Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15055 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ikliet u riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kanra.
Leg 10 PQ #14942 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Health Inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni l-Health Inspectors f'Għawdex intbagħtu għall-In house training f'Malta meta dan seta' isir Għawdex u kemm se jdum dan l-In house training?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14942, jiena nfurmata li kien imperattiv li Spetturi tas-Saħħa f’Għawdex jintbagħtu għal in house training f’Malta biex jiġu mħarrġa fuq sistemi li jintużaw f’Malta, b’eżempji u spezzjonijiet reali. Dan biex ngħollu s-servizz mgħoti lill-pubbliku u sabiex l-impjegati jżommu ruħhom aġġornati ma teknika u proceduri moderni fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Il-programm preżenti jitlob li kull ufficcjal jattendi ghal sitt ‘training sessions’ mifruxa fuq ġimgħatejn. Il-programm jispicca fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2005.
Leg 10 PQ #15015 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħames Protokol Taljan — Fondi lill-Għawdex

Question

Nirriferi lill-Ministru għal Għawdex għar-risposta li tatni fil-5 ta' Ottubru 2005 għall-mistoqsija parlamentari 14524 dwar kemm se jkun messu Għawdex mit-Lm30 miljun li l-Italja tat lil Malta taħt il-Ħames Protokol Taljan. Taf il-Ministru tgħidli għaliex minn Lm30 miljun Għawdex se jkun messu Lm120,000 biss? Taf il-Ministru li din is-somma miżera li se jieħu Għawdex paragunat ma' Malta mill-Protokol Taljan se tkompli tkabbar id-distakk diġa' qawwi li hemm bejn il-livell ta' żvilupp ta' Għawdex u dak ta' Malta? Dan tqisu gwadann għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-livell ta' zvilupp ta' Ghawdex paragunat ma' dak ta' Malta ma jitqiesx fuq mizura wahda partikolari; jekk nikkunsidraw x'akkwista Ghawdex mill-fondi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, insibu li Ghawdex gawda b'mod qawwi hafna. Ghar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15017 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15018 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumpanniji li joperaw fil-qasam tal-manifattura

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-inċentivi li jingħataw taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u taħt il-Business Promotion Act biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li l-kumpanniji li joperaw fil-qasam tal-manifattura f'Għawdex ikollhom jagħmlu fuq it-trasport bejn Għawdex u Malta? Tista' tgħidli wkoll x'se jsir mill-iskema ta' trasport b'xejn ta' prodotti tal-bdiewa u qabdiet tas-sajjieda Għawdxin minn Għawdex għal Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jireferi ghar-risposta tal-mistoqsija 8268.
Leg 10 PQ #15019 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nies jaħdmu bi qliegħ

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu bi qliegħ f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena klassifikati taħt irġiel u nisa, full-time u part-time, jaħdmu għal rashom u impjegati ma' ħaddieħor fis-settur pubbliku, maqsum dipartimenti tal-gvern u organizzazzjonijiet parastatali, u fis-settur privat taħt id-diversi oqsma ta' produzzjoni diretti u dawk ta' servizzi tas-suq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15022 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnuna finanzjarja lill-bdiewa/raħħala/sajjieda

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'għajnuna finanzjarja ħadu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Għawdxin rispettivament u sena b'sena mill-1999 sal-lum għall-bini ta' irziezet, serer, ġwiebi u strutturi oħra kif ukoll għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji, makkinarju u opri tal-baħar? Jekk jogħġobha, tista' tagħtini dan it-tagħrif skond it-tip ta' għajnuna u skond għal xiex kienet l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bdiewa u raħħala Għawdxin ħadu għajnuna għal bini ta’ ġwiebi, serer u xiri ta’ makkinarju kif ġej mill-1999 sal-lum. Sena Ammont 2000 Lm 6812 2003 Lm 2104 2005 Lm 3535 Is-sajjieda Għawdxin ħadu għajnuna għax-xiri u mmodernizzar ta’ inġenji, makkinarju, apparat u opri tal-baħar kif jidher hawn taħt għall-istess perjodu Sena Ammont 2000 Lm 24,346 2001 Lm 24,381 2002 Lm 16,000 2003 Lm 221,367 2004 Lm 175,487 2005 Lm 91,893 Barra minn dawn, bdiewa, raħħala u sajjieda rċevew sussidju fuq imgħax fuq self mill-banek għall-istess skopijiet msemmija hawn fuq kif ġej Sena Ammont 1999 Lm 7937 2000 Lm 6542 2001 Lm 4057 2002 Lm 5798 2003 Lm 6895 2004 Lm 3682 2005 Lm 6943 (fil-proċess li jitħallsu)
Leg 10 PQ #15024 Sitting 307 2005-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Popolazzjoni barranija

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #14748 Sitting 305 2005-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Huwa kkalkulat li l-ispiza ta' 4c fuq l-gholi tal-prezz ta' fuel bejn it-Tnejn 3 ta' Ottubru sa' l-ahhar ta' din is-sena lid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex, hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #14873 Sitting 305 2005-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Istituzzjonijiet mhux governattivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14678, billi t-tagħrif parzjali li tatna ma kienx komplet, tista' il-Ministru tagħtina s-settur li fih wettqu l-ħidma tagħhom dawk l-istituzzjonijiet mhux governattivi li ngħataw flus mill-Ministeru għal Għawdex? F'liema settur wettqu l-ħidma tagħhom? Tista' tagħtina dan it-tagħrif sena sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inzid mar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 14678.
Leg 10 PQ #14895 Sitting 305 2005-10-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm u x'tip ta' materjal qed jinħaraq fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Tista' in oltre tgħid xi prekawzjonijiet u/jew x'miżuri qed jittieħdu għas-saħħa u sigurta' tal-pazjenti, ħaddiema u residenti qrib l-isptar biex jiġi minimizzat id-dannu in konsegwenza tal-ħruq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tip ta’ materjal li qed jinħaraq fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa Clinical Waste skond kif definit fid-dokument intitolat Clinical Waste Management Plan For Hospitals and Health Care Facilities of the Health Division ippublikat mid-Divisjoni tas-Sahha Malta f’Diċembru 2001. L-iSptar jaħraq madwar 10 boroż (li ma jiżnux iżjed minn 5 kili ‘l waħda) u 5 sharp containers kuljum. Biex ikun protett kemm l-istaff u qraba tagħhom, l-iSptar ifformula gwida, Guidelines on the Safe Handling and Storage of Clinical and Domestic Waste at the Gozo General Hospital li ħarġet bħala ċirkulari ma’ l-iSptar kollu fil-15 ta’ April 2004. Din iċ-Ċirkulari tistipula r-regoli ta’ kif għandu ikun immaniġġjat l-iskart fl-iSptar, inkluż prekawzjonijiet li jridu jittieħdu biex, kemm jista’ jkun, ikunu eliminati l-perikoli. Minn żmien għal żmien anke jsiru audits, sew mill-awtoritajiet ta’ l-iSptar kif ukoll minn awtoritajiet oħra, biex ikun żgurat li kollox qed isir kif suppost. Biex ikun minimizzat d-dannu in konsegwenza tal-ħruq, l-iSptar dejjem jiċċekkja li Clinical Waste biss qed jinħaraq u li l-inċineratur jitqabbad f’ħinijiet li jkun ta’ l-inqas inkonvenjent għar-residenti. Huwa ppjanat li dan l-inċenatur jingħalaq meta jiġi nstallat l-impjant il-ġdid f’Malta.
Leg 10 PQ #14737 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsum tal-gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14472 fejn intalbet informazzjoni dwar in-nefqa ġenerali finali ta' konsum tal-gvern f'Għawdex sena b'sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000, peress li l-Ministru tat informazzjoni dwar in-nefqa tal-Ministeru għal Għawdex biss u mhux tal-gvern u peress ukoll li l-informazzjoni li tat hjia biss fi prezzijiet tas-suq, tista' il-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha mitluba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14472 tikkonċerna n-nefqa rikurrenti u kapitali tal-Ministeru għal-Għawdex matul is-snin msemmija. Jekk l-Onorevoli Nterpellant jixtieq ikun jaf kemm in-nefqa ta’ kull sena ssarraf fi prezzijiet kostanti, nitolbu jirreferi l-materja lill-Ministru konċernat. F’każ li l-Onorevoli Nterpellant jixtieq jikseb informazzjoni dwar in-nefqa li għamlu ministeri oħrajn fl-istess perjodu nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 10 PQ #14811 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru tad-detox

Question

Peress li qed ikun hemm diversi lmenti dwar l-inadegwazzjoni taċ-ċentru tad-detox f'Għawdex u peress li l-pazjenti qed jiġu riferuti lill-mental section, tista' il-Ministru tgħid għaliex qed isir dan u x'inhu jżomm lill-gvern milli jattrezza d-detox f'Għawdex adegwatament biex dawk il-pazjenti jsibu l-għajnuna kollha meħtieġa biex jiġġieldu l-vizzju tad-droga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sistema użata f’Għawdex hija li: 1. Wieħed jidħol fis-Short Stay Ward għal 24 siegħa ta’ osservazzjoni, u jekk ikollu withdrawals tal-opiates jingħata methadone biżżejjed biex iwaqqaf dawn il-withdrawals. Dan jista’ jsir billi wieħed jippreżenta ruħu l-casualty u jiddaħħal l-isptar dak il-ħin stess. Għalhekk dan huwa servizz offrut 24 siegħa kuljum. 2. Il-methadone ma tingħatax biss għall-withdrawals peress li tintuża ukoll bħala maintenance. Meta xi ħadd li jogħqod Għawdex ikollu bżonn din it-tip ta’ servizz huwa jiġi assessjat mid-Detox ta’ l-Isptar ta’ San Luqa, fejn hemm tobba li huma speċjalizzati f’dan il-qasam. Wara li jiġi stabblit l-ammont ta’ methadone li għandu bżonn, huwa ikun jista jeħodha kuljum mill-Isptar t’Għawdex. 3. Jingħata ukoll servizz ta’ għoti ta’ methadone għal min jieħu l-methadone u hu residenti Malta u jkun għal ġurnata jew ftit żmien Għawdex. Dan isir permezz ta’ liason dirett mad-detox ta’ Malta. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li peress li l-amministrazzjoni ta’ l-isptar qatt ma rċiviet ilmenti, ikun aħjar li l-Interpellant jgħadilna x’kienu l-ilmenti speċifiċi ħalli jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 10 PQ #14861 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Persuni diabetiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14538 u għar-risposta relattiva, peress li jirriżulta li l-persuni diabetiċi invistati għandhom kollha 'il fuq minn 16-il sena, tista' il-Ministru tgħid fejn jiġu nvistati pazjenti diabetiċi Għawdxin ta' taħt is-16-il sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li pazjenti diabetiċi Għawdxin li jkunu taħt is-16-il sena jiġu nviżtati mill-Konsulent tal-Pedjatrija ġewwa l-isptar t’Għawdex.
Leg 10 PQ #14868 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Apparat/makkinarju

Question

Tista' il-Ministru tagħtina lista ta' apparat/makkinarju, flimkien ma' l-istima tagħhom, li huma meħtieġa għat-taqsima tax-xogħlijiet pubbliċi, għat-taqsima ta' l-agrikoltura u għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fil-lista annessa. Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-apparat/makkinarju meħtieġ għad-dipartimenti u fergħat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jinxtara fuq bażi ta’ priorita’
Leg 10 PQ #14700 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Triq Sant'Antnin - Rimi ta' skart

Question

Peress li fi Triq Sant'Antnin, Għajnsielem, Għawdex qed jintefa' ħafna skart a detriment tar-residenti u li mhux qed jinġabar, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn spezzjoni li saret fi Triq Sant’Antnin, Għajnsielem jirriżulta li t-triq hija nadifa. Seduta Nru 303 (12/10/2005)
Leg 10 PQ #14731 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14466 dwar il-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, peress li mit-tweġiba tal-Ministru jirriżulta li fl-1999 kien hemm Lm300,000 ivvutati li minnhom ma ntnefaq xejn, fis-sena 2000 kien hemm ivvutati Lm400,000 li minnhom reġa' ma ntnefaq xejn, fl-2001 kien hemm ivvutati Lm300,000 li minnhom reġa' ma ntnefaq xejn, fl-2002 kien hemm ivvutati Lm772,000 li minnhom reġa' għar-raba' sena infila ma ntnefaq xejn, fl-2003 kien hemm ivvutati Lm1,325,000 li minnhom intnefqu biss Lm110,554, fl-2004 kien hemm ivvutati Lm1,831,000 li minnhom intnefqu biss Lm59,876 u din is-sena hemm ivvutati Lm1,795,000 li minnhom s'issa ntnefqu biss Lm51,000, taf il-Ministru tagħti spjegazzjoni sena sena għaliex dawn il-flus kollha ivvutati baqgħu ma ntnefqux sena wara l-oħra għal seba' snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor interpellant li proġetti tal-istatura tal-impjant għat-trattament tad-drenaġġ u sistemi ancillari jirrekjedu preparazzjonijiet li jieħdu żmien twil li mhux dejjem huma riflessi mill-ammont ta’ fondi li jkunu ntefqu fuqhom. Ta’ min jgħid li fondi mill-vot nazzjonali li ma’ jkunux ġew utilizzati, normalment ikunu ġew allokati għal skopijiet oħra f’Għawdex. Għar-rigward tal-fondi tal-Pre Adizjoni, dawn il-fondi, għalkemm jidhru ripetutament, għandhom żmien sa l-aħħar tal-2006 biex jintefqu. Jiena nfurmata li mill-1999 sa' llum, il-kronoloġija ta' dan il-progett hija kif jidher fl-iskeda annessa. Din l-iskeda turi sintesi tal-process twil li sar sabiex il-proġett tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex jitwettaq.
Leg 10 PQ #14736 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' żvilupp

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14471 fejn il-Ministru ntalbet tpoġġi fuq il-medja tal-Kamra kopja tal-pjan ta' żvilupp għal Għawdex li tħejja dan l-aħħar mill-ministeru tagħha u b'riferenza wkoll għat-tweġiba tagħha fejn qalet li dan il-pjan għadu fi stadju ta' konsultazzjoni interna, tista' il-Ministru tgħidli x'konsultazzjoni interna għad trid issir, ma' min u meta hemm il-ħsieb li titlesta din il-konsultazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-konsultazzjoni qiegħda ssir mad-direttorati li jridu jattwaw dak li l-Pjan ta’ Żvilupp jista’ jirrakkomanda. Din il-konsultazzjoni mistennija tintemm fix-xhur li ġejjin.
Leg 10 PQ #14739 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Xiri ta' apparat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14594, tista' il-Ministru tgħid x'apparat u makkinarju nxtara din is-sena għall-isptar ġenerali ta' Għawdex, meta nxtara u kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-apparat u l-makkinarju li nxtara għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-30 ta’ Settembru 2005 huwa kif muri fil-list annessa.
Leg 10 PQ #14664 Sitting 302 2005-10-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ikliet/riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

“Ma nistax nifhem x’utilita’ jista jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Ghalhekk, kif ukoll ghaliex il-hin estensiv li jkun mehtieg sabiex tingabar din l-informazzjoni jista jintuza ahjar, ma nhossx li hemm il-htiega li tinghata l-informazzjoni li qed tintalab.” Seduta Nru 302