Jista' l-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħidli jekk Dar Aspinall ġewwa Hal Tarxien hijiex proprjeta' tal-gvern jew le? Jekk iva, qatt saret xi talba mill-kunsill lokali għad-devoluzzjoni tagħha? Jekk le, jaqbilx miegħi li għandha tiġi devoluta lill-kunsill lokali, wara talba apposta, sabiex ikun jista' jsir użu minnha, kif mixtieq, mill-Għaqda Kultura u Armar tas-Soċjeta' Mużikali Maria Annunziata ta' Ħal Tarxien?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub sabiex jagħti indikazzjoni aktar eżatta ta' fejn tinsab il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex (Ġurisdizzjoni Ġenerali u tal-Familja) quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona?
X'se jiġri minn dawn il-kawżi pendenti għas-sentenzi?
Għaliex rikors mdaħlin f'dawn il-kawżi (bħal rikors għal assurzjoni ta' l-atti u transfużjoni tal-ġudizzjoni) lanqas m'huma qegħdin jiġu dekritati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona hemm dan in-numru ta’ kawżi pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex):
QortiNumru ta’ kawżiStat
Ġurisdizzjoni Ġenerali36 Għas-sentenza
Ġurisdizzjoni Ġenerali7 Sentenza in difett ta’ ostaklu
Ġurisdizzjoni Ġenerali1 Sentenza in parte
Sezzjoni Familja2 Għas-sentenza
Inferjuri9 Għas-sentenza
Rigward l-aħħar żewġ paragrafi ta’ din il-mistoqsija, skond l-arranġamenti u assenjazzjonijiet tal-President ta’ Malta pubblikati fid-29 ta’ Jannar 2007, dawn ta’ hawn fuq, kif ukoll ir-rikorsi msemmija, irid jieħu konjizzjoni tagħhom l-imsemmi Maġistrat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu art pubblika ġiet użata għall-bini tal-lukanda Excelsior? Il-foreshore taħt il-lukanda Excelsior hi pubblika?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta' tlett kuntratti li permezz tagħhom l-art fejn hemm il-lukanda Excelsior ingħatat b'ċens temporanju li jagħlaq fid-29/02/2116. Minn dawn il-kuntratti jirriżulta li l-art mogħtija b'ċens twassal sal-baħar.
Is-sindku ta' Pembroke iddikjara li l-gvern dam seba' xhur biex japprova self lill-kunsill lokali ta' Pembroke għar-refurbishment, meta kunsilli oħrajn damu xahrejn biex l-istess talba tintlaqa'. Jekk dan huwa minnu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern dam daqshekk? Hemm xi raġuni partikolari?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta Kunsill Lokali jitlob biex jieħu self mill-Bank, hemm proċess li ikun irid isir. Dan jinvolvi li l-Kunsill ikun irid jibgħat għadd ta' dokumentazzjoni kif ukoll dettalji lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Dan huwa importanti biex id-Dipartiment, qabel ma jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu ikun jista' jagħmel evalwazzjoni serja ta' l-applikazzjoni u kif dan is-self propost ikun ser jimpatta fuq l-operat finanzjarju tal-Kunsill. Dan il-proċess jinkludi ukoll, konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi.
Fil-każ tal-Kunsill Lokali Pembroke, għalkemm it-talba oriġinali kienet saret f'Settembru 2005, il-Kunsill ma kienx bagħat id-dokumentazzjoni u dettalji kollha fil-pront. Lanqas kien għadu deċiż dwar l-ammont ta' kemm ried jissellef mill-Bank. Fil-fatt il-Kunsill bidel tlett darbiet l-ammont li kien indika li xtaq jissellef. L-ewwel kien indika ammont ta' mhux aktar minn Lm25,000. Imbagħad kien tella' t-talba tiegħu għall-Lm35,000 u fl-aħħar kien talab li jissellef Lm45,000.
Minn meta l-Kunsill bagħat id-dokumenti u dettalji finali f'Novembru 2006 sa meta ħarġet l-Ittra ta' Awtorizzazzjoni f'Marzu 2007, għaddew erba' xhur. Dan huwa tul ta' perijodu normali li proċess bħal dan jieħu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 38 każ ta’ serq li f’19 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up1
Pick Pocketing77
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes6
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi35
Serq minn karozzi162
Serq minn residenzi47
Serq minn barijiet / lukandi22
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet32
Serq ieħor247
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa reati matul Jannar 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 49 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson11
Attempted offences78
Bodily harm71
Damage205
Drugs9
Forgery2
Fraud5
Illegal Immigration8
Perjury / false swearing1
Prostitution2
Sexual offences6
Theft677
Threats and private violence3
Violation of places of confinement1
Violence against public officers6
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 43 każ ta’ serq li f’16 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up6
Pick Pocketing48
Snatch & grab13
Serq minn dgħajjes5
Serq ta’ dgħajjes2
Serq ta’ karozzi25
Serq minn karozzi146
Serq minn residenzi38
Serq minn barijiet / lukandi13
Serq minn fabbriki2
Serq minn ħwienet28
Serq ieħor297
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 80 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family2
Arson8
Attempted offences62
Bodily harm72
Computer misuse1
Damage214
Drugs15
Forgery4
Fraud8
Illegal Immigration4
Prostitution4
Sexual offences2
Theft623
Threats and private violence6
Violence against public officers7
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Marzu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 34 każ ta’ serq li f’25 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing27
Snatch & grab14
Serq minn dgħajjes5
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi28
Serq minn karozzi149
Serq minn residenzi49
Serq minn barijiet / lukandi32
Serq minn xtajtiet2
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet19
Serq ieħor249
B'referenza għat-trejqa Dun Gennaro Camilleri, Sliema, jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani jekk il-bollards li reġgħu tpoġġew xi xhur ilu humiex koperti mil-liġi? Fuq liema kriterju twaħħlu, ġaladarba inkwilini ġo appartamenti għandhom bi proprjeta' nofs it-trejqa? Jekk dawn il-bollards mhux koperti minn xi permess, u diġa kienu tneħħew mill-kunsill u mill-pulizija, għalfejn reġgħu ġew imwaħħlin u dan għad-disturb tal-paċi tar-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-trejqa Dun Gennaro Camilleri f'tas-Sliema hija sqaq li ma jinfidx u m'hijiex proprjeta' tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar persuni li jkunu għadhom ħerġin mill-ħabs u m'għandhomx fejn joqogħdu? Ma jaħsibx li meta persuni bħal dawn nitfgħuhom fit-triq bla saqaf fuq rashom u bla possibilita' ta' mpjieg, inkunu qed nesponuhom għall-probabilita' li jerġgħu jiżbaljaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn naħa tal-awtoritajiet tal-ħabs, meta priġunier jitlob l-għajnuna biex jingħata xi post fejn joqgħod huwa jingħata l-għajnuna kollha neċessarja.
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, permezz tas-Social Worker, jibda dak il-proċess neċessarju biex il-priġunier japplika għal social housing. Każijiet ta' persuni li jiġi ppruvat li ġenwinament ma jkollhomx fejn joqgħodu jingħataw prijorita' mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Kien hemm diversi każi li priġunieri ingħataw dar jew lok alternattiv.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Pulizija matul is-sena 2006 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija għamlet 1,997 roadblock f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks, irriżulta li numru ta' persuni nstabu li kisru r-regolamenti tat-traffiku, filwaqt li kien hemm ukoll 16-il każ fejn instabet id-droga.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti talli wettqu atti indiċenti fil-pubbliku s-sena l-oħra u din is-sena u fejn sar ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 104 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li kienu jinkludu atti indiċenti fil-pubbliku, filwaqt li matul din is-sena tressqu 14-il persuna. Il-lokalitajiet fejn saru dawn ir-reati kienu jinkludu Għajn Tuffieħa, Qawra, Ġnejna, Valletta, Qormi, Paola, Cospicua, Żejtun, Sliema, Msida, Gżira, San Ġiljan, Ħamrun, Mdina, Baħar iċ-Ċagħaq, Rabat (Għawdex), Marsa, San Pawl il-Baħar, Marsascala, Attard, St Venera, Għajnsielem, Għar Lapsi, Safi, Żebbuġ, Munxar, Blata l-Bajda, Mosta, Sliema, Rabat, Sannat u Nadur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' ħabs sospiżi għall-każi ta' pedufilja, rapes, u korruzzjoni fuq minorenni kull sena għal dawn l-aħħar tlett snin? Jista' jgħid kemm weħlu nies l-ħabs fuq l-istess akkużi, fl-istess żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' sentenzi ta' pieni karċerarji li ngħataw fis-snin indikati għar-reati msemmija fil-Mistoqsija kien kif ġej:-
Sena Numru
2004 2
2005 5
2006 17
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar sentenzi ta' ħabs sospiżi għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati każijiet ta' stupru mill-bidu ta' din is-sena sal-lum? Minn liema lokalitajiet jew pajjiż kienu l-aggressuri u l-vittmi? F'liema lokalitajiet saru l-każijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija ħames każi ta' stupru, li wieħed minnhom irriżulta li kien każ ta' rapport falz. Fil-każijiet kollha l-vittmi kienu Maltin, filwaqt li l-persuni suspettati li wettqu r-reat kienu f'żewġ każijiet Maltin, każ ieħor Libjani u fl-ieħor Somalu u Sudaniż. Dawn ġew irrapurtati li seħħew San Pawl il-Baħar; Bormla; Ħaż Żabbar u l-Marsa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-ditti li joffru korsijiet ta' security guards? Jista' jagħti l-indirizz tagħhom u kemm ilha għandhom il-liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawk il-kumpaniji reġistrati skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) sabiex imexxu korsijiet ta' taħriġ ta' gwardjani privati, huma:
Kumpanija Liċenzja maħruġa
The Guard & Warden Service House Ltd 11 ta' Ottubru 2000
Group 4 Securitas 23 ta' Mejju 2001
Monitoring Services Ltd 29 ta' Awissu 2002
Security Services Malta Ltd 16 ta' Settembru 2005
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 2006 sa Frar 2007 kemm ħarġu visas għal persuni li ġew biex jistudjaw Malta? Minn liema pajjiżi kienu? Jista' jgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta' kemm ġew biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Il-visas għal persuni sabiex jiġu jistudjaw f'Malta jinħarġu minn l'Ambaxxati ta' Malta kif ukoll mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntieri ġewwa l-ajruport u x-xatt.
Ninsab infurmat illi fil-perijodu ta' bejn Settembru 2006 u Frar 2007, inħarġu 298 visa mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntiera għal persuni li ġew biex jistudjaw. F'dan l-istess perijodu, mill-Ambaxxati ta' Malta, inħarġu ukoll 224 visa għal l-istess raġuni. In-nazzjonalitajiet ta' dawk li nħarġitilhom il-visa huwa kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma tinżammx statistika b'mod elettroniku ta' kemm ġew barranin biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' vetturi u muturi li għandu l-Korp tal-Pulizija u d-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni għal kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minnhom fil-preżent huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mis-sena 2000 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Liġijiet ta' Malta)? Liema kienu d-dispożizzjonijiet li allura ttieħdet azzjoni u x'kien l-eżitu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Mis-sena 2002 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' Avviż Legali Nru. 283 tas-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24594 f'din l-istess Seduta.