Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #295 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Segretarjat tat-Turiżmu — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretajat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowance u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-persuni li s'issa jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma:- Anthony Cachia Charles Micallef St. John John Aquilina Maria Portelli Lucienne Camilleri Romina Agius Cutajar Marie Louise Grixti Audrey Cummings Vincent Tanti Victor Bray John Cardona Joe Bonello Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru fit-2 ta' Novembru 1998 għall-mistoqsija Nru. 81.
Leg 9 PQ #417 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Institute of Tourism Studies? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati kemm kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma ġiet impjegata b`kuntratt indefinit mill-Institute of Tourism Studies bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998.