nirriferi għall-istqarrija ta' l-istampa tat-12 ta' Settembru 2005 u għad-diskors anness li għamel l-Onor. Segretarju Parlamentari fil-ministeru tal-finanzi fl-istess jum. Tista' il-Ministru tgħarrafni kif u kemm se jibbenefika "Għawdex bħala reġjun distint" .... "mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-pakkett li kien ġie negozjat mas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea" għall-perijodu 2004-2006 taħt iż-żewġ programmi msemmija mis-Segretarju Parlamentari għall-Finanzi, jiġifieri l-Programm Strutturali u dak ta' koeżjoni? X'inhuma l-proġetti u l-programmi li qed jitwettqu f'Għawdex b'dawn il-flus u kemm se jiswa kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għawdex ser jibbenefika minn 8.65 milljun ewro taħt il-Fondi Strutturali u 3.29 miljun euro mill-Fond ta’ Koeżjoni. Dawn il-fondi ser jintefqu fuq għaxar proġetti li ser isiru f’Għawdex kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.. Għawdex ser jibbenefika wkoll minn proġett ta’ tisfija tad-drenaġġ li se jiswa madwar 7.2 miljun euro. Nofs dawn il-fondi ġejjin mill-Fondi ta’ Pre-Adizjoni. Proġett ieħor li se jgawdi minnu Għawdex huwa dak ta’ xogħlijiet ta’ tiswija fil-Ggantija li se jiswa madwar 84,000 euros li ġejjin mill-Fondi ta’ Solidarjeta’.
Leg 10 PQ #14538 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Pazjenti tad-dijabete

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew invistati pazjenti tad-dijabete fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar tliet snin, kull xahar separatament u tindika s-sess u l-eta' ta' kull pazjent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fis-sena 2002 ġew eżaminati 1728 pazjenti. Kien hemm 898 ta’ sess maskili u 830 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :- TOTAL Jannar 82 Frar 151 Marzu 119 April 148 Mejju 168 Ġunju 160 Lulju 160 Awissu 128 Settembru 145 Ottubru 230 Novembru 138 Diċembru 99 Fis-sena 2003 ġew eżaminati 1558. 810 kienu ta’ sess maskili u 748 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :- TOTAL Maskili Femminil Jannar 141 78 63 Frar 114 54 58 Marzu 118 68 50 April 156 75 81 Mejju 120 57 63 Ġunju 141 65 76 Lulju 138 69 69 Awissu 104 55 49 Settembru 157 81 76 Ottubru 126 72 57 Novembru 114 61 53 Diċembru 131 75 56 Fis-sena 2004 ġew eżaminati 1581 pażjenti. 833 kienu ta’ sess maskili u 748 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :- TOTAL Maskili Femminil Jannar 148 82 66 Frar 111 62 49 Marzu 140 68 71 April 98 42 56 Mejju 110 64 46 Ġunju 120 63 57 Lulju 149 73 75 Awissu 142 74 68 Settembru 133 68 65 Ottubru 148 78 70 Novembru 163 93 70 Diċembru 120 65 55 L-eta’ tal-pażjenti tvarja bejn 16-il sena u 93 sena..
Leg 10 PQ #14587 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin — Sussidju/allowances

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni qed issir distinzjoni bejn studenti Għawdxin li jattendu l-Universita' u dawk li jattendu l-MCAST għal skopijiet ta' sussidju u/jew allowances ta' l-istudenti li jingħata mill-ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngharraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex diga ha l-passi necessarji sabiex jizdied l-ammont ta' sussidju li kemm l-istudenti Universitarji Ghawdxin kif ukoll dawk li jattendu l-MCAST u Istituzzjonijiet Governattivi ohra diga qeghdin jircievu. Fil-fatt il-Gvern ghadu kemm habbar incentiv gdid lill-istudenti Ghawdxin li jsegwu kors fuq bazi 'full-time' fl-Universita ta' Malta jew f'istituti ohra f'Malta. B'hekk l-ghajnuna finanzjarja li qeghdin jircievu dawn l-istudenti Ghawdxin se tizdied b'Lm35 ohra fix-xahar.
Leg 10 PQ #14589 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il karozza jikri l-ministeru u tagħti l-informazzjoni għal kull dipartiment separatament, l-għamla tal-karozza u kemm kull karozza tinkera kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabell li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #14590 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Office equipment

Question

Peress li fil-qorti ta' Għawdex qed isiru ilmenti dwar nuqqas ta' stationery u office equipment ieħor, tista' il-Ministru tara li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ghand id-Direttur tal-Qrati u Tribunali f'Ghawdex ma wasal ebda ilment u lanqas ma jirrizulta li hemm xi nuqqas ta stationery u office equipment fil-Qrati t'Ghawdex.
Leg 10 PQ #14407 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq Sannat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13630, peress li diversi residenti ta' Sannat, Għawdex ilmentaw diversi drabi minħabba perikli għall-vetturi li jkunu ħerġin mit-triq magħrufa bħala Tal-Qasam li mix-Xewkija tagħti għal Sannat u li tiżbokka fi Triq Sannat, Sannat, tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex maħsub li tittieħed xi azzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Sannat u mal-Awtorita’ Dwar it-Trasport, il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni lill-MEPA biex issir roundabout fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 10 PQ #14461 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Prezz gross domestiku

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien il-prodott gross domestiku ta' Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tul l-1999 u l-2000? Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #14463 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trasferiment tal-karti ta' l-identita'

Question

Tista' il-Ministru tagħtini n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #14465 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Infiq tal-familji Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-familji f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tul l-1999 u tul l-2000? Kif kienet maqsuma din in-nefqa fuq ikel, ilbies, rikreazzjoni, akkomodazzjoni, saħħa, safar, eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #14466 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett għal trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienu vvutati flus għalih kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm intnefqu minnhom kull sena? X'xogħlijiet saru fuqu kull sena? Meta hu mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex jikonsisti fil-bini ta’ impjant għat-tisfija tad-drenaġġ, pumping station u toroq ta’ aċċess għall-imsemmija strutturi fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Mġarr ix-Xini limiti ta’ Għajnsielem u f’żewġ skemi fl-Għarb u n-Nadur sabiex jiġu eliminati żewġ sewage outfalls, li jagħtu għal-Wied il-Mielaħ u l-bajja ta’ San Blass. Id-drenaġġ li bħalissa jiżbroffa f’dawn l-imsemmija outfalls ser jiġi dirett lejn Mġarr ix-Xini fejn ser jinbena l-impjant għat-tisfija. Jiena nfurmata wkoll li ; i) mill-1999 il-hawn ġew ivvutati l-ammonti skond l-iskeda ta’ hawn taħt, fuq Sewage Master Plan f’Għawdex li jinkludi il-Proġett tat-Trattament tad-Drenaġġ 1999 Lm300,000 2000 Lm400,000 2001 Lm300,000 2002 Lm772,000 2003 Lm200,000 2004 Lm160,000 2005 Lm140,000 ii) fis-snin 2003 sa 2005 ġew ivvotati ukoll ammonti minn Pre-accession Funds ta’ l-Unjoni Ewropeja fl-ammonti kif ġej 2003 Lm1,125,000 2004 Lm1,671,000 2005 Lm1,655,000 Il-figuri f’paragrafi wieħed u tnejn jinkludu ammonti li ġew ivvotati mill-ġdid għall-istess skop. iii) in-nefqa fuq dan il-proġett sa issa kienet ta’ 2003 Lm110,554 2004 Lm59,876 2005 Lm51,283 iv) ix-xogħlijiet li saru fit-2003, 2004 u 2005 jikonsistu minn mains tad-drenaġġ biex tkun tista’ tingħalaq l-outfall ta’ San Blas. Saru ukoll il-proċessi anċillari nkluż espropjazzjoni ta’ l-art biex ikun jista’ isir dan il-proġett. Bħalissa qed jitlesta id-disinn qabel ma’ tibda il-kostruzzjoni fuq is-sit li jista’ jibda meta il-MEPA toħroġ full development permit. L-iskema tan-Nadur mistennija tibda topera sas-sajf li ġej. L-iskema ta’ l-Għarb u l-impjant mistennija jibdew joperaw sa l-aħħar tas-sena 2006.
Leg 10 PQ #14468 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Tqassim ta' proprjeta' f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmet proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum lokalita' lokalita' taħt skemi ta' akkomodazzjoni soċjali? X'kien it-tip ta' proprjeta' li tqassmet u x'kienu l-kategoriji tal-benefiċċjarji?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jghamel din il-mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #14471 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Pjan ta' Żvilupp

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Pjan ta' Żvilupp għal Ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-pjan ghadu fi stadju ta' konsultazzjoni nterna.
Leg 10 PQ #14512 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti tad-diabete Għawdxin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14362, tista' il-Ministru tgħid jekk ġewx riferuti pazjenti tad-diabete Għawdxin l-isptar San Luqa? Jekk fl-affermatti,v tista' tgħid kemm ġew riferuti u tindika s-sess, l-eta' u d-data ta' meta ġew riferuti u f'liema taqsima?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-pazjenti tad-diabete l-ewwel jiġu eżaminati mill-Medical Consultant fid-Diabetic Out-Patients ta’ l-isptar Ġenerali t’Għawdex. F’xi każi ta’ komplikazzjonijiet tal-marda tad-diabete bħal per eżempju peripheral vascular disease, peripheral neuropathy u renal failure, il-pazjenti jiġu rreferuti għand il-kunsulenti speċjalizzati kkonċernati fl-isptar San Luqa. Rendikont ta’ dawn il-pazjenti ma jinżammx.
Leg 10 PQ #14362 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Persuni diabetiċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti lill-persuni diabetiċi fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pazjenti tad-dijabete jiġu nvistati fil-klinika ta’ l- outpatients tad-dijabete minn konsulent tal-Mediċina. Il-pazjenti jiġu mbagħad riferuti għat-taqsima ta’ l-Oftalmoloġija, tal-Podoloġija u Nutrizjoni skond il-parir tal-konsulent. Dawn is-servizzi huma lkoll provduti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Leg 10 PQ #14364 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Post ta' consultant

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta u għaliex il-post ta' consultant fil-general surgery ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex spiċċa vakanti u x'passi ttieħdu biex dan il-post jimtela' u x-xogħol isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-post ta’ consultant fil-general surgery spiċċa vakanti għaliex Dr Julius Kvas irreżenja mix-xogħol ġewwa l-Isptar t’Għawdex fit-30 ta’ Lulju 2005 . Id-Dipartiment mill-ewwel ħa ħsieb biex jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jibda l-proċess ta’ reklutaġġ ta’ konsulent ieħor. Sa kemm isir dan il-proċess, id-dipartiment ħa ħsieb biex il-post ikun mimli temporanjament.
Leg 10 PQ #13720 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

WSC — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'se jsir minn dawk il-ħaddiema tal-WSC li marru jaħdmu fuq proġett tal-kunsill ta' l-Għarb, Għawdex b'wegħda li jinbidlu wara ċertu żmien? Issa li spiċċa dan iż-żmien, x'inhi r-raġuni li għadhom jaħdmu f'dan il-proġett u ma marrux lura għax-xogħol li kienu jagħmlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #14357 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti Għawdxin — Testijiet fl-isptar San Luqa

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm pazjenti Għawdxin ġew riferuti għal testijiet jew trattamenti fl-isptar Malta għal din l-aħħar sena kull xahar separatament, is-sess, l-etajiet u għal liema trattament/test ġie riferut u kemm kull każ dam jistenna biex jingħata l-appuntament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Isptar izomm statistika ta dawk il-pazjenti li jigu referuti Malta u juzaw is-servizz ta transport tal-Isptar. Din l-istatistika bdiet tinzamm minn April 2005 u hija kif tidher hawn taht : April 2005 Sex Age Treatment / Test Male 59 years Angiogram Female 96 years Angiogram Male 61 years Angiogram Female 10 years Angiogram Female 73 years Angiogram Male 52 years Angiogram Male 39 years CCU Male 78 years Angiogram Male 11 years Laparatomy Male 73 years Bone Scan Male 77 years CT Scan May 2005 Male 79 years CT Scan Male 37 years Angiogram Female 25 years Angiogram Male 28 years Mt. Carmel Hospital Male 100 years Incarcerated Hernia Male 12 years CT Scan Male 12 years Admission to Fairyland Female 79 years CT Scan Female 71 years Admission M4 Female 50 years VCC Clinic Female 37 years CT Scan Male 11 years Admission St. Luke’s Hospital Male 45 years CT Scan Male 47 years Admission St. Luke’s Hospital Male 60 years CT Scan Male 84 years CT Scan Male 81 years CT Scan Male 69 years CT Scan Male 61 years CT Scan Male 58 years ENT Ward Male 37 years Admission St. Luke’s Hospital Female 37 years CT Scan June 2005 Male 58 years Angiogram Male 19 years Ventilation Male 76 years Angiogram Female 78 years Haemodialysis Male 58 years CT Scan Male 57 years CT Scan Male 12 years CT Scan Female 74 years CT Scan Female 77 years CT Scan Female 73 years CT Scan Female 80 years ENT Consultation Female 12 years CT Scan Female 94 years Admission ENT Ward Male 83 years Angiogram Male 25 years Admission ENT Ward Male 72 years CT Scan Male 65 years Admission NSU Male 44 years Outpatient Burns Male 72 years Cystoscopy July 2005 Male 70 years Angiogram Male 43 years Angiogram Male 69 years Angiogram Male 65 years Angiogram Female 88 years CT Scan Female 20 years Admission St. Luke’s Hospital Female 75 years Outpatients Female 47 years Sir Paul Boffa Hospital Female 86 years CT Scan Female 76 years CT Scan Female 80 years CT Scan Female 47 years Sir Paul Boffa Hospital Female 73 years CT Scan Male 57 years CT Scan Male 72 years NSU Male 32 years Admission St. Luke’s Hospital Male 72 years Admission St. Luke’s Hospital Male 67 years Admission St. Luke’s Hospital Male 80 years CT Scan August 2005 Female 31 years CT Scan Female 77 years Angiogram Male 51 years CT Scan Male 78 years Angiogram Female 57 years CT Scan Female 72 years CT Scan Female 68 years ENT Male 71 years Angiogram Male 81 years Admission to S4 Ward Male 33 years Admission St. Luke’s Hospital Male 61 years Urology Male 63 years Angiogram L-Isptar izomm ukoll informazzjoni dwar dawk il-pazjenti li jigu referuti Malta u juzaw is-servizz tal-Isptar sabiex jaghmlu l-appuntament. Din l-informazzjoni qeghda tingabar.
Leg 10 PQ #13574 Sitting 292 2005-07-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huwa kif jidher hawn taħt: 2003 Lm 23,273 2004 Lm 29,165 2005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) Lm 22,073.57 Irrid niċċara li fil-każ ta’ din l-ispiża l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi. Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma’ laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta’ Lm 14,335.98 diġa’ ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Leg 10 PQ #13600 Sitting 292 2005-07-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ġenerali ta' Għawdex

Question

Peress li hemm ħsara fl-air condition system fl-isptar ġenerali ta' Għawdex li qed tikkaġuna inkonvenjent kbir lill-pazjenti u lill-ħaddiema, tista' il-Ministru tindirizza l-problema immedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Id-Dipartiment qed jieħu azzjoni sabiex kull tiswija meħtieġa fuq l-apparat ta' l-air condition ġewwa l-isptar issir bl-anqas dewmien possibbli u bl-anqas inkonvenjent lejn il-pazjent.