B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23487 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tagħti tagħrif x'relazzjoni ġuridika teżisti bejn l-għaqda persuni neqsin mis-smiegħ u l-gvern?
Tista' l-istess Ministru tagħti iżjed dettalji dwar x'tip ta' kuntratt jeżisti konċernanti l-għalliema ta' din l-għaqda li qed jagħtu servizz lill-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Assoċjazzjoni għall-Persuni Neqsin mis-Smiegħ ilha mill-2002 tirċievi għotja ta’ Lm5,000 kull sena mill-Vot approvat taħt il-Ministeru tiegħi biex jgħin l-Organizazzjonijiet Volontarji. Bħal fil-każ ta’ organizazzjonijiet oħra li jibbenefikaw minn għotjiet simili, l-għotjiet lil din l-Assoċjazzjoni kienu regolati b’Service Agreement li, mis-sena l-oħra, kien jispeċifika kemm is-servizz li kellu jiġi provdut kif ukoll kif dan kien ser jiġi verifikat. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Assoċjazzjoni kellha tipprovdi servizz ta’ interpreti tal-lingwa tas-sinjali Maltija u tgħin f’riċerka li kienet qed issir mill-Universita’ ta’ Malta.
Ninsab infurmata wkoll li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ tirrifondi lura lil din l-Assoċjazzjoni nofs l-ammont ta’ flus li l-Assoċjazzjoni tonfoq għall-posta.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 23739 u tgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-għajnuna soċjali sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm persuni li resqu quddiem il-bord ta' l-invalidita' fl-2005 u fl-2006 separatament? F'kull każ, kemm minn dawn il-persuni ma kkwalifikawx għall-pensjoni? Kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-anzjani (OAP) sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm familji jirċievu l-allowance tat-tfal f'Diċembru 2005 u f'Diċembru 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefikax minn sussidju fuq il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għaddejja bil-proċess ta’ verifikar ta’ l-assi ta’ l-applikanti ndikata mill-Onor. Interpellant biex tkun tista tikkonferma jekk din il-persuna għandiex dritt jew le għas-sussidju fuq il-kera.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-iskema care and rċepair għax għandu ħsarat fil-ħajt tar-residenza tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-
Care and Repair
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' jiġi vverifikat jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-benefiċċju soċjali li hi ntitolata għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandu ebda talba pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment.
Isla — Dipartimetn tal-Maintenance and Construction
Question
Tista' l-Ministru tara fejn wasal l-ilment li għamlu r-residenti ta' Blokk B, Dockyard Terrace, Isla quddiem id-Dipartiment tal-Maintenance and Construction?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant mistenni jsir ix-xahar id-dieħel.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex armla mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post b'kamra tas-sodda waħda maż-żewġ uliedha, it-tnejn single parents b'erbat itfal b'kollox, jieħdu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tara li koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament tibbenefika mill-inizjattiva care and repairminħabba li l-kamra tal-banju tagħhom, mhix addattata għall-ħteġijiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-
Care and Repair
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' jiġi vverifikat jekk il-koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hix eliġibbli biex ma tħallasx surcharge fuq id-dawl u l-ilma għax tgħix fuq il-benefiċċji soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' jiġi verifikat jekk iż-żewġ persuni, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, humiex jieħdu l-benefiċċji soċjali kollha li huma ntitolati għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna adulta ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li jsir ix-xogħol (irranġar ta' katusa) fil-post ta' familja li jinsabu boarded outperess li ġew mitluba li jsir dan ix-xogħol? Jista' l-maintenance section tagħmel dan ix-xogħol u tinforma lill-persuna konċernata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-investigazzjoni u azzjoni meħtieġa.
Taf l-Ministru li r-revizjoni dwar il-pensjonijiet skond il-collective agreementtal-Holiday In Crown Plaza għadha ma saritx? Tapprezza l-Ministru li din kellha ssir sa mill-ewwel ta' Jannar, 2002?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, skond l-informazzjoni li għandhu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, l-impjegati tal-lukanda li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhomx tibdil fil-pagi fl-2002 għajr iż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja.
Ninsab infurmata wkoll li l-pensjoni ta’ l-impjegati li kienu jaħdmu ma’ din il-lukanda ġiet riveduta biex tirrifletti ż-żieda msemmija, bħal kull pensjonant ieħor.
Tista' l-Ministru tara li l-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jgħixu f'żewġt ikmamar f'post tal-Gvern titnaqqsilhom il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie rivedut is-sena l-oħra meta ġie stmat għal 50%.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan Bormliz li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-mara, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li d-dħul finanzjarju tagħha hu biss mill-benefiċċji soċjali tibbenefika mill-inizjattiva care and repair biex issirilha l-kamra tal-banju għall-ħteġijiet tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-binja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li reċentement sar xi aġġornar tal-parti komuni, tkun eżaminata biex ikun ikkonfermat jew miċħud li x-xogħol sar kif suppost, u dan minħabba li r-residenti qed jirrapurtaw li l-madum ta' l-art wara ftit ta' żmien diġa mhux f'kondizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
X'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġabet 50 punt biss meta din qed ikollha torqod fuq sufan f'salott f'dar fejn jgħixu disa' persuni li mhix spazjuża biżżejjed għalihom lkoll?
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sussidju fuq dawl u ilma ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separamenta, li tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita' li qed jitlob li s-sussidju li kien jieħu fuq il-post fejn kien joqgħod jiġi trasferit għall-post ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.