Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15185 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Attivitajiet/organizzazzjonijiet sportivi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema kienu l-attivitajiet sportivi u l-organizzazzjonijiet sportivi Għawdxin li ngħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern kull sena, mill-1990 sal-lum? Kemm kienet l-għajnuna mogħtija għal kull attivita' u lil kull organizzazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #15243 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — The Graduates Scheme

Question

B'riferenza għall-iskema The Graduates Scheme imnedija mill-Ministeru għal Għawdex iktar kmieni din is-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw u/jew użaw din l-iskema kull xahar separatament u tindika s-settur u l-eta' u s-sess ta' l-applikanti u kemm minnhom għadhom fl-iskema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm seba’ (7) gradwati li qed jibbenefikaw minn din l-iskema kif turi t-tabella hawn taħt. Dawn kollha għadhom fl-iskema. Gradwat/a Data ta’ l-ingaġġ Sess Eta Settur 1 16.05.05 Mara 23 Financial 2 16.05.05 Raġel 22 Financial 3 16.05.05 Raġel 22 Hospitality 4 16.05.05 Raġel 22 Manufacturing 5 16.05.05 Raġel 25 Legal 6 01.09.05 Mara 24 Financial 7 31.10.05 Raġel 22 Auto & Insurance
Leg 10 PQ #15064 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Passenger cruise liners

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa kemm-il darba kien hemm passenger cruise liner li ankra ħdejn Għawdex biex il-passiġġieri tiegħu setgħu jżuru l-gżira Għawdxija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15065 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Postijiet ta' akkomodazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'kull lokalita' ta' Għawdex kemm hemm postijiet liċenzjati biex iservu ta' akkomodazzjoni self-catering u tagħti breakdown ta': 1) farm houses; 2) appartamenti; 3) oħrajn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15066 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr — Xatt ta' ħdejn il-yacht marina

Question

Jistgħu jittieħdu passi meħtieġa biex ix-Xatt ta' ħdejn il-yacht marina fl-Imġarr Għawdex jitnaddaf u ma jibqax iservi ta' scrapyard/dumping area kif qed iservi bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq quddiem il-yacht Marina tal-Imgarr Ghawdex hija fi stat tajjeb ta’ ndafa. Nfurmata wkoll li f’dan is-sit hemm numru ta’ karrijiet li jkunu qieghdin jintuzaw biex jittellghu id-dghajjes mill-bahar.
Leg 10 PQ #15142 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Tiswija ta' triq

Question

Peress li t-triq li tagħti mill-bieb ta' Villa Rundle għall-bus terminus fir-Rabat, Għawdex qiegħda fi stat ħażin ħafna, tista' il-Ministru tara li tiġi rranġata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Ghalhekk nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 10 PQ #15173 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Self-catering accomodation

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm sodod, skond it-tip u l-kategorija tar-reġistrazzjoni tagħhom rispettivament, f'self catering accomodation f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005? X'kienet ir-rata ta' l-użu ta' dawn is-sodod, kategorija kategorija u xahar xahar f'kull waħda mis-snin/dati imsemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15175 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Aġenzija Sedqa

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-inizjattivi, programmi, eċċ. li l-aġenzija Sedqa wettqet f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu l-flus allokati u minfuqa kull sena fuq din il-ħidma? Kemm u x'kienu l-benefiċċjarji ta' din il-ħidma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15176 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Universita' ta' Malta — Studenti Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, inkluża l-fergħa ta' Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Liema korsijiet segwew u kemm studenti segwew kull kors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #15178 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Aġenzija Appoġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-inizjattivi, programmi, eċċ li l-aġenzija Appoġġ wettqet f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum biex tipprovdi servizzi soċjali personalizzati lit-tfal, familji u lill-komunita'? Kemm kienu l-flus allokati u minfuqa kull sena fuq din il-ħidma? Lil kemm tfal, familji u membri oħra tal-komunita' ngħataw dawn is-servizzi, sena sena skond is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15180 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Akkomodazzjonijiet turistiċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm turisti Maltin u barranin separatament u skond in-nazzjonalita' tagħhom, għaddew lejl jew aktar f'akkomodazzjoni turistika f'Għawdex, skond it-tip u l-klassifikazzjoni ta' l-akkomodazzjoni, inkluża self-catering accomodation, kull sena mill-1999 sa l-2004 u matul din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru? Kemm iljieli għaddew f'kull tip u kategorija ta' akkomodazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15181 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ETC

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew allokati u kemm intnefqu flus għall-ħidma ta' l-ETC ġewwa Għawdex? Għal liema programmi, skemi, eċċ ta' taħriġ u mpjiegi ġew allokati u ntnefqu dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15038 Sitting 309 2005-10-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Emigranti Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' emigranti Għawdxin, maqsuma f'irġiel u nisa, li ġew lura biex jissetiljaw f'Għawdex kull sena mill-1986 sal-lum? Kemm minnhom jaħdmu bi qliegħ illum? Kemm minn dawn jaħdmu għal rashom? Kemm minnhom għandhom ħaddiema jaħdmu magħhom u kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15041 Sitting 309 2005-10-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Avian flu

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed tieħu f'Għawdex sabiex jiġi aċċertat li ma tidħolx f'Għawdex il-marda ta' l-avian flu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li f'Ghawdex qieghdin jittiehdu l-istess prekawzjonijiet li qed jittiehdu fuq livell nazzjonali, biex Ghawdex ikun imhares minn din il-marda tat-tjur.
Leg 10 PQ #15025 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi allokati għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk Għawdex hux se jkollu flus allokati speċifikament għalih b'rabta ma' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tiegħu bħala reġjun distint mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta' programmazzjoni għas-snin 2007-2013 bħalma għandu taħt il-perjodu ta' programmazzjoni attwali? Jekk fl-affermattiv, x'persentaġġ tal-fondi kollha se jieħu? X'se jkun ir-rwol tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex? Il-Ministeru meta se jibda jaħdem biex jintgħażlu l-proġetti, eċċ għall-perjodu 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mod kif ser jitmexxew il-proceduri ghall-perijodu ta’ programmazzjoni ghas-snin 2007-2013 ghadhom qed jigu diskussi fuq bazi nazzjonali. Nassigura l-Onorevoli Interpellent li bhalma gara fl-ewwel perijodu ta’ programmazzjoni, Ghawdex ser jinghata ammont sostanzjali tal-fondi Strutturali u ta’ Koezjoni. Il-bzonnijiet specjali t’Ghawdex ser jinghataw l-attenzjoni mehtiega kollha li jixirqilhom. Dwar l-irwol tal-Kumitat Regjonali ghal Ghawdex, it-termini ta’ referenza kif approvati, jistabilixxu li l-Kumitat ghandu jiffunzjona ghall-perijodu ta’ programmazzjoni 2004-2006. Diga nbeda l-process ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati biex dawn jaghtu l-kontribut taghhom dwar il-prijoritajiet u progetti ghal Ghawdex. Fit-28 ta' Settembru 2005 fil-Ministeru ghal Ghawdex saret laqgha ta' konsultazzjoni fejn kienu mistiedna l-istakeholders Ghawdxin.
Leg 10 PQ #15027 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm kuntratti ta' bejgħ ta' djar, farmhouses, vilel, appartamenti, flats u proprjeta' oħra ta' residenza f'Għawdex lokalita' lokalita' kull sena mill-1996 'il hawn? Kemm kien il-valur ta' dawn il-kuntratti? Kemm kien hemm self fuqhom? Fejn kienet/hija r-residenza permanenti tax-xerrejja klassifikata f'Għawdex, f'Malta u f'pajjiżi barranin, pajjiż pajjiż? Tista' jekk jogħġbok tagħtini t-tagħrif kollu mitlub skond it-tip tal-proprjeta' (djar, flats, appartamenti, vilel, eċċ)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15030 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Turisti Maltin u barranin

Question

Tista' il-Minsitru tgħid x'kienet in-nefqa f'Għawdex tat-turisti Maltin u tat-turisti barranin separatament kull sena xahar xahar mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti matul l-1999 u l-2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15032 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Setturi ta' l-industrija tal-manifattura

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1998 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1998 u ta' l-2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15034 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kapital fiss gross

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kapital fiss gross ġie fformat f'Għawdex mill-1999 'il hawn sena sena fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000? Minn xiex kien magħmul dan il-kapital u kemm kien il-valur ta' kull component, ez. kostruzzjoni ta' djar, kostruzzjoni ta' fabbriki, ta' uffiċini u ta' strutturi oħra, makkinarju u apparat, eċċ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15036 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' żvilupp għal Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 14736 dwar il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex li tħejja mill-ministeru tagħha, billi fit-tweġiba tagħha l-Ministru rriferiet għal "dak li l-pjan jista' jirrakkomanda", tista' il-Ministru tgħid jekk dan ifissirx li t-tfassil ta' dan il-pjan għadu mhux konkluż? Hemm ta' l-inqas draft tiegħu? Jekk fl-affermattiv, qed jipproponi politika reġjonali għal Għawdex? Jekk iva, x'inhi? Hi taqbel ma' dak li qed jirrakkomanda l-pjan? Liema huma "id-Direttorati li jridu jimplimentaw dak il-Pjan ta' Żvilupp"? Meta bdiet il-konsultazzjoni magħhom? Ma' min minnhom saret il-konsultazzjoni s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li minkejja li t-tfassil tal-Pjan ta’ Żvilupp għal Għawdex għadu mhux konkluż ġiet imħejjija draft tiegħu. Dan il-pjan għandu janalizza l-pożizzjoni distinta ta’ Għawdex inkluża dik reġjonali. Ma nħossx li wieħed għandu jiddikjara jekk jaqbilx ma’ dak li l-pjan qed jirrakkomanda meta dan il-pjan għadu mhux konkluż. L-Onorevoli Nterpellant għandu jkun jaf li d-Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għandhom jimplimentaw dan il-pjan. Peress li dan il-pjan għadu fi stadju draft wieħed irid japrezza li l-konsultazzjoni mad-direttorati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex hija kontinwa u nformali.