Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25416 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe billi għaddew fuq sentejn minn meta tħabbar il-bejgħ tal-Mid Med lill-HSBC, jista' l-Ministru jinforma jekk:
1. It-tlieta fil-mija ta' l-ishma tax-ex-Mid Med għaddewx kif imwiegħed lill-Fondazzjoni tal-ħaddiema bħal ma ġara fil-każ tal-Bank of Valletta u l-Maltacom?
2. Jekk iva, meta - jekk le, meta se jgħaddu?
3. Jekk hemm xi dewmien, għaliex dan id-dewmien meta l-gvern ilu li daħħal il-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rrid niċċara li l-Gvern qatt ma kien wiegħed tlieta fil-mija ta' l-ishma ta' l-ex Mid-Med Bank lil Fondazzjoni li għandha titwaqqaf għall-impjegati tal-Mid-Med Bank. Il-Gvern wiegħed iżda li jipprovdi self fit-tul sabiex din il-fondazzjoni tkun tista' titwaqqaf. Il-parametri għal dan is-self issa ġew miftiehma mal-Unions konċernati u d-dokumenti meħtieġa jinsabu fi stat avvanzat ta' preparazzjoni sabiex is-self ikun jista' jingħata fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-treasury clearance fund minn tmiem Settembru sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li statement tat-Treasury Clearance Fund għas-sena 2000 jinsab fid-dokument Annual Financial Statements 2000 - in terms of section 65 of the Financial Administration and Audit Act 1962, li ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra u jiġi ppublikat fil-jiem li ġejjin.
Billi f'Kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital jingħad li "The State Will Relinquish, by the date of accession, special rights in both already privatised companies as well as in companies that are to be privatised in future" jista' l-Ministru jgħati aktar dettalji dwar l-action plan li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-'E.U. Directorate' li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kien hemm xi żviluppi dan l-aħħar biex il-MFSC issir is-sole regulator fil-qasam finanzjarju kif kien originarjament ħaseb li jagħmel dal Gvern sa mis-sena 1994 - kontra il-parir tal-IMF.
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru laqgħat bejn l-entitajiet konċernati biex jiġi stabbilit il-pjan u l-programm ta' trasferiment tal-funzjoni ta' superviżjoni mill-Bank Ċentrali għall-MFSC, li kif qal l-Onorevoli Membru ila ppjanata mis-sena 1994.
Ma jirriżultalix li l-IMF taw xi pariri kuntrarji.
Ta' min jgħid li dan hu proċess li sar u qed isir fil-pajjiżi b'setturi finanzjarji żviluppati.
Jista' l-Ministru jikkonferma li minkejja l-liberalizzazzjoni sħiħa li mistennija jkun hemm fil-qasam tal-kontroll tal-kambju il-Gvern biħsiebu jemeda l-liġi b'mod li jkun jista' jilqa xi kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti li tista' tiżviluppa fil-ġejjieni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda proċess ta' liberalizzazzjoni ma hu assolut. Għalhekk, bħala parti mill-proċess tat-tneħijja tal-kontrolli minn fuq il-kambju, qed jiġi mistħarreġ kif tista' tinbidel il-liġi sabiex jiddaħħlu miżuri li jkunu jistgħu jittieħdu f'każ ta' kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur tal-investiment li għamel il-Gvern Malti permezz tal-MDC, l-kumpannija MGI u l-MIMCOL? Kemm minn dan l-investiment sar fl-aħħar sentejn?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bidliet fil-bands tal-ħlasijiet tal-Income Tax mill-1987 sal-lum? Jista' f'kull każ jgħid kemm kien in-numru ta' tax payers?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1987 sar tibdil fit-tax bands ħames darbiet. Dawn saru f’dawn is-snin:
1987 (Att VIII tal-1987)
1989 (Att XXXI tal-1998)
1990 (Att XXXVI tal-1990)
1996 (XX tal-1996)
2000 (Att XI tal-2000)
Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija sena b’sena, imma n-numru totali ta’ taxpayers individwi llum huwa 211,058. Dan it-total jinkludi numru ta’ individwi mejtin jew miżżewġin jew nies li m’għadhomx residenti f’Malta u li l-account tagħhom għadu ma ngħalaqx. Għalhekk it-total reali huwa inqas.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm social security outlays dovuti għas-sena 2000 li ġew mħallsin u/jew li ser jitħallsu mill-Gvern fis-sena finanzjarja li ninsabu fiha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2000 id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali ħallas Lm175.9 miljuni f'pensonijiet u benefiċċji taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali maqsuma ħekk :
Lm141.7 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji kontributorji, u
Lm 34.2 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji.
Għar-rigward ta' x'kien dovut għall-2000 iżda ser jitħallas f'din is-sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li il-Gvern talab lill-Bank Ċentrali jgħaddilu parti mill-profitti din is-sena ferm qabel ma soltu jagħmel dan fi snin oħra, ngħidu aħna fis-sena 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali sa minn dejjem kien jgħaddi ħlasijiet ta' parti mill-profitti tiegħu lill-Gvern qabel ma dawn ikunu għadhom ġew ċertifikati mill-awditur.
Matul l-aħħar ħmistax-il sena ħlasijiet tal-profitti dejjem saru f'żewġ jew tliet partijiet bejn Jannar u April.
Jista' l-Ministru jindika x'effett kelli it-tnaqqis fl-importazzjoni tal-karrozzi fuq dak li huwa import duty on motor vehicles kif wkoll motor vehicle registration fees?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta' import duty on motor-vehicles (li jitħallas biss fuq karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja) għall-perjodu Jannar-Marzu 2001 kien 56.4% ta' li kien fl-istess perjodu fis-sena 2000.
Mill-banda l-oħra l-VAT miġbura kienet 72%. Dan jista' jindika li globalment l-ikbar tnaqqis sar fl-importazzjoni ta' karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja. Dwar registration fees nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Għidt kemm il-darba li hu żbaljat li wieħed jagħmel ġudizju fuq it-turn out ta' sena minn dak li jiġi fil-bidu.
Pero', naturalment l-għaqal ħafna drabi jċedi għall-esiġenzi propogandistiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-flus li hemm fil-Qorti, ta' l-ex Bical Bank? Meta huwa ppjanat li jingħataw lid-depożitanti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li deċiżjoni tittieħed meta jiġi stabbilit u realizzat skond il-kawżi pendenti li hemm il-Qorti l-ammont ta' flus li jappartjenu lill-BICAL.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri sa tmiem is-sena 2000 ta' kemm kien hemm wage and salary earners kif ukoll self-employed iħallsu l-bolla tan-national insurance, kategorija b'kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dokumenti FS3 li ġew ipproċessati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sad-29 ta' Marzu 2001, kien hemm 114,643 'wage and salary earners' li ħallsu l-bolla tan-'National Insurance' matul is-sena 2000.
In-numru ta' persuni 'self-employed' u 'self-occupied' li ħallsu l-bolla matul is-sena 2000 kategorija b'kategorija kienu:
Kategorija
Numru
'Self-employed'
SP
296
SA
428
SB
273
SC
407
'Self-occupied'
SA
4940
SB
7596
SC
2043
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi b'kollox ta' kuntrabandu li inqabdu sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri relatati huma kif jidher hawn taħt. Wieħed jista' jgħid li f'dawk il-każi ssetiljati barra 'l Qorti tkun tħallset il-multa kkuntemplata fl-Ordinanza tad-Dwana.
1996
1997
1998
1999
2000
2001 (sa' Marzu)
Każi (għall-Proċeduri Kriminali)
61
117
73
177
78
31
Każi deċiżi mill-Qorti
51
75
64
88
44
7
Ħatja
36
62
47
70
37
4
Liberati
15
13
17
18
7
3
Każi ssetiljati barra 'l Qorti
7
6
68
110
29
23
Matul is-sena 2000 u fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2001 kien hemm rapporti li l-impjegat tad-dwana li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament naqas waqt dmirijietu fuq il-post tax-xogħol?
X'kienu dawn in-nuqqasijiet? X'passi ttieħdu fil-konfront tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana kien wasallu rapport li dan l-impjegat kien daħal fl-Arrivals Hall ta' l-Ajruport meta hu ma kienx fuq xogħol.
Wara li saru l-investigazzjonijiet fuq il-kaz, dan l-impjegat ingħata 'warning' mid-Direttur tiegħu u kien trasferit mis-sezzjoni li kien fiha, jiġifieri dik ta' Kontra d-Drogi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li qegħdin isiru lir-Reġistru Pubbliku (Dipartiment tal-Gvern) għal riċerki (fit-trasferimenti/passivita eċċ) jinkludux il-VAT? Jekk fl-affermattiv 1) Għalfejn l-ammont ta' VAT m'huwiex qed jitniżżel fl-invoices għall-istess riċerki li joħroġ id-Dipartiment kif kien isir qabel meta kienu joħorġu l-invoices minn Eureka Services Ltd? 2) Dan il-VAT jista' jitnaqqas minn Nutara u persuni oħrajn li jiġbru l-VAT meta jsiru l-ħlasijiet lid-Dipartiment tal-VAT? 3) Jaħsibx li l-fatt li Dipartiment tal-Gvern qiegħed jiġbor VAT mingħand il-konsumatur jmur kontra il-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-VAT kif inhi bħalissa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet li jsiru lir-Reġistru Pubbliku għal riċerki m'humiex suġġetti għall-VAT.
F'dan ir-rigward ma hemm ebda VAT x'titniżżel fuq l-invoices li jinħarġu mid-Dipartiment. Peress li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku mhux jiġbor VAT ma hemm ebda VAT x'tintalab lura minn nutara u persuni oħrajn li jiġbru l-VAT. Id-Dipartiment tal-Gvern, kif spjegat hawn fuq mhux qed jiġbor ebda VAT mill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta kien segretarju parlamentari jew ministru użax is-servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fis-segretarjat tiegħu? Meta u b'liema kundizzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija kien impjegat fis-segretarjat tal-ministeru tiegħi bejn id-19/11/87 u t-30/10/96 bħala skrivan. Jiġifieri dan kien aktar minn erba' snin ilu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-anzjani kollha rċevewx iż-żieda dovuta għall-għoli tal-ħajja? Jista' jgħid jekk hux minnu li hemm anzjani fi djar tal-anzjani, b'mod partikolari dik ta' Bormla, li għadhom ma ħadux din iż-żieda?
Response (DALLI, JOHN)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma rċevietx Lm 10 li kienu ngħataw meta tneħħa s-sussidju fuq il-ħobż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjonijiet li għamel id-Dipartiment flimkien mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma irriżulta li l-persuna kkonċernata ma tħallsitx l-Lm10 kumpens dovut lilha minħabba li n-numru tal-karta ta' l-identita' tagħha ma kienx inkluż fuq id-'database' tal-Korporazzjoni meta beda jitħallas il-kumpens.
Għaldaqstant diġa ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex din il-persuna tirċievi ċ-ċekk ta' Lm10 fil-ġranet li ġejjin.