Jista' il-Ministru jgħid jekk Room 14, fejn isir il-Barium Enema fl-isptar San Luqa u fiz-zoni ta' madwar l-istess kamra, hux mistenni jsir xi sistema ta' arja kkondizzjonata minħabba s-sħana enormi li qed ikun hemm u qed toħloq inkonvenjent anke għall-pazjenti li qed imorru hemmhekk għall-X-rays?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba limitazzjonijiet fis-sistema elettrika madwar il-kamra numru 14 (Barium Enemea) ser ikun possibli biss jitwaħħal air conditionerwieħed f'din il-kamra. Hu ppjanat li dan il-unit jitwaħħal sa nofs Awwissu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn anzjani jistennew biex jidħlu fl-SVPR u fi djar tal-gvern? Kemm ilhom jistennew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-ammonti ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza tal-Anzjani u fid-Djar tal-Anzjani fis-sena li applikaw:
Sena
SVPR
Djar tal-Anzjani
1991
-
1
1992
-
2
1993
-
3
1994
-
5
1995
1
7
1996
-
13
1997
2
23
1998
2
27
1999
2
43
2000
3
63
2001
15
63
2002
23
103
2003
82
158
2004
102
140
2005
167
231
2006
270
283
Tajjeb li wieħed isemmi li ċerti anzjani jkunu jridu jibqgħu huma stess fil-waiting listminkejja li t-talba tagħhom biex jiġu rekoverati kienet milquha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Padoloġisti jaħdmu mal-gvern? Fejn jaħdmu? Hemm talba għal aktar Padoloġisti? Fejn? Hemm Padoloġisti bil-lawrja u qed jistennew li jidħlu mal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Podoloġisti li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej:
Manager 1
Principal Podologist 1
Assistant Podologist 4
Senior Podologist 20
Dawn il-Podoloġisti jaħdmu l-Primary Health Care u S.V.P.R.
Bħalissa qed jiġi rivedut il-Complement tal-Podoloġisti fis-servizzi tas-Saħħa. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, jiġu mpjegati Podoloġisti skond il-vakanzi li jirriżultaw.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma hiex f posizzjoni li jgħid kemm hemm Podoloġisti bil-Lawrja u qed jistennew li jidħlu mal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Geriatric nurses kwalifikati? Fejn jaħdmu? Hemm talba għal aktar u jekk iva, fejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jeżistu l-ebda reġistri speċjali ta' Geriatric Nurses. Fil-qasam tal-Ġerjatrija hemm numru ta' nurses li għamlu korsijiet speċċjali fil-Ġerontoloġija, iżda il-maġġoranza tan-nurses huma bi kwalifiki ġenerali li biż-żmien jitgħallmu jieħdu ħsieb l-anzjani.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna s-safra Schedule V? Kemm hemm anzjani bejn is-60 u l-75 sena u 'il fuq minn 75 li għandhom il-kartuna Schedule V?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-20 ta' Lulju 2006 kien hemm 160,946 kartuna valida ta' Schedule V. Minn dawn 57,833 kartuna kienu ta' persuni li kellhom bejn 60 u 75 sena u 25,406 kartuna kienu ta' persuni li kellhom minn 76 sena, 'l fuq. Ta' min jgħid li hemm min ikollu aktar minn kartuna waħda ta' Schedule V minħabba n-natura tal-mard li jsofri.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Cyberspace Solutions Ltd.
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20239 u jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministeru u l-entitajiet kollha li li jaqgħu taħti f'dawn l-aħħar ħames snin qatt ma għamlu użu mill-kumpanniji imsemmija fil-Mistoqsija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 20157 lill-Prim Ministru, jista' il-Ministru ġentilment jgħid liema huma l-professjonisti fil-Ministeru tas-Saħħa li tinħarġilhom il-liċenzja mill-President ta' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-professjonisti fil-Ministeru tas-Saħħa li tinħarġilhom il-liċenzja mill-President ta' Malta huma:
Tobba
Dentisti
Spiżjara
Qwiebel
Jista' il-Ministru jara li fiz-zona fejn il-Married Quarters tal-Kalkara jitnaddaf mill-periklu li hemm, b'bosta siringi u ġrieden li qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-ilment qatt ma wasal f'Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Minn investigazzjonijiet li saru fl-20 ta' Lulju ma rriżultax li hemm siringi jew evidenza ta' ġrieden madwar il-Married Quaters tal-Kalkara. L-anqas m'hemm akkumuli ta' skart li jista' jġib il-ġrieden.
Minkejja dan bħala prekawzjoni sar trattament kontra l-ġrieden fil-21 ta' Lulju 2006 minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment. Is-sitwazzjoni ser tibqa' tiġi sorveljata u trattament ieħor jsir jekk ikun hemm bżonn.
L-ilment dwar is-siringi u l-abbużż konness magħhom għandu jiġi referut lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru ġentilment jinformana jekk ingħatatx xi ordni lill-kiropodisti li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa biex jibdew jaqtgħu d-dwiefer biss ta' pazjenti u ta' anzjani li jkunu diabetiċi jew inkella jbatu minn xi kundizzjoni oħra li tpoġġihom f'high risk ta' infezzjoni f'każ li jipprovaw jaqtġħu d-dwiefer huma? Jekk iva, minn min ittieħdet din id-deċiżjoni? Anzjani li s-soltu jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa biex jaqtgħu difrejhom se jibqgħu jinqdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatat ebda ordni kif deskritt fil-Mistoqsija. Xogħol il-kiropodista huwa li jieħu ħsieb is-saqajn u d-dwiefer ta' kull min għandu xi forma ta' patoloġija jew mard, jew qiegħed f'riskju akbar ta' mard. Parti minn dan ix-xogħol jinkludi li jgħallmu lill-pazjent kif għandu jieħu ħsieb is-saqajn tiegħu, kif ukoll kif għandu jaqta' u jieħu ħsieb id-dwiefer tiegħu. Ix-xogħol tal-qtuħ tad-dwiefer normali huwa xogħol jew ta' pedicurist jew l'aktar ta' nurse.
Biż-żmien il-kiropodista ma kienux jagħtu każ, minħabba l-insistenza tan-nies, u b'riżultat ta' dan akkumulaw ħafna anzjani li ma għandhom ebda mard jew riskju ta' mard partikolari f'saqajhom, u li kienu ħaduha drawwa li jmorru jaqtgħu d-dwiefer għand il-kiropodista, bl-iskuża li ma jafux kif jaqtgħuhom. Dan irriżulta f'dewmien żejjed (waiting list) għal dawk il-pazjenti b'patoloġija jew mard f'saqajhom. Għalhekk dan l-aħħar il-kiropodisti bdew kampanja li fiha bdew jgħallmu l-anzjani kif jaqtgħu d-dwiefer normali tagħhom, u kull min jibqa' ma jridx jitgħallem , qed jiġi riferut għal għand nurse sabiex isir dan ix-xogħol ta' iġene personali ta' rutina.
Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani jieħdu s-servizz tal-homehelp? Kemm anzjani qed jistennew is-servizz? Kemm ilhom jistennewh dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru t'anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help huwa 2411. In-numru t'anzjani li qed jistennew għas-servizz huwa174.
Applikazzjonijiet tal-Home Help li għadhom qed jistennew is-servizz:
Ninsab infurmat li hemm 5 applikazzjonijiet li applikaw fl-2005.
Minn Jannar sa Lulju 2006 applikaw 351 għas-servizz tal-Home Help, minn dawn 169 għadhom qed jistennew is-servizz. Fost il-169, 107 huma applikazjonijiet li daħlu f'Ġunju u Lulju 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare u kemm hemm anzjani jistennew dan is-servizz? Kemm ilhom jistennewh dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 9,254 persuni li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare u li hemm 70 oħra jistennew l-installazzjoni tat-Telecare. L-itwal applikazzjoni pendenti hi ta' xahrejn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm carers jaħdmu fi djar ta' l-anzjani? Kemm hemm li applikaw bħala carers? Hemm bżonn ta' aktar carers? Jekk iva, kemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-carers li hemm fid-Djar tal-Anzjani:
Senior Care Worker
Care Worker
Asst. Care Worker
Nursing Aides
PTSAs
Health Asst.
Msida
1
3
1
5
2
-
Floriana
-
6
2
1
10
1
Gżira
1
6
1
1
-
-
Mosta
1
7
1
5
1
-
Mtarfa
-
4
6
7
4
-
Total
3
26
11
19
17
1
Fir-rigward ta' carers, bħalissa m'hemmx applikazzjonijiet miftuħin, biss ir-reklutaġġ ta' PTSAs isir mill-ETC.
Il-carers huma importanti fid-Djar ta' l-Anzjani u l-importanza tal-bżonn tagħhom tingħata skond id-Djar individwali.
Jista' il-Ministru jikkonferma f'liema stadju waslu l-pjani sabiex l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa jkun modernizzat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pjan biex l-inċeneratur ta' l-isptar jiġi moderniżżat. Il-pjan hu biex dan jieqaf jaħdem u jiġi sostitwit b'teknoloġija aktar moderna li ma tagħmilx dannu għall-ambjent.
Wara li l-ewwel tender ma ġiex onorat mill-kumpanija Serrabico, id-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet taħdem fuq sejħa ġdida. Wara li stiednet lil dawk interessati li jipprovdu dan it-tagħmir, id-Diviżjoni tas-Saħħa lestiet il-pre-qualification shortlisting. Fil-preżent il-proċess huwa wieqaf għaliwx biż-żieda sostanzjali ta' kumpaniji farmaċewtiċi l-kwistjoni qed tiġi kunsidrata fuq bażi nazzjonali mhux speċifikament għal skart kliniku ta' l-isptarijiet.
Il-Wasteserv qiegħda tevalwa diversi possibilitajiet fosthom dik li l-pajjiż ikollu inċeneratur wieħed li jaqdi l-bżonnijiet kollha kemm ta' l-isptar kif ukoll ta' l-industrija tal-farmaċewtika. Possibilita' oħra hi li l-inċineratur tal-Biċċerija jiġi upgraded biex ikun jista' jieħu ukoll skart kliniku.
Jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-operat preżenti ta' l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa: a) kemm ilu jopera l-inċineratur ta' l-isptar? b) x'tip ta' skart jinħaraq f'dan l-inċineratur? c) x'ammont ta' skart inħaraq fl-inċineratur ta' l-isptar San Luqa matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? d)x'monitoraġġ qed isir fil-konfront ta' l-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċumnija ta' dan l-inċineratur? e) kemm hu l-għoli taċ-ċumnija ta' l-inċineratur (chimney stack height)? f) kemm hu d-diametru taċ-ċumnija ta' l-inċineratur (chimney stack diameter)? g) kemm tkun il-flue gas exit temperature meta l-emissjonijiet joħorġu mill-inċineratur? h) kemm tkun normalment il-flue gas exit velocity ta' l-inċineratur imsemmi? i) x'tip ta' maintenance jingħata l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa u b'liema frekwenza jsir dan? j) kif ikunu disposti materjali residwi li jkun hemm fl-inċineratur? k) b'liema frekwenza qed ikun imħaddem l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment għall-kura ta' l-anzjani — Care workers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandu d-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' minn care workers u assistant care workers biex jaqilbu l-impjieg tagħhom minn part-time għal full-time? Hemm ħsieb li dawn it-talbiet jintlaqgħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'hemmx part time care workers jew part time assistant care workers.
Jista' il-Ministru jikkonferma kemm hemm stennija għal appuntamenti fid-dipartiment ta' l-out-patients ta' l-isptar San Luqa fejn jidħlu każi ta' wġiegħ tal-ġebla (urology)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżisti l-ebda żmien ta' stennija għal każi ta' Acute Renal Colic minħabba l-kundizzjoni akuta tagħha. Il-persuna ikkonċernata tmur direttament id-dipartiment ta' l-Emerġenza u tiġi invistata direttament.
Sptarijiet ta' l-istat — Wards għal pazjenti b'mard infettiv
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb sabiex jinfetħu wards speċjalizzati separati fl-isptarijiet ta' l-istat fejn jiġu kkurati pazjenti li jkollhom mard infettiv?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa għandna żewġ wards għal pazjenti b'mard infettiv Sir Temi Żammit Ward (8 sodod) u General Dependency Ward (14 -il sodda). Dawn ser ikunu konsolidati f'ward waħda ta' 24 sodda fl-Isptar Mater Dei.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Cyberspace Solutions Ltd
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra