Tista' il-Ministru tgħid jekk hijiex se ssir Waste transfer station ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid fejn ġejja u f'liema stadju waslet?
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' embellishment f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin, tindika fejn sar ix-xogħol, kemm sewa u minn min sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta tal-mistoqsija 12972 dwar xogħlijiet ta’ tisbieħ li saru bejn is-snin 1999-2004.
Jiena nfurmata li għall perjodu Jannar – Settembru 2005 l-ispejjeż għal tisbiħ f’Għawdex inkluż l-ispiża tal-pagi tal-ħaddiema involuti, kienu kif jidħer hawn taħt:
Proġetti/Xogħlijiet
Spiza
Lm
Bini ta’ bankini f’diversi lokalitajiet
54,459
Bini ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi lokalitajiet
64,331
Tkabbir ta’ siġar u pjanti għall-użu f’postijiet pubbliċi
37,276
Xogħlijiet ta’ afforestazzjjoni u manutenzjoni ta’ ġonna publiċi, msaġar, flowerbeds, roundabouts u traffic islands, f’zoni publiċi f’Għawdex inklużi zoni f’lokalitajiet tal-Kunsilli Lokali.
152,445
Għall-informazzjoni ta’ l-Onorevoli Nterpellant ir-risposta għal din it-tip ta’ mistoqsija kienet tirrikjedi illi ħaddiema fiċ-Ċivil waqfu għal ħin twil mir-rutina tax-xogħol tagħhom biex ġabru l-informazzjoni mitluba bil-konsegwenza li xogħol ieħor kellu jaqa lura.
Seduta Numru 302
11/10/2005
Tista' il-Ministru tgħid kemm passiġġieri weħidhom u passiġġieri bil-vettura qasmu bejn Malta u Għawdex bis-servizz tal-Gozo Channel xahar b'xahar u sena b'sena matul l-1992 sa l-aħħar ta' Settembru 2005, maqsuma safejn hu possibbli f'passiġġieri residenti Għawdex, residenti Malta u residenti barranin Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Seduta Nru 302
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn u fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Seduta Nru 302
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14497 dwar proġetti li se jsiru f'Għawdex mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006, tista' il-Ministru tgħid x'kienet il-proċedura pass pass għall-għażla tal-proġetti magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proċedura għall-għażla tal-proġetti għal Għawdex hi dik stabilita fis-Single Programming Document for Malta 2004-2006
Seduta Nru 302
(11.10.2005)
Tista' il-Ministru tgħid min ta l-ordni biex isir kanċell tal-ħadid fil-Gallerija tal-Barrakka tat-Tiġrija fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-post imsemmi mill-On. Interpellant huwa taħt il-kustodju tal-Kumitat Organizzattiv Kultura u peress li ġie innotat li waqt manifestazzjonijiet pubbliċi, (mhux waqt it-tiġrijiet tal-bhejjem) kien qiegħed ikun hemm nies mhux awtorizzati fil-gallarija tal-Barrakka li tinsab fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, inħasset il-ħtieġa li jingħalaq l-aċċess minn fejn wieħed seta’ jidħol faċilment għal fuq il-gallerija tal-Barrakka.
Tista' il-Ministru tgħid kemm jattendu persuni d-detox f'Għawdex u tindika l-eta' u s-sess? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
(10/10/2005)
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm sodod, skond it-tip u l-kategoriji bir-reġistrazzjoni tagħhom rispettiva f'lukandi, f'kumplessi turistiċi, guesthouses u hostels f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005?
X'kienet ir-rata ta' l-użu ta' dawn is-sodod, kategorija kategorija u xahar xahar f'kull waħda mis-snin/dati msemmija?
Tista' il-Ministru tgħarrafni kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ingħataw għajnuna biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta sena b'sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-għajnuna li l-Ministeru għal Għawdex jagħti għal parteċipazzjoni f’fieri internazzjonali hi dik mogħtija lill-Gozo Tourism Association. L-għajnuna li l-Ministeru ta lil din l-assoċjazzjoni matul is-snin imsemmija hija mogħtija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena?
F'liema oqsma kienu jaħdmu?
Kemm minnhom kienu rġiel miżżewġa u kemm minnhom kienu nisa miżżewġa?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux bi qliegħ u li jagħtu servizz u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin?
X'kien u kemm kien jammonta l-kontribut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu?
Tista' il-Ministru tagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Minkejja dan nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti ta’ flus li l-Ministeru għal Għawdex ta lill-istituzzjonijiet mhux governattivi matul is-snin imsemmija kienu dawk murija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
Tista' il-Ministru tagħtini l-aktar tagħrif riċenti ta' kemm hemm djar, appartamenti, flats u proprjeta' oħra ta' residenza privata f'Għawdex, lokalita' b'lokalita', li mhumiex abitati? Tista' tagħtini dan it-tagħrif skond it-tip ta' proprjeta'?
Peress li f'Malta għadhom kemm ġew inawgurati toroq ġodda li swew euros 30 miljun u li saru bi flus li l-Italja tat lil Malta taħt il-ħames protokoll Taljan, tista' il-Ministru tgħid kemm saru toroq f'Għawdex taħt l-istess protokoll? Tista' tgħid kemm flus se jkun messu Għawdex mit-Lm30 miljun li l-Italja se tkun tat lil Malta taħt l-istess protokoll? Għal liema proġetti u xogħlijiet f'Għawdex ġew allokati dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma sarux toroq f’Għawdex taħt il-ħames Protokoll Taljan.
Għawdex iggwadanja mill-ħames Protokol Taljan permezz ta’ upgrading tal-Inċineratur tal-Biċċerija bl-ammont ta’ 62,750 euro, provvista ta’ apparat għat-twaqqif ta’ Grading Station u Cold Storage bl-ammont ta’ 211,900 euro, u Borża ta’ Studju lil student Għawdxi bejn is-snin 2004-2006 bl-ammont ta’ 11,005 euro. Ingħatat ukoll għajnuna teknika biex titwaqqaf Għaqda tal-Produtturi f’Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa ġenerali finali ta' konsum tal-gvern f'Għawdex sena b'sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti matul l-1999 u matul l-2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-nefqa Rikurrenti u Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex mill-1999 sa Awissu 2005 skond l-Estimi Ġenerali, hija kif murija fit-tabella hawn taħt:-
Taf il-Ministru tgħidli kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sal-lum, biex twaqqaf impriża f'Għawdex?
Kemm kien l-investiment totali sena b'sena, ta' dawn il-kumpanniji?
Kemm ħaddiema qed iħaddmu?
Tista' il-Ministru tgħarrafni x'passi ħa l-gvern matul din is-sena s'issa biex jiżdied in-numru ta' irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex? Meta ttieħdu dawn il-passi?
Tista' il-Ministru tagħtini kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena, mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti matul l-1999 u matul l-2000?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-popolazzjoni attiva ekonomikament u kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-lum?